Ir-re Gustavu kien riekeb fuq dahar iz-ziemel jigri qalb is-sigar tal-foresta mal-hbieb tieghu. F’inqas minn gimgha kellu jhalli lill-pajjiz biex imur fuq vjagg twil. Imma liema mill-kunsillieri tieghu kellu jhalli r-renju tieghu, lir-regina martu u lil ibnu tfajjel ta’ sitt snin? Wiehed mill-kunsilliera tieghu kien ihobb jikkmanda wisq, iehor kien moghti ghax-xorb, iehor kien mohhu biss fil-flus, l-iehor kien mohhu li jidher sabih f’xagharu, iehor kien ghadu zghir wisq u l-ahhar wiehed ma kellu ebda hila. F’daqqa wahda mix-xmara telghet bhal shaba cpar u minnha harget mara. Ir-re ordna li jieqfu.

Ir-re haseb li kienet anglu tiela mill-art. Resqet lejh u qaltlu li hu kien ser ikollu twegiba ghat-thewdin li kellu f’mohhu. Il-mara zaghzugha xejret il-bakketta magika taghha u r-re ra lilu nnifsu liebes ta’ ragel tal-bosk filwaqt li xbieha ohra tieghu nnifsu flimkien mal-kunsilliera tieghu komplew triqthom lejn il-palazz. F’idejh ir-re ntebah li kellu mannara flok ix-xabla.

Ghat-tixjira tal-bakketta magika taghha fit-tarf tal-foresta deher gharix. Ir-re beda’ jitlef sabru u staqsa lill-mara t-tifsira ta’ dak kollu li kien qed jigri quddiemu. 

“Ara,” wegbitu l-mara, “issa ser ikollok opportunita’ li taghzel kunsillier bil-ghaqal. Kun zgur li tistedinhom ghall-pranzu f’dan l-gharix tieghek minn hawn u tlett ijiem ohra.” U l-mara ghebet.

F’daqqa wahda r-re Gustav ra li fuq ix-xmara kien hemm dghajsa li kienet imhabbta ‘l hawn u ‘l hinn mir-rih qawwi, ghaliex tempesta qalila kienet waslet biex tifrex il-qilla taghha fuq dawk l-inhawi. L-ilhna abbord id-dghajsa r-re gharafhom; kienu is-sitt kunsilliera tieghu. Id-dghajsa kienet kwazi ser tinqaleb u n-nies ta’ fuqha ghajtu kemm felhu ghal ghajjut.

Ir-re, ghawwiem tajjeb hafna qabez go l-ilma u gham lejn id-dghajsa, tela’ fuqha u ha f’idejh l-imqadef minn idejh il-qaddiefa u rnexxilu jiehu d-dghajsa lejn ix-xatt.

Il-kunsilliera kienu ghasra, imma kollhom hajr lejn ir-ragel li salvahom. Taptpulhu fuq spalltu biex jifirhulu ghal att erojku li ghamel maghhom u qalulu biex jghidilhom x’ried bhala rigal. Ftakar f’dak li qaltlu l-mara zaghzugha u filwaqt li baxxa rasu quddiemhom bhala rispett ghax kienu kunsuilliera tar-re, talabhom biex tlett ijiem ohra jigu fil-gharix tieghu ghax kien ser jaghmel festa. “Huwa unur kbir li nilqakom fid-dar fqira tieghi jekk intom mistiedna nobbli bhalkom tilqghu l-istedina tieghi.”

“Dak kollu?” qal wiehed mill-kunsilliera li r-re kien jaf li kien jhobb hafna l-flus.

“Li jkolli lilkom nies nobbli bhalkom, bhala mistednin ikun unur kbir wisq ghalija,” qalilhom ir-ragel tal-foresta.

Aktar tard matul il-lejl, ir-ragel tal-foresta rega’ sab ruhu re. Kien wasal biex jidhol fis-sodda meta mill-gdid quddiemu fforma bhal cpar u dehret il-mara zaghzugha.

Qaltlu: “Sire, stieden lil kunsilliera tieghek ghall-pranzu rjali fil-palazz fi zmien tlett ijiem biex thabbrilhom liema kunsillier ghazilt biex imexxi s-saltna waqt in-nuqqas tieghek.”

Wiegeb ir-re Gustavu: “Ghadni ma ddecidejtx min huwa u barra minn hekk huma diga’ mistiedna ghall-pranzu ghand r-ragel tal-foresta.”

“Tassew li hu hekk,” qaltlu l-mara zaghzugha u ghebet minn quddiemu.

L-ghada filghodu r-re sejjah quddiemu lill-kunsilliera tieghu.

“Kont qed nahsibha sew liema minnkom jista’ jiehu l-kmand floki waqt li jiena nkun imbieghed mill-pajjiz,” qalilhom Gustavu. Kull kunsillier qam fuq tieghu u wiehed minnhom dak li kien ihobb jaghmel xagharu, ghadda l-pettine minn ma’ xagharu. U kompla r-re: “Nghidlkom bid-decizzjoni tieghi waqt il-pranzu li jiena ser naghmel ghada.”

Is-sitt kunsilliera lkoll harsu lejn xulxin ghaliex fehmu li l-ghada kellhom imorru ghand ir-ragel tal-foresta.

Il-kunsillier li ma kien jimpurtah minn xejn tkellem u qal: “Daz zgur li nkunu hemm.”

Fil-lejla ta’ l-ikla r-re Gustav ra lill-kunsilliera tieghu dehlin wiehed wiehed imma meta hadu posthom, induna li siggu wiehed kien vojt. Resaq fuq il-kunsilliera u staqsiehom,“Fejn hu Lukas?” Dan kien l-izghar kunsillier.”

“Mhux hawn, sire,” qallu l-kunsillier li kien ihobb il-qatra.

“U jekk nista’ inkun naf, ghaliex ma laqghax l-istedina tieghi ghal ikla rjali?” qal ir-re b’vuci xi ftit gholja.

“Milli jidher kellu appuntament iehor,” qal kunsillier iehor, “mar-ragel tal-foresta.”

“Ragel tal-foresta?” ghajjat ir-re,” Gibu lil Lukas malajr u minghajr telf ta’ zmien.”

Siegha wara Lukas kien quddiem it-tronn tar-re Gustav. “Tista’ tghidli fejn kont inti filghaxija, Lukas?,” staqsa r-re b’lehen sever. “Meta jiena specifikament ordnajtlek li tattendi ghall-festa tieghi?”

“Accettajt stedina biex nippranza mar-ragel tal-foresta,” wiegeb Lukas, hekk kif il-hames kunsillieri l-ohra bdew jiddiehqu minn taht. “Ghal anqas hekk hsibt, ghaliex meta mort lejn gharix tieghu, l-gharix ma kienx hemm, ghalkemm jiena cert li sa tlett ijiem ilu kien jezisti, imma issa jidher li gheb.”

“Inti mhux biss ma waqaftx mar-re tieghek,” beda’ jghajjat ir-re, “izda mort biex ticcena mar-ragel tal-foresta li l-gharix tieghu anqas ghadu hemm.”

“Sire kont tajt il-kelma tieghi, u accettajt, dan kien qabel l-istedina tieghek” qallu Lukas.

Gustavu siket u pogga rasu bejn idejh, imbaghad b’lehen ta’ hlewwa qallu: “Bhalma naccettak issa jiena.” 

Huwa ha t-tifel minn hdan omm, ir-regina, u tah lil Lukas, l-izghar kunsillier. Lukas inti mhux biss zammejt kelmtek, izda ghamilt hekk b’riskju li jiena nixhet l-qilla tieghi fuqek. Urejt li inti taf tkun bniedem ta’ valuri. Meta jiena nkun barra l-pajjiz, ser inhalli lilek biex tmexxi il-hwejjeg tar-renju tieghi, u nafdalek ukoll biex tiehu hsieb lil marti u lil ibni.”


 

© Copyright INHOBB NAQRA