it-tieni parti
Haseb li ahjar li jibqa’ fejn kien u jzomm il-flus ghal meta jigi bzonn. U ma damx ma gie bzonnhom ghaliex billi l-principessa kien waslilha jum twelidha, haseb u ra li jaghtiha rigal sabih. U rigal isbah minn gozz muniti tad-deheb x’hemm ghal principessa.?
Kompla jigdem il-hobza magika sakemm mela’ xkora zghira bil-muniti tad-deheb u heba’ kollox fil-gharix .
Meta l-ghada ra li n-nghag kienu sistemati fil-maqjel taghhom ghal dak il-lejl huwa dahal fl-gharix tieghu, libes ic-cinturin magiku biex hadd ma jkun jista’ jarah, ha l-borza tal-flus mieghu u erhielha lejn il-palazz. Meta wasal, dar dawra mieghu biex ikun zgur liema kamra kienet tal-principessa li fiha kienet tilqa’ darba fis-sena lill-qaddejja taghhom biex jaraw ir-rigali li tkun qalghet f’jum twelidha. Hemm kienet il-kamra, kollha mixghula dwal u kienet tispikka sew mill-kmamar l-ohra li kienu mdawla b’dawl baxx hafna.
Quddiem id-dahla tal-palazz huwa ra ghassies u minn quddiemu ghaddha b’girja kbira. L-ghassies hass li minn hdejh ghadda xi hadd jigri izda meta dar dawra mejt madwaru ma ra lil hadd.
Taht it-tieqa tal-kamra tal-principessa kien hemm sigra u maghha xxabbat Ivan. F’radda ta’salib sab ruhu fuq il-quccata tas-sigra u dahal gewwa l-kamra. Hemm ra r-rigali kollha li kienet qalet il-principessa, mghassa sewwa minn suldat.
Imbaghad huwa qieghed ir-rigal tieghu, il-borza bil-flus tad-deheb.
L-ghada filghodu kien hemm attivita’ kbira fil-palazz; il-qaddejja u r-rghajja kollha tas-saltna kienu ringiela wahda jistennew biex jidhlu halli jammiraw ir-rigali tal-principessa. L-ghajnejn kollha kienu mitfugha fuq il-gozz tal-flus tad-deheb. Kulhadd kien tal-fehema li b’dawk il-flus kollha l-principessa setghet tixtri dak kollu li xtaqet qalbha – kastelli, kalessi, gojelli u lbies. U l-misteru kien li hadd ma kien jaf min irregalahomlha. Min kien jghid haga u min kien jghid ohra.
Ivan kien fil-filliera man- nies jisma’ minghajr ma jghid kelma, qalbu mfawra bil-ferh li r-rigal tieghu kien l-aktar apprezzat. Meta rritorna lejn l-gharix tieghu fuq il-muntanja, gidem bosta drabi l-hobza magika u mela xkora ohra bil-flus tad-deheb. Bl-istess mod dahal fil-palazz u qieghed bla ma hadd rah l-ixkora bil-flus tad-deheb u gheb mill-kamra tal-principess hafif daqs kemm dahal.
Jekk qabel il-palazz kien mistghageb b’dak ir-rigal, issa li sehh ghat-tieni darba, il-palazz kollu kien kelma wahda. Kienet il-hidma ta’ Sahhara qalbha tajba jisimha Fortuna. Imma r-re kien ta’ fehma ohra. Ordna li zewg gwardji jaghmlu l-ghassa biex jara minn fejn gejjin dawk il-flus tad-deheb.
Lejl wara l-iehor ghall-gimgha shiha, Ivan halla l-flus tad-deheb u ta’ kull filghodu l-gwardji kienu jirraportaw lir-re li huma ma raw xejn. Kienu jghidulu biss li kienu jaraw it-tieqa tinfetah u xkora kienet taqbez fil-kamra u tbattal il-flus tad-deheb fuq il-mejda. Mill-gdid l-ixkora kienet taqbez mit-tieqa u tghib ghal kollox.
Fl-ahhar ir-re iddecieda li jaghmel ghassa hu. Fit-tmiem jum Ivan zelaq ghax l-art kienet mimlija tajn minhabba x-xita li kienet niezla. Nesa’ jilbes ic-cinturin magiku ghax kien hallih fl-gharix bil-ghaggla li ried ifittex johrog. “Imma biex nerga’ lura ghandi bicca triq sew. Il-maltemp zgur li jiffavorini ghax il-gwardji jkunu ghall-kenn. Kuragg Ivan,” qal lilu nnifsu.
Bhas-soltu resaq taht il-kamra, ixxabbat mas-sigra u fetah it-tieqa biex jidhol gewwa, imma id r-re hatfitu minn ghonqu. Ma’ wiccu Ivan ra r-re.
Ir-re kollha kien jafhom sew lill-qaddejja tieghu u mhux inqas lir-rghajja li kienu johdulu hsieb in-nghag. Wara li nefah wahda sew, ir-re qallu: “Kont nahsbek aktar guvni bil-ghaqal u onest. Gejt hawn biex tisraq il-flus li s-Sahhara ta’ qalb tajba iggib lil binti. Dejjem tajtni servizz mill-aqwa u fuq hekk ser nahfirlek u ma nikkastigakx. Itlaq issa u malajr u thallinix nara lil wiccek aktar.”
Akkumpanjah sal-bieb ewlieni tal-palazz u tefghu ‘l barra fid-dlam.
Umiljat Ivan mar lura lejn l-gharix tieghu. Meta sebah iddecieda li ma jibqghax aktar jiehu hsieb in-nghag. Sellmilhom u bies lil aktar wahda li kien ihobb. U telaq.
Wasal fil-belt maz-zerniq. Ir-raggi tax-xemx bdew jizzerzqu fuq is-soqof imzerzqa tad-djar. Minghajr ma jafx ghaliex hassu aktar ferhan. Twarrab f’post fejn ma seta’ jarah hadd u gidem il-hobza magika. Minnha waqghu tnax il-munita tad-deheb. Ried jiekol ghax qabdu l-guh. Ghalhekk libes ic-cinturin magiku, habbat bieb ta’ dar li fiha kien car li jghixu s-sinjuri u malli il-maggordom fetah il-bieb, dahal minghajr hadd ma rah. Fittex fejn kienet il-kcina, stenna lill-qaddejja twarrab u kiel kolazzjoni sew. Ma riedx japprofitta ruhu jew jisraq dak li ma kienx tieghu. Ghalhekk qabel ma halla d-dar, pogga munita tad-deheb fuq il-mejda.
Imbaghad erhiela biex isib il-hanut fejn kienu jahdmu l-karrozzelli jew kalessi. Meta sabu ordna li jahdmulhu wiehed u jindurawh bid-deheb. Wara mar ghand hajjat u ordna libsa pulita. Ghal l-ewwel dawn in-nies tas-snajja kienu jgibuha bi kbira biex jaqduh kif ried hu u fiz-zmien li ried hu, izda meta kienu jisimghu il-hoss tal-muniti tad-deheb kienu ferhana li ser jaqdu sinjur hekk kbir.
L-imghallem tal-kallessi qallu: “Jekk il-kales ma jkollux stemma jew arma tal-familja ma jkun jiswa’ xejn.”
Ivan qaghad jahsibha ftit u wara qallu: “ Aghmilli stemma ta’ hobza fi sfond ta’ muniti tad-deheb u ggant wieqaf fuqhom.”
Ingagga erba’ qaddejja biex jivvjaggaw fil-kaless mieghu. Lil wiehed minnhom talbu biex imur u jixtri sitt izwiemel bojod u mill-isbah u fuq kollox ta’ sahha.
Meta kollox kien imhejji rikeb il-kaless flimkien mal-qaddejja. Imdendel ma’ spalltu garr basket bil-hobza u kollox gezwer fic-cinturin magiku biex hadd ma jara xejn.
Liz-zewg qaddejja li kienu qed jaghmluha ta’ kucciera, ordnalhom biex isuqu lejn il-palazz tar-re. Il-qaddejja tar-re meta rawh kales hekk sabih u lussuz infurmaw lir-re li xi hadd ta’ importanza kbira kien riesaq lejn il-palazz biex jaghmillu zjara.
Ir-re libes il-kuruna, tefa’ fuq spalltu l-mantell rjali u nizel mal-paggi jilqa’ li dan il-vizitatur nobbli. Mieghu mexa’ tul il-kurituri wiesa u sbieh tal-palazz filwaqt li laqa’ b’entuzjazmu t-tislimiet ta’ l-ufficjali tar-re.
Qabel ma r-re seta’ jlissen kelma wahda biss, malli pogga bil-qieghda fuq it-tronn, Ivan irrakonta l-istorja kollha tal-flus tad-deheb mill-bidu taghha sa tmiemha. Ir-re baqa’ mistghageb u talab biss skuza lil Ivan talli kien qisu xi halliel. Qallu: “ jekk hemm xi haga li nista’ naghmel biex inpatti, ghidli u minnufih naghmilha.”
Ivan ma talab xejn hlief li jghix fil-palazz mar-re, ir-regina u l-principessa. Ftit snin wara Ivan izzewweg il-principessa bid-dritt li wara l-mewt tar-re ikun imexxi s-saltna flimkien mar-regina futura, martu.
tmiem ta' l-istorja
© Copyright INHOBB NAQRA