Justin kien student fil-kullegg ta’ Pensilvanja u spiss kien ikun nieqes mill-klassi, daqqa ghall-haga u daqqa ghal ohra. Is-surmast ikkoregih kemm-il darba, imma l-korezzjoni tieghu dejjem kienet taqa’ fuq widnejn torox. Ghalhekk jum wiehed iddecida li jissospendih ghal xi gimgha bit-tama li dan l-istudent jidhol dahla fih innifsu u jikkoregi ruhu.
Ghalhekk baghat ghal l-istudent. Justin wasal fil-mument li s-surmast kien hiereg biex jiekol xi haga.
“Tahseb li dan huwa l-hin biex tigi ghandi?” ghajjat mieghu s-surmast.
“Ahfirli, Sir,” qallu Justin, “ imma wasalt fil-kullegg tard hafna illum. Ara, fil-ghalqa taghna sibt balla deheb u ma tafx inti, Sir,..........”
“Balla deheb,” stghageb is-surmast, b’ghajnejh jaqbzilu ‘l barra. “ U issa x’bi hsiebek taghmel biha?”
“Iddecidejt li nixtri artijiet ohra akbar biex fuqhom jiena u missieri nrabbu l-annimali, u anke ddecidejt li noffrilek somma flus zghira bhala ringrazzjament tal-pacenzja li tiehu bija biex tedukani.”
Is-surmast ha pjacir hafna u stieden lil Justin biex jiekol mieghu. Iz-zaghzugh kiel qisu kien ilu ma jiekol gimgha, waqt li s-surmast bil-kemm mess l-ikel. Qaghad jahseb kemm kienet ser tkun din is-somma u jekk kienitx ser tkun bizzejjed biex il-holma tieghu li jixtri d-dghajsa b’mutur qawwi halli biha jkun jista’ jmur jistad fuq ix-xmara, issir realta’
Qallu s-surmast, “ Nittama li dan id-deheb zammejtu f’post sigur, ghax hawn hafna serq bhalissa.”
“Qatt ma kelli cans naghmel dan,” wiegbu Justin, “Id-deheb sparixxa l-mument li ommi ixxejkjatni biex inqum mis-sodda.”
“X’inhu?” werzaq il-principal, “ trid tghidli li dan ir-rakkont tieghek kien kollha holma?”
Iz-zaghzugh baxxa tnejn rasu biex jurih li iva.
Is-surmast ikkontrolla lilu nnifsu bi sforz kbir.
“Ninsab ferhan li inti ftakart fija fil-holma tieghek,” fl-ahhar qallu u kompla b’sarkazmu, “U nittama li tiftakar fija meta tassew issib id-deheb. Issa itlaq u thallinx narak quddiem ghajnejja.”
Kien biss meta telaq Justin li s-surmast ftakar ir-raguni li ghaliha kien baghat ghal Justin.
© Copyright INHOBB NAQRA