RAMEL U BLAT


John u James kienu l-aqwa hbieb. B’daqshekk ma jfissirx li ma kienux jiggieldu, anzi kienu jargumentaw bosta drabi, izda qatt ma cedew il-hbiberija taghhom. Flimkien marru jfittxu x-xoghol u zaru hafna postijiet biex jaqilghu xi ftit flus. Ghaddew minn bosta, rhula, villaggi, ibliet, foresti u anke xtut. Kienu jieqfu ma’ xulxin waqt il-vjaggi taghhom.

Jum wiehed waslu fid-dezert. Ftit kien fadlilhom ikel u ilma. John qal li l-ahjar li jaghmlu kien li jieklu u jixorbu bil-qies. Madanakollu James ma qabilx. Kellu l-ghatx u ried jixrob. Argumentaw fuq l-ilma, l-aktar haga prezzjuz fid-dezert. John wasal biex jaghti daqqa ta’ harta lil James. James ha ghalih ghaliex qatt ma issopona li habibu jasal sa hawn u ma kellmux. It-tnejn baqghu mexjin fis-silenzju. U fuq ir-ramel James kiteb hekk: “ L-akbar habib tieghi wasal biex jaghtina daqqa ta’ harta.”

Finalment waslu hdejn oasi. Hemm kien hemm hafna ilma u wara li xorbu kemm felhu ghamu. Imma John hassu qed jeghreq u talab lil James jghinu. James mar jigri u salvah. Wara hadu nghasa taht sigra tal-Palm u meta qamu mir-raqda, iddecidew li jkompli l-vjagg. Imma qabel ma hallew il-post John naqqax fil-gebel dawn il-kelmiet: “ L-akbar habib tieghi salvani.”

John qal lil James : " Meta tajtek daqqa ta’ harta, inti ktibtha fuq ir-ramel, imma jiena zgur li r-rih tajjar dak ir-ramel sa dan il-hin. Imma meta inti salvajtli hajti jiena naqqaxtha fuq il-blat u hemm tibqa’ miktuba ghal dejjem.


Hemm bzonn li ninsew il-hwejjeg negattivi u nghozzu dak li huwa posittiv ghalina

© Copyright INHOBB NAQRA