HRAFA FUQ IT-TAMA
 

Il-mara dahlet taht l-istage biex tistkenn mill-qilla tax-xemx u qaghdet bil-qieghda fuq il-bank tistenna l-karozza tal-linja. Bhala kien hemm nies ohrajn.

Kollha kien hemm ghal l-istess skop. Kienu qed jistennew il-karozza li kienet ser tohodhom fil-post fejn kellhom jircievu rigal.

GRUPP TA' NIES JISTENNEW FUQ L-ISTAGE

Il-mara kienet kuntenta tistenna bil-pacenzja kollha ghal zmien twil hafna. Fuq wiccha kienet tidher tbissima u hsibijietha kienu jduru biss dwar il-premju li kien qed jistenniha. 

Imma mhux hekk kienu n-nisa l-ohra, mhux hekk. Uhud minnhom kienu qed jippassigaw ‘l fuq u ‘l isfel u jharsu lejn l-arlogg filwaqt li jgergru bejnithom dwar id-dewmin. Ohrajn kienu qed jibzghu li ser jitilfu kollox ghax meta tasal il-karozza c-ceremonja ta’ l-ghoti tar-rigali tkun spiccat. Min lahaq ikun lahaq.

Kien hemm min tant kien fuq ix-xwiek, li minn mument ghal iehor kien jitla’ fuq il-bank biex jara jekk il-karozza kienitx tidher fit-tarf tat-triq.

Fl-ahhar xi uhud minnhom tant tilfu l-pacenzja li cemplu taxi biex tohodhom fil-post tac-ceremonja, imma fejn ma kienux jafu.  Kien biss ix-xufier tal-karozza tal-linja li kien jaf il-post. Imma n-nuqqas ta’ pacenzja telfithom kull raguni.

Kien hemm uhud ohra li ddecidew li jimxu, bit-tama li riglejhom iwassluhom aktar malajr mill-karozza li kienet ghadha ma dehritx. “Forsi fit-triq xi hadd jghidilna fejn ser tkun ic-ceremonja ta’ l-ghoti tar-rigali,” qalu bejnithom.

Ohrajn cemplu lil hbiebhom biex iwassluhom minghajr ma tarrfulhom preciz fejn kellhom johduhom, imma bit-tama li fejn iwassluhom ikun il-post tac-ceremonja.

Kulhadd telaq hlief dik il-mara li qaghdet bilqieghda tistenna bil-pacenzja kollha li tasal il-karozza. Qatt ma waqfet titbissem u turi l-ferh ghar-rigal li kienet ser tircievi. Fl-ahhar waslet il-karozza, infethu l-bibien u telghet biex issib post bil-qieghda. Il-karozza haditha fejn kellha ssir ic-ceremonja. Hemm irceviet premju kbir.

 

Ahna lkoll nghixu bit-tama, bit-tama li nghaddu mill-ezami jekk nistudjaw, bit-tama li ngawdu sahhitna jekk nibzghu ghaliha, bit-tama li ndahhlu l-paga jekk nahdmu etc etc… izda fuq kollox li nittamaw li nakkwistaw il-premju tal-genna jekk ahna npoggu it-tama taghna fil-weghdiet ta’ Kristu u nserrhu rasna mhux fuq il-qawwa taghna, izda fuq il-grazzja ta’ l-Ispirtu Santu. (Katekizmu tal-Knisja 1817).

 

© Copyright INHOBB NAQRA