L-ISTORJA TA  ALI’  IS-SAJJIED

Meta missieru refa’ mis-sajd minhabba l-eta, Ali Hassan wiret ix-xoghol tieghu.  Kien xoghol ta’ tbatija ghaliex il-bahar jaf jaghtik qabda kbira ta’ hut jew mizerja jekk mhux xejn. Meta Ali Hassan kien jaqbad hafna hut, kien izzomm ftit biex jiekol hu, martu u z-zewg xebbiet uliedu, imellha ohrajn, il-kumplament ix-xebbiet kienu jmorru jbieghuh fis-suq.

Kien jaghmel hiltu biex jipprovdilhom l-ghexien  u ta’ kull filghodu kmieni kien imur jistad minkejja li issa kiber fiz-zmien u ma kellux min jiehu xoghlu. Iddecieda li kull jum ma jitfghax ix-xbieki tieghu fil-bahar aktar minn erba’ darbiet.

Ghodwa wahda, filghodu kmieni meta kienet ghadha anqas biss telghet ix-xemx telaq lejn ix-xatt u rikeb id-dghajsa. Qala’ ‘l barra u tefa’ ix-xbieki. Kien qed jittama li jkollu qabda tajba ghaliex wara tlett ijiem maltemp, issa hareg bnazzi. Kif kien qed itella’ ix-xbieki, hasshom li kienu kemmxejn tqal. Haseb li kien qabad xi huta kbira u kien kuntent hafna. Qal bejnu u bejn ruhu  li issa l-familja tieghu kien ser ikollha x’tiekol ghal inqas ghal tlett ijiem. Imma b’dizappunt kbir tieghu sab li fix-xibka kien qabad hmar mejjet li xi hadd kien rema’ fil-bahar jew waqa’ minn xi vapur li kien igorr l-annimali u dan ghereq.

Hassu mdejjaq hafna b’dak li gralu u meta ra li x-xbiek kien tqatta, huwa ghamel uzu minn iehor. Izda kbir  rega’ kien id-duzappunt tieghu meta tella’ basket rifjut. “Vera li hawn nies li ma jimpurthomx li jzommu l-bahar nadif. Jitfghu kull ma jigi ghal idejhom, dak li ma ghandhomx bzonn,” qal bejn u bejn ruhu b’vuci li  jisma’ lilu nnifsu.

“O fortuna,” talab Ali Hassan, “ ieqaf ma’ povru sajjied li jonqsu kollox u ma ghandu xejn .”

Hasel ix-xbiek fil-bahar u waddabhom ghat-tielet darba, imma ma tella’ ebda huta, hlief gebel, tajn u qxur ta’ arzell. Qabdu kwazi mument ta’ disperazzjoni.

Imbaghad huwa tefa’ ix-xbieki ghar- raba u l-ahhar darba. Meta haseb li kellu huta fix-xibka, sab li kellu biqja safra li kienet issigilata bic-comb. Ferah hafna ghax haseb li dan kien mument ta’ risq tajjeb. Ezamina l-biqja dawra tond u sahansitra cekcikha, imma ma sema’ xejn. Mit-tap tac-comb li fuqu kellu impronta rjali kkonkluda li fiha seta’ kien hemm xi haga prezzjuza. U biex ikun cert hareg sikkina u bi ftit pacenzja qala’ it-tap. Qalibha rasha ‘l isfel u ma hareg xejn minnha. Poggieha quddiemu u qaghad ihares lejha. Ma damx wisq ihares meta ra duhhan iswed hiereg minnha, hekk li kellu jmur lura.

U aktar staghgeb is-sajjied meta ra li d-duhhan iswed kiber, ghola sas-shab u xtered fuq il-bahar. Meta d-duhhan hareg kollu mill-biqja, ingabar fih innifsu u minn massa kbira ta’ duhhan deher Genju, kbir darbtejn  daqs ggant.

Is-sajjied kieku xtaq jahrab quddiem dehra bhal din imma tant beza’ li saqajh ma tawhx biex jaghmel pass, ahseb u ara biex jigri halli jitbieghed minn hemm.

“O kbir re tal-genju,” ghajjat,

“ Inwieghdek li qatt izjed ma jiena ser noffendik.”

Ghal dak il-kliem is-sajjied ghamel kuragg. “ X’inti tghid ghaziz genju? Ghidli l-istorja tieghek u kif sibt ruhek maqful f’din il-biqja.”

Il-genju tah harsa  ta’ wiehed superv u qallu: “ Kellimni b’aktar edukazzjoni qabel ma noqtlok.”

“U ghaliex trid toqtolni?” staqsa is-sajjied. “Ghadni kemm illiberajtek, diga insejt?”

“Le,” wiegeb il-genju; “ imma dak li ghamilt mieghi ma jwaqqafnix li noqtlok; u jiena ser naghtik favur li titlobni l-mod kif inti tixtieq tmut.”

“Imma jiena x’ghamiltlek?” staqsieh is-sajjied.

“Jiena ma nistx nittrattak mod iehor,” qallu l-genju u jekk trid tkun taf ghaliex, isma’ l-istorja tieghi.”

“Jiena hadtha kontra ir-re ta’ genji. Biex jikkastigani huwa qafilni f’din il-garra u ghalaqha b’tapp tac-comb biex jiena ma nkunux nista nohrog. Imbaghad ordna li l-garra tintefa’ fil-bahar. Billi jiena genju jiena kien ghad baqaghli s-setgha li naghmel favuri, ghalkemm mieghi nnifsi qatt ma stajt naghmel dan. U jiena weghedt li jekk xi hadd jilliberani qabel mitt sena, naghmlu sinjur. Imma il-mitt sena ghaddew u hadd ma lliberani. Jekk xi hadd jehlisni mill-jasar tal-garra qabel ma jghaddu t-tieni mitt sena jiena kont naghtih  it-tezori li jinsabu fid-dinja. Imma dan il-hellies tieghi qatt ma wasal.

Fit-tielet mitt sena weghedt li naghmel sultan lil dak li jaghtini l-liberta’, inkun dejjem hdejh u naghtih li jghidli tlett xewqat kuljum biex nista’ nesegwihom  Imma ghaddew it-tlett mitt sena u bqajt fejn kont, maghluq prugunier fil-garra. Fl-ahhar hemm gew maqful fil-garra sirt genju mimli rabja u ddecidejt li jekk xi hadd jehlisni noqtlu mill-ewwel. Pero’ naghtih ghazla biex jghidli kif irid imut. Qed tara, allura, li gialadarba hlistni l-lum, aghzel il-mod ta’ kif ghandek tmut.”

Is-sajjied beka’ xortih. “Ghaliex kelli nkun bniedem daqshekk sfortunat li tajtek il-helsien. Nitolbok ehlisli hajti bhalma jien hlist lilek.”

“Diga’ ghidtlek,” widdbu l-genju, “ dan ma nistghux naghmlu. Impossibli. Iddumx ma taghzel; qed tahli z-zmien.”

Is-sajjied ma kienx xi bniedem injurant bhalma forsi wiehed jista’ jahseb. Huwa kien il-hin kollu jara xi pjan  jezercita waqt li kien jitkellem mal-genju.

“Gia la darba jiena ghandi mmut,” qallu, “ qabel ma nghidlek il-mod kif ghandi mmut, nitolbok tghidli fuq l-unur tieghek jekk inti veru kontx f’dik il-garra, ghax daqs kemm inti genju kbir, dahalli dubju kif il-garra setghet tesa persuntek, li qisha ta’ ggant?”

“Fuq l-unur tieghi, iva kont,” wiegbu il-genju.

“Jiena ma nistax nemmen din il-haga, kif inti qisek ggant kapaci tidhol f’din il-garra ta’ daqs zghir,” qal is-sajjied, “dik il-garra anqas ma tista’ tesa’ wahda biss minn riglejk ahseb u ara gismek kollu. Ma nemminx jekk ma narax b’ghajnejja stess li din il-haga tista’ issir.”

Imbaghad il-genju beda’ jimbidel f’duhhan u ngabar fi shaba wahda u beda diehel lura fil-garra bil-mod il-mod sakemm ma kien hemm ebda traccja ta’ duhhan barra l-garra. Minnufih instemghet vuci li qalet lis-sajjed,” Tajjeb, issa temmen, sajjied nieqes mit-twemmin. Ninsab fil-vazett. Temmen issa li jiena ghidt il-verita’?”

Izda s-sajjed flok wiegeb li jemmen, qabad it-tap tac-comb u ghalaq il-garra sew.

Issa l-folja nqalbet u s-sajjied qal lil genju, “ Issa ghaziz Genju, itlobni skuza u aghzel b’liema mewt tixtieq tmut. Imma le, ikun ahjar li narmi l-garra fil-bahar minn fejn stadtha. U nibni dar fuq ix-xatt biex navza s-sajjieda li ma ghandhom qatt iwaddbu x-xbieki taghhom f’dawn l-inhawi li ma jmorru jaqbdu l-garra fejn inti maqful. Inti genju kattiv li trid toqtol lil dak li jkun tak il-liberta’.

Ghal dawn il-kliem il-genju ghamel kull ma seta biex johrog, imma ma setghax ghaliex it-tap kien imsahhar mis-sultan tal-genji.

Il-genju pprova juza’ mohhu u qallu, “ Jekk tiftah it-tap jiena nhallesk sew.”

“Le,” wiegbu s-sajjied, “ Jekk int ma kontx fidil ghall-gid li ghamilt mieghek, kif nista’ nafdak li ser izzomm kelmtek?

U s-sajjied tefa’ il-garra fil-bahar, fil-fond hafna, refa’ ix-xbiek u erhilha lejn id-dar biex jirrakontaw dak kollu li gralu  lill-familja tieghu.

 

 

© Copyright INHOBB NAQRA