MIN MINNHOM KIEN GHAQLI?

Zewg vjaggaturi kienu qed ihejju ruhhom ghall-pellegrinagg li kien ser iwassalhom ghall-festa qaddisa. Gimghat qabel il-pellegrinagg, wiehed minnhom tefa’ fil-barzakka kull ghodda jew haga li haseb li kien ser ikollu bzonn matul il-vjagg. Il-vjaggatur l-iehor ha mieghu dak li kien necessarju biss biex ma jkollux toqol.

Kull wiehed minnhom telaq fl-istess jum u fl-istess hin. Kien vjagg twil u fit-triq iltaqghu ma’ xulxin u terrqu flimkien. L-ewwel vjaggatur skanta kif siehbu seta’ jwassal sal-post tal-festa minghajr il-hafna bzonnijiet li hu kien ippakja biex ha mieghu.

Hin bla waqt indunaw li kienu tilfu t-triq.

L-ewwel vjaggatur waqaf u beda’ jfittex xi haga li setghet tghinu jsib it-triq. Imma billi kellu hafna ghodda u affarijiet, dam biex sab dak li ried.

Sadanitant il-vjaggatur l-iehor nizel gharkubtejh u qal talba filwaqt li kompla triqtu, mimli tama li jsib it-triq. Ma damx wisq li ma sabx ruhu fit-triq it-tajba. L-ewwel vjaggatur sab ukoll it-triq it-tajba imma kellu jmur lura u jaghzel triq ohra biex jasal ghall-festa qaddisa.

Ghalkemm iz-zewg vjaggaturi issa kienu ‘l boghod minn xulxin, it-tnejn hassew is-shana tal-jum.  Kienet qawwija u haditilhom sahhithom hekk li naqqsu hafna mll-mixi.  Il-vjaggatur li kien igorr ftit hwejjeg naqqas ftit mill-mixi izda fl-ahhar wasal ghall-festa.  Il-vjaggatur l-iehor li kien igorr hafna hwejjeg bla bzonn kien ihoss l-ghejja u spiss kien ikollu jieqaf biex jistrieh u jiehu nifs gdid.

Meta fl-ahhar wasal bil-hafna hwejjeg li bosta minnhom kienu bla uzu, sab li l-festa kienet intemmet. In-nies kienet qed thalli l-post. Maghhom lemah ukoll li siehbu li iien iltaqa’ mieghu fit-triq. Fehem l-izball li kien ghamel.  Pogga wisq it-tama tieghu fi hwejjeg li haseb li kellu bzonn milli qieghed it-tama tieghu f’Alla.


Kemm jghallimna sew Kristu meta jghidilna: “Imberkin il-foqra fl-ispirtu ghax taghhom hija s-Saltna tas-Smewwiet”.  Meta jghid il-foqra Kristu jkun qed ifisser ghal dawk il-bnedmin li ma ghandhomx qalbhom marbuta mad-dinja.


 

© Copyright INHOBB NAQRA