DAHLA GHAS-SIT  INHOBB NAQRA

Tassew hija haga sabieha meta tisma' lil xi hadd jghid li jhobb jaqra. Inhossni mnikket meta ghal kuntrarju nisma' lil xi hadd jghid li ma jhobbx jaqra jew jaqra ghax bil-fors. Tkun qisek qed tghid li "jiena ma nhobbx nidhaq."

Il-hajja minghajr ktieb tixbah lill-lapes li mhux ittemprat u allura ma ghandux ponta u ma jistax jikteb. Ghaldaqstant dan il-lapes ma jiswa' ghal xejn ghax ma jistax jilhaq il-funzjoni tieghu...li jikteb.

Il-qari jghinek tizviluppa l-hsibijiet tieghek, haga li t-TV bil-programmi kollha tieghu edukattivi ma jista' qatt jaghmel. Il-qari jixghel l-immaginazzjoni tieghek hekk li meta tigi biex tikteb jew tesprimi ruhek taghmel dan bla tbatija u heffa kbira .

Sa minn eta' ckejkna tghallimna naqraw bis-sahha tal-genituri taghna li ghaddewlna l-pjacir li wiehed jiftah ktieb u jibda' jaqrah biex jiskopri l-kontentu tieghu li javrja minn stejjer ta' misteru, bhal kotba ta' Enid Blyton, avventuri jew taghrif iehor ta' interess.

U biex tithajru tibdew jew tkomplu il-qari, dan is-sit joffrilkom, lilkom it-tfal stejjer addattati ghalikom li jiena cert li ser jghogbukom hekk li meta tibda' ma tkunx tixtieq li taqta ghaliex trid tkun taf x'ser jigri wara. L-istejjer ivarjaw minn dawk qosra ghal ohrajn kemmxejn twal imsejha novelli, kotba illustrati bl-istampi ghax jiena cert li l-istampi joghogbukom wisq etc.

Nawguralkom li l-qari ikunilkom ta' gost, serhan u taghlim.



 

SEZZJONI RAKKONT

IL-MISSJONI TA' JACQUES JACQUES U OHTU GHANDHOM MISSJONI QADDISA X'JAQDU. X'INHI U JIRNEXXILHOM? (pfd)

NOVELLA:        

IT-TEWMIN FRANCIZI - Pierre u Pierrette ghaddew minn hafna avventuri fil-gwerra meta l-Germanizi dahlu go Franza. Aqra u segwihom fil-grajjiet li ghaddew minnhom.

KAP 1. Fil-Katidral ta' Rheims

KAP 2 Fi triqathom lejn id-dar

KAP 3 IL-Wasla tal-Germanizi

KAP 4 L-Armata Franciza tidhol gewwa Rheims

Kap 5 Ghand is-Sinjura Courdet

Kap 6 Il-Katidral jinharaq

Kap 7 Lura id-dar


li© Copyright INHOBB NAQRA