HTML Editor - Full Version


Timmy kien tfajjel imfarfar, jghix go rahal zghir fil-periferija ta’ belt kbira. Iz-zaghzugh ckejken avventuruz u ta’ qalb tajba kien ihobb jesplora postijiet godda ma’ Rusty, il-kelb habib u leali tieghu.

Rusty kien kelb mitluq minn sidu, jiggerra mat-toroq tal-belt. Timmy kien qed jiekol bicca hobz, imhawra biz-zejt meta dan il-kelb sufu kannella resaq hdejh u qaghad ihares lejh jiekol. Timmy haseb li l-kelb kien bil-guh u hekk kien ghaliex kif offrielhu bicca hobz, il-kelb belaghha. Mellislu rasu u minn dak il-hin il-kelb deher li sar habib ta’ Timmy u Timmy minn naha tieghu accettat. Timmy mar ghand tal-hanut u xtara bicca hobz ohra u offriha lill-kelb. Il-kelb ma qaghadx lura u kielha. Hadu mieghu d-dar, tah halsa ghaliex kien jidher li kien mahmug u semmieh Rusty, minhabba l-kulur ta’ sufu.

Issa li t-tnejn saru hbieb, kienu jmorru ghall-passigati twal fil-foresta ta’ hdejn ir-rahal fejn kien joqghod. Drabi ohra kien jigri mieghu fil-park u jaqbez fuqu. It-tfal li kienu jkunu fil-park kienu jiggustawh, sabieh f’kuluru u mans u ferriehi ma’ sidu. Kemm kienu jcapcpulu t-tfal meta Timmy kien jurihom kemm jaf il-kelb tieghu Rusty! Jistghagbu kienu meta Timmy kien jurihom kemm jaf jobdi u min fost it-tfal kien ikollu xi gallettina kien joffriha lill-kelb tal-bravuri li kien iwettaq.

Meta Timmy kien ikun jistrieh taht xi sigra ghad-dell taghha, kien jitkellem ma’ Rusty qisu qed jitkellem ma’ bniedem. Kien ikellmu fuq il-holm tieghu ta’ avventuri u pjanijiet u l-kelb kien japprezza dak li jghidlu Timmy billi jferfer dembu.

Darba wahda waqt li kienu mexjin f’parti tal-foresta li qatt ma kien zaraha, lemah dar abbandunata. L-immaginazzjoni ta’ Timmy xeghlet u qal bejnu u bejn ruhu: “Dar abandunata f’nofs ta’ bosk. Ta min setghet kienet u ghaliex tinsab f’dan l-istat ta’ abbandun?” 

Il-kurzita’ ghelbitu u resaq vicin aktar taghha. Bieb nofsu sgassat, twieqi imdendla, hgieg imkisser,  haxix gholi dawwarha dawra mejt. “Tajjeb li nara gewwa kif inhi,” qal lil Rusty. Rusty nebah tnejn biex bhallikieku jurih li jaqbel mieghu. U t-tnejn dahlu jinvestigaw.

Il-kmamar kollha tal-palazz li kienu jduru madwar bitha kbira bi gnien, ilkoll kellhom xi hsara kemm imhabba l-umdita’, kif ukoll l-gheluq u s-sokor. Kamra wahda biss kienet tidher li ghada bi stat tajjeb. Din kienet kbira u tawwalija, kuntrarju ghall-bqija ta’ kmamar l-ohra li kienu kwadri, imma mdaqsa. Meta Timmy fetah il-bieb dan zazaq bil-kbir hekk li xi ghasfar li kienu jistkennu fis-sigar taru bil-qata. Minn dak li ra b’ghajnejh il-kamra l-kbira dehret li kienet xi librerija. Xkaffar ta’ l-injam tal-kewba mimlija trab kienu jzommu volumi kbar ta’ kotba, ukoll bit-trab. Ma kienux jonqsu xi pitturi li dehru li kellhom bzonn ta’ restawr kbir ghaliex l-istampa taghhom iccarat u ddghajfet.

Timmy thajjar jaqla’ ktieb biex jara jekk kien fiehx xi stampi ghaliex il-kotba llustrati kien ihobbhom hafna. Ghatas xi tnejn meta fethu minhabba t-trab u sab li ma kienx jghodd ghalih, ghaliex il-kitba tieghu ma kienitx bil-lingwa li jitkellem biha.

Li skantah kien il-fatt li wara dan il-ktieb ra pum li malli dawru, infethet parti mill-ixkaffar forma ta’ bieb u warajh kien hemm passagg sigriet.

Waslu fuq bieb imsakkar . Timmy pprova jiftaħ izda il-pum tas-serratura ma setghax idur. “Nahseb ghandu tilja sadid li ma nghidlekx,” haseb bejnu u bejn ruhu. Timmy ghajjat lil Rusty biex jigi hdejh ghaliex il-kelb baqa’ xi ftit lura jxammem l-irkejjen umdi tal-passagg. It-tfajjel hasel jaqta’ qalbu li l-bieb jinfetah, izda b’ghageb kbir tieghu dan infetah wahdu..

Kif dahlu fil-kamra fic-centru ta’ mejda sabieha sabuh cavetta tad-deheb imqieghda bil-galbu fuq pedestal kollu skultura.

Timmy gabarha bir-reqqa bil-hsieb li din ser tkun il-muftieh biex isib tezor.

 Timmy u Rusty kienu eccitati li jsibu t-tezor. Fittxew kull kamra u rokna sakemm sabu t-tezor mohbi f’armarju wara arlogg pendlu kbir.

Kienet gizirana sabieha maghmula mid-deheb u b’gawhar fin fic-centru. Timmy kien ferhan u wieghed lilu nnifsu li se jghozz il-gizirana ghal hajtu kollha. Rusty, meta ra lil sidu hekk ferhan iddendel ma’ sidu laghaq wicc Timmy bħallikieku kien kuntent bl-istess mod bis-sejba.

O li kieku dik il-giziranza kellha titkellem u tghid l-istorja ta’ avventura lil Timmy ghaliex kienet tinsab mohbija wara l-arlogg pendlu!  L-istorja taghha kienet tinsab miktuba iswed fuq l-abjad f’wiehed minn dawk il-kotba fil-kamra tal-kotba. Imma anqas kieku Timmy ried ikun jaf, dawk il-kotba kienu miktuba b’lingwa barranija.

Timmy u Rusty esploraw il-belt flimkien minn dak il-punt ’il quddiem, dejjem ifittxu avventuri godda u jiskopru tezori mohbija. Kienu jafu li dejjem kien se jkollhom lil xulxin irrispettivament minn xiex iwassluhom l-avventuri taghhom, u dak kien l-akbar rigal ghal kulħadd.


© Copyright INHOBB NAQRA