PEPE JGHODDHA B’WAHDA.

Propjament kien jismu Giuseppe. Missieru tah dan l-isem meta ghammdu ghaliex kien devot kbir ta’ San Guzepp u anke

rettur tal-fratellanza ta’ l-istess qaddis fir rahal fejn kien joqghod. Imma niesu u hbiebu kienu jghajtulu Pepe.

Pepe kien tfajjel ta’ tlettax-il sena u l-praspar kienu jigru warajh jew ahjar kien ifittixhom. Jum wiehed fil-vaganzi tas-sajf

 waqt li kien miexi f’tarf ir-rahal ma’ habibu Wally, gieh il-hsieb li jaghmel cajta lil Fonsu l-mechanic li kellu garaxx ghat-

tiswijet tal-karozzi mhux wisq bghid minn nicca ta’ San Guzepp.

“Ara x’naghmlu,” qal lil habibu Wally li daqsu kien jiekol xi praspura, “nippruvaw nahbulhu dak it-tyre li ghadu kemm

qala’. Narawh ihokk tnejn rasu, imbaghad naghtuhulu.”

“U kif ser tasal biex taghmel dan?”

“Jiena ncempillu fuq n-numru li ghandu fuq it-tabella fuq il-hanut, hu jmur iwiegeb u fi ftit sekondi nohduhulu u ninhbew

qalb il-haxix gholi. Meta jaghmel zmien ifittxu nghajtulhu u nrembluh max-xaqliba tat-triq filwaqt li naharbu.”

“Kollox sew,” wiegbu Wally.

Ghamlu kollox kif ippjanat, cemplu, Fonsu mar iwiegeb it-telefon, u meta hareg ma sabx it-tyre. Inkwieta ftit u dar

darba tnejn mal-karozza. Haseb li ghaddha xi hadd u seraqhulu. Gera’ lejn it-tarf tat-triq biex jara jekk ghadditx xi 

karrozza u gabritu. Meta t-tfal raw hekk ghajtu: “ Arah gej.” U gerrbuh fuq in-naha tax-xaqliba tat-triq u telqu jigru. Fonsu

laqa’ it-tyre u kompla jahdem. Dak li ma rawx it-tfal kien li Fonsu kellu c-camera imwahhla fuq il-faccata tal-garaxx.

Meta lesta x-xoghol dahal fl-ufficcju u ra l-filmat tal-camera.

Il-halliel kien Pepe. “Issa insib lil missieru wara li naghlaq il-hanut u nkellmu.”

U hekk ghamel. “Halli kollox f’idejja,” weghdu missier Pepe.

L-ghada il-missier ha lil ibnu Pepe ghand Fonsu minghajr ma qallu b’dak li kellu f’mohhu; tah biss l-impressjoni li ser

jmorru jixtru bicca spare part ghall-karozza. Ghalkemm Pepe gab kull skuza, missieru rnexxilu jipperswadih li wara li

jixtru l-ispare part, Pepe kellu johodha d-dar u hu jibqa’ sejjer qadja ohra. Meta waslu ghand Fonsu, missieru wrieh li kien

 jaf b’dak li kien ghamel lil Fonsu u ordna lil Pepe biex jiskuza ruhu quddiem Fonsu u jghoddha b’wahda li Fonsu ma marx

 ghand il-Puluzija. Wicc Pepe hmar bil-misthija, nizzel ghajnejh lejn lart u b’lehen baxx talbu skuza. Pero’ ma spiccax

 kollox hawn  ghax quddiem Fonsu, missieru wissieh bil-kastig li kien ser itih: gimgha msakkar id-dar; hlief mill-knisja

 ghad-dar u lura u f’xi kazi jaghmel xi qadja lil ommu, Pepe kellu jibqa’ maqful gewwa minghajr ma jara lil hbiebu. U ma’

 missieru ma kienx hemm cajt.

Kien jaf li dak li jghid missier jwettqu.

© Copyright INHOBB NAQRA