
MIN KIEN SER BUZZ ?
(L-EWWEL PARTI)
Zmien ilu hafna gewwa l-Indja kien jghix suldat li kien tassew fqir. Meta miet ibnu, Beta, sablhu 6 rupees fil-but ta’ l-uniformi mqatta tieghu. Tahom lil ommu u qalilha: “Onfoq dawn il-muniti bil-ghaqal. Jiena ser insiefer bit-tama li naghmel fortuna u meta nigi lura ikollna aktar rupees x’nonfqu.”
“Mur kemm trid,” qaltlu ommu, “ izda oqghod attent mill-annimali selvaggi li ma jhebbux ghalik u jiekluk.”
Beda’ il-vjagg tieghu minn trejqa li haditu lejn il-foresta. Hekk kif dahal xi tlett mili ‘l gewwa fil-foresta iltaqa’ ma’ tigra li kienet bilqieghda f’nofs ta’ triq timblukkalu l-passagg mnejn kellu jghaddi. It-tigra gholliet saqajha u talbitu jnehhilha xewka li kienet qed tittormentha u weghidtu li tkun rikonoxxenti hajjitha kollha.
Iz-zaghzugh wegibha: “ Le. Sib lil haddiehor. Jiena weghedt lil ommi li ser noqghod attent mill-annimali selvaggi biex ma nispiccax ikla ghalihom.”
“Imma jiena ma inhiex bl-guh,” wegbitu t-tigra. “Jiena mwegga’.”
“Aktar u aktar,” qalilha z-zaghzugh.” Meta nigi biex nigbidilek ‘l barra inti twegga aktar u b’sieqek l-ohra taffigni.”
“Le, le, ma tarax,” weghidtu t-tigra, “ meta nhoss l-ugigh indawwar wicci lejn is-sigra u b’sieqi nikkarezza lilha.”
Iben is-suldat ma kellux qalbu hazin u bil-gentilezza kollha nehhilha x-xewka. Ghalkemm batiet sakemm hargilha x-xewka, hija strahet mit-tbatija meta Beta spicca minn dak li kellu jaghmel.
It-tigra rringrazzjatu u qaltlu: “ Bhala radd il-hajr mur wara dik is-sigra u ghandek issib kaxxa. Hudha pero’ tiftahiex qabel timxi 9 mili biha.”
It-tigra ma gidbitx ghaliex Beta sab il-kaxxa mizbugha bi strippi oranjo u suwed. Hares biex jara kif tinfetah, izda t-tigra regghet fakkritu f’dak li kienet qaltlu biex ma jiftahiex qabel jimxi biha 9 mili.
Beta xejrilha addio u kompla triqtu waqt li kien attent ghal xi annimali selvaggi.
Imma haga ta’ l-ghageb il-kaxxa bdiet issir aktar tqila u aktar ma beda’ diehel ‘l gewwa fil-foresta aktar tqalet sal-punt li ma felahiex aktar. Meta poggieha fl-art biex iserrah ftit dirajgh mit-toqol taghha, esklama bejnu bejn ruhu: “Bilfors li dik it-tigra hija xi sahhara. Din il-kaxxa hija msahhra.”
Irrabjat kif kien ta daqqa ta’ sieq goffa lill-kaxxa u habbatha ma’ zokk ta’ sigra, hekk li l-ghatu inqala’ minn postu u minnha hareg ragel zghir li beda’ jdur u jdur forma ta’ cirku, jxejjer idu u jaghmel hoss qisu ta’ nahla: BZZZZZZZZZZZZZZZZZ
Ir-ragel iz-zghir ma kienx itwal minn l-rkobba taz-zaghzugh. Kien liebes uniformi ta’ suldat bhalma kien jilbes missieru u l-baffi griza u twila kienet tkaxkar ma’ l-art hekk kif huwa kien jigri fuq il-post izarzar bhan-nahla.
“Min inti?” staqsieh iz-zaghzugh.
Ir-ragel iz-zghir waqaf, sellimlu u wiegbu, “Jiena Sir Buzz, Sinjur.”
U wiegeb jghajjat qisu suldat fuq parata.
“U ghaliex inti daqshekk qasir?” staqsa iz-zaghzugh, Beta, filwaqt li zamm kemm felah biex ma jidhaqx bih.
“Ghaliex inti tfajtni ‘l barra wisq kmieni, Sinjur.”
“Dak ghaliex inti kont qed tikber u ssir aktar tqil,” spejgalu z-zaghzugh.
“Jiena lest li nservik, Sinjur. X’tikkmanda?”
“Lest li taqdini? Tajjeb ghandi l-guh. Hawn ghandek 4 rupees, mur ixtrili pranzu fantastiku u fuq kollox bnin.”
“Dalwaqt inkun mieghek,” wiegbu Sir Buzz filwaqt li hadlu l-flus u gheb f’tebqa t’ghajn.
Sir Buzz wasal fil-belt u serrah fuq tinda ta’ bejjiegh tat-tqieq. Ir-ragel iz-zghir offra rupee tal-fidda lill-bejjiegh u ordnalu li jtih xkora tqieq minghajr telf ta’ zmien, izda dan baqa’ ma qdiex billi ma semghux u anqas rah.
“Sidi ghandu l-guh u ma jistghax jistenna aktar,” ghajjat Sir Buzz. Il-bejjiegh jidher li ma tantx kien jisma’ u ma tax kazu ghat-tieni darba, sakemm ir-ragel iz-zghir beda’ izarzar qisu nahla. Meta nduna bih u ra li kien qed joffrilhu rupee tal-fidda, tah dak li ried, ghalkemm ma setghax jifhem kif seta’ jgorr l-ixkora tat-tqieq. Imma b’ghageb tieghu refa’ t-tqieq u gheb ghal ghand bejjiegh iehor, din id-darba tal-haxix. Xtara kull tip ta’ haxix u maghhom xi hwawar ukoll. U finalment xtara ukoll xi kejkijiet. Issa l-ixkora kienet intliet ikel gmielha u kienet bil-wisq akbar minnu, imma ma kellu ebda problema biex iggorha. Wasal hdejn iz-zaghzugh li kien qed jistenna. Sir Buzz resaq lejn il-kaxxa magika tat-tigra u minnha hareg xi borom tat-tisjir, qabbad in-nar u f’kemm ili nghidlek lesta u sajjar ikla bnina u tfuh bil-hwawar li tefalghha, u ta’ toghma hekk tajba, li Beta qatt ma kien ghadu daq.
Iz-zaghzugh kiel sa ma xaba’ u Sir Buzz qallu: “Daqshekk kilt? L-ikel tieghi ma ghogbokx, forsi?”
“Tassew tajjeb imma issa zaqqi mimlija. Hemm sajjart ghar-rigment,” qallu z-zaghzugh.
Sir Buzz wiegbu: “ Dak bilkemm hemm ghal suldat wiehed.” U bela’ kollox . Mesah xuftejh bil-komma u qal liz-zaghzuigh,” Issa sar il-hin biex nitilqu.”
Refa’ liz-zaghzugh u t-tnejn waslu minghajr dewmien f’belt fejn kien hemm bazaar.
SIR BUZZ (hrafa indjana t-tieni parti)
SIR BUZZ QADDEJ FIDIL
"X’inhija x-xewqa ta’ qalbek?” staqsa liz-zaghzugh.
“Nahseb li wasal iz-zmien li nizzewweg, mhux hekk?”
“Certament, imma lil min?”
“Lil xi principessa.”
“Hekk ikun,” wiegbu Sir Buzz.
Kien hemm il-periklu lili hadd fil-bazaar jirfsu billi kien qasir u ma jidhirx, ghalhekk tela’ fuq spallejn iz-zaghzugh u qaghad dritt billi zamm ma’ ras…….It-tnejn flimkien daru mal-bazaar jistaqsu jekk kienx hemm xi principess ghaz-zwieg.
Hafna infurmawhom li ir-Raj riedu li l-Principesa Blossom tizzewweg li xi prince mir-renju qarib. Hi ma tridx u allura l-genituri taghha qafluha f’torri sakemm iddawwar il-fehema taghha.
“U xi jghidu n-nies fuq dan?” staqsa z-zaghzugh.
Kien hemm min qal li kienet haga sewwa li l-genituri taghha jaghtuha kastig ghaliex hija kellha d-dritt li tobdi.Ohrajn qalu li hija kellha d-dritt li tizzewweg lil min trid jekk anke sahansitra li ma tizzewwigx.
Iz-zaghzugh imbagha ordna lil Sir Buzz biex jiehdu ghand il-principessa u t-tnejn illndjaw fil-kamra ta’ fuq fit-torri. “Din hija il-Principessa Blossom,” qallu Sir Buzz.
Il-principessa hadet qata u kienet waslet biex twerzaq, imma iz-zaghzugh qalilha: “ Tibzghax, jien gejt hawn biex nilliberak.”
Jaqaw inti xi sahhar?” staqsietu l-principessa Blossom.
“Le imma ghandi l-genju tieghi. “Veru li huwa zghir fil-persuna, imma ghandu qawwa kbira.”
“Jehtigilna li ma indumux u nahlu l-hin. Xi hadd seta’ rana dehlin mit-tieqa. Ejjew naharbu qabel jidhlu s-suldati.”
U tassew li kienu gejjin il-gwardji ghax bdew jinstemghu l-passi taghhom.
“Jekk ser taghmlu xi magija, aghmluha issa,” qaltilhom il-principessa.
U dak il-hin is-sodda tal-kamra taghha inqatghet mill-art u bdiet tifflowtja fl-arja.
Kulhadd tela’ fuqha, is-saqaf tal-kamra gheb u dehru s-smewwiet bis-shab jigri maz-ziffa tar-rih. Meta harsu ‘l isfel raw lin-nies tal-bazaar kienu zghar bhan-nemel.
Iz-zaghzugh u l-principessa zzewwgu f’wiehed mit-tempji ta’ l-Indja u mbaghad sabu dar sabieha bi gnien kbir u qaghdu jghixu go fiha.
“Issa, Sir Buzz, jiena naghtik il-liberta’ u tmur tghix mal-padruna tieghek it-tigra.”
Sir Buzz irringrazzjah u qabel telaq qallu biex jiehu bicca mill-baffi griza tieghu u jekk ikollu bzonnu, jahraqha u mill-ewwel isibu hdejh.
Iz-zaghzugh accetta u Sir Buzz qata’ bicca mill-baffi u pprezentahielu. Imbaghad ……..taha lill-Principessa martu li zammitha fil-locket taghha li dejjem kienet izzommha mdendla ma’ ghonqha. Sir Buzz gheb minn quddiemhom biz-zanzir ta’nahla.
Ghamlu xi zmien jghixu ferhanin u fil-paci meta f’daqqa wahda ftakar f’ommu. Qal lil martu l-Principessa Blossom li ried jmur jara lil ommu; hija talbitu biex takkumpanjah. Huma kellhom jiehdu l-vjagg taghhom mill-foresta u huwa qaghad attent ferm mill-annimali selvaggi. Huwa zamm idu fuq ix-xabla li kellu imdenla ma’ qaddu aktar ma dahal ‘l gewwa fil-foresta u d-dawl beda’ jnaqqas.
Iz-zaghzugh beda jiddubita jekk kienx qabad it-triq it-tajba u hassu mehlus mill-inkwiet meta iltaqa ma’ eremita. Deher ta’ qalbu tajba u offrilhom kenn fl-gharix tieghu. Qalilhom li jistghu juzaw il-kcina u kulma jridu, hlief ghal armarju li kien jinfetahbic-cavetta tad-deheb.
Il-koppja sabu kull ma riedu u sajru ikla tajba. U waqt lil-ikel kien isir iz-zaghzugh gietu kurzita u fetah l-armarju u quddiemu dehru hafna u hafna oggetti tad-deheb u djamanti u gojellerija. Mill-ewwel ghalaq u sakkar l-armarju.
Forsi f’mohhkomghidtu kemm kien ragel ta’ qalbu tajba l-eremita. La kien qaddis u wisq aktar karittativ. Hekk kif spiccar ic-cena dahal fil-gharix fil-forma vera tieghu – kien mostru b’hafna irjus u snien li jaqtghu. Iz-zaghzugh ftakar fil-kliem ta’ ommu biex jahrab il-bhejjem selvaggi u issa hawn arah kien quddiem wiehed lest biex jibilghu.
“Lestu ruhkom biex nikolkom.”
Ma lahaqx lissen l-ewwel kelmiet li ma deherx Sir Buzz. Il-Principessa harqet it-troffa tal-baffi ta’ Sir Buzz u dan deher quddiehom fil-bzonn li kellhom.
“ Min hu dan is-suldatta’ daqs ta’ nofs pinta?” insulta l-mostru lil Sir Buzz.
U Sir Buzz urieh tassew min kien ghaliex beda’ jonfoh u bir-rih li qajjem imbotta lill-mostru ‘l barra mill-gharix. Dan kif sab ruhu barra imbidel fi fjamma ta’ nar kbira.
Sir Buzz inbidel fi xmara ilma u beda’ jigri warajh biex jitfih halli ma jqabbadx il-foresta u jeqred is-sigar u l-annimali.
In-nar imbidel f’tajra li telghet fil-gholi tas-smewwiet filwaqt li Sir Buzz imbidel f’seqer li gera’ ghal warajh sakemm waslu fil-qorti ta’ Lord Lura li kien imdawwar bil-muzicisti u zeffiena. It-tajra nizlet tistrieh f’hogor Lord Lura u saret warda sabieha. Meta ra hekk Sir Buzz imbidel f’zeffiena. Din tant zifnet sabih li Lord Lura garalha l-warda. Waqt li ghamel hekk wahda mill-petali waqghet fl-art u saret gurdien, imma Sir Buzz f’hakka t’ghajn imbidel f’qattus u gera’ wara l-gurdien sakemm qabdu u qatlu.
Meta Sir Buzz lesta l-missjoni tieghu irritorna ghand iz-zaghzugh u l-Principessa bil-hoss taz-zanzir. Hawn iz-zaghzugh fehem li kien Sir Buzz li rebah it-taqtiegha.
“Nirringrazzjawk Sir Buzz. Haga ta’ l-ahhar nitolbuk. Hudna ghand ommi.”
“Aye Aye Sir,” qallu Sir Buzz, imma qabel fetah l-armarju u pogga d-deheb kollu flimkien ma’ l-ogetti prezzjuzi fil-kaxxa mizbugha bl-istrixxi.
Li kieku inti mxejt id-disa mili bil-kaxxa kont tasal mill-ewwel sa dan it-tezor minflok ma sibt lili.”
Minghajr dewmin ilkoll waslu ghand ommu li kienet tghix ta’ mara fqira, izda hux aktar wara l-wasla ta’ binha mal-Principessa Blossom.
© Copyright INHOBB NAQRA