HTML Editor - Full Version



Albert kien tfajjel ta’ seba’ snin, fuq tieghu u ntelligenti hafna ghall-eta’ tieghu. Qam bin-nervi u jgerger kemm jiflah. Ir-raguni: Missieru qajmu minn raqda fil-fond u kellu jirbah l-ghazz, sabiex jobdi lill-genituri tieghu, jilbes u jattendi ghall-quddiesa tal-Hadd.

Wara li gew mill-quddies u hadu l-kolazzjoni, Albert mar barra  biex jilghab mal-hbieb tieghu ta’ l-inhawi. Wiehed minnhom kellu karrozza l-gmiel taghha, u x-xitan dahhallu hsieb biex johodha bil-mohbi d-dar u joqghod jilghab biha wahdu. “Imma haga bhal dik hija hazina,” fesfislu l-anglu kustodju ma’ widnejh. Ma cediex ghat-tentazzjoni ghalkemm kienet wahda qawwija. Imma rebah il-parir ta’ l-anglu kustodju tieghu.

Wasal il-hin ta’ l-ikla ta’ nofsinhar u Albert flimkien ma’ missieru u z-zewgt hutu bniet daru mal-medja jistennew li ommhom tqassmilhom l-ikel. U bejnithom qamet konversazzjoni dwar l-iskola. Hutu l-bniet bdew jiddiskutu bejnithom li kienu jisbu xi diffultajiet f’certi suggetti, imma missierhom indahal bejnithom u qalilhom biex f’dak il-kaz jitolbu lil ghalliema taghhom biex jergghu jispjegawlhom dak li ma fehmux. Albert biex jidher li ma kienx inqas minnhom kien ser jghidilhom li kultant jiddejjaq f’certu lezzjonijiet ghaliex l-ghalliem tieghu ma kienx kapaci jesponi l-lezzjoni tieghu b’mod interesanti, li kien xi ftit jew wisq nervuz, li l-progetti li kien jaghtihom kienu pjuttost koroh….Imma rrealizza li kienet haga hazina li tigdeb u allura ghalaq halqu u qaghad jisma’ l-ohrajn.

Billi l-jum krieh u bdiet niezla ix-xita kellhom ihassru l-impenn taghhom li jmorru ghand in-nanniet. Pero’ b’cempila ta’ telephone saru jafu li kienu qawwija u shah u qaghdu jitkellmu ghall-ftit maghhom.

Albert iddejjaq jara t-television u dahal jorqod kmieni. U taht il-friex xtaq jifhem kif qatt ma seta’ jaghti lok ghal l-inklinazzjonijiet tieghu u biex jirbahhom kellu jaghmel sforz kbir fuqu nnifsu biex jobdi l-genituri tieghu jew jbaxxi rasu ghar-rieda ta’ Alla permezz tal-kmandamenti. Fl-ahhar raqad.

L-ghada missieru qajmu: “ Qum ibni, ghax illum ghandi sorpriza ghalik”.

“Il-jum it-tajjeb, pa,” wiegbu Albert.

“Il-lum la ghandek skola u jien anqas ma ghandi xoghol. Ejja nohorgu flimkien.”

“U fejn ser immorru?”

https://cdnarautos.s3.amazonaws.com/2023/10/R263-2-HIC-Alberto.jpgMissieru ma qallux fejn kienu sejrin ghalkemm Albert staqsieh bosta drabi. Missieru dejjem wiegbu li kienet sorpriza, sakemm waslu f’park mimli blalen ta’ arja shuna li jitilghu ‘l fuq fil-gholi.

“Dejjem kelli x-xewqa li ntir!” esklama Albert. Tela’ fuq il-ballun li kien imhejji li jitlaq.

“Mela ma intix gej mieghi missier?

“Le, tir wahdek. Ma ghandek ghalfejn tibza’ ma hu ser jigrilek xejn,” widdbu missieru.

“Imma ma nafx x’ser naghmel?”

“Tinkwetax. Itlob u kollox jigik zewg. Ma hemmx periklu.”

U minn dak il-hin stess, inhall il-habel li kien qed izomm il-ballun u l-ballun beda’ tiela ‘l fuq u ‘l fuq.

 “Min ser jghinni? Lil liema qaddis ser nitlob?” U ghalkemm minn mohhu ghaddew listi kontra listi ta’ qaddisin, ma setghax jikkoncentra fuq wiehed partikulari, sakemm fl-ahhar ftakar fil-qaddis protettur tieghu, San Albertu l-Kbir, li tieghu kellu xbieha fil-kamra tas-sodda.

“San Albertu ghinni.”

U minn warajh instema’ lehen jghid,” Tibqa’ tifkaru da nil-vjagg.”

Albert dar lura u ra ragel imdahhal fiz-zmien liebes ta’ isqof bil-mitra fuq rasu u f’idu jzomm il-baklu. U San Albertu qallu, “Mhux inti sejjahtli? Jiena l-qaddis patrun tieghek. Ser niehdok fi vjagg li inti qatt ma hlomt bih”

https://cdnarautos.s3.amazonaws.com/2023/10/R263-3-HIC-Santo-Alberto.jpgIl-ballun ghola u ghola sakemm wasal f’post sabieh.

“Hawn fejn qeghdin?”

“Hawn is-saltna tas-smewwiet,” wiegbu San Albertu.

Ghaddew minn quddiem grupp ta’ qaddisin li persunithom kienet kollha dija. Hawnhekk ic-ckejken Albert hass fih ferh kbir li ma setghax jfissru.

Spejaglu San Albertu: “Dawn huma nies li f’hajjithom battew, in-nies ghajruhom ghax kienu jimxu wara Kristu u gie li anke haduha kontra taghhom. Dawn ma ghexuh hajja komda fid-dinja, izda cahdu lilhom infushom, refghu salibhom u nxew wara Kristu. Issa wara t-tbatija waslithom il-glorja”.

U komplew telghin aktar ‘l fuq. “Qed tarahom lil dawn. Dawn f’hajjithom qdew lill-foqra, lill-pellegrini u lill-morda. Ma warrbu lil hadd ghax raw f’kull persuna lil Kristu li minnu hadu s-sahha biex jaqdu l-missjoni taghhom ta’ karita lejn il-proxxmu.”

San Albert gholla aktar il-fjamma tal-ballun u dan tela’ aktar ‘l fuq, fil-gholi hafna.

Issa kienu fil-prezenza ta’ Gesù u Marija, bilqieghda fuq zewg tronijiet. Madwarhom, kien hemm hafna  angli jkantaw innijiet sbieh li Albert qatt ma kien sema’.

“Qed tara x’ferh hawn fis-sema ma’ Gesu’ u Marija fil-presenza tat-Trinita’ Mqaddsa?”

 “Iva! Kemm nixtieq li bhalhom ingawdi dan il-ferh. X’ghamlu biex dawn l-angli u qaddisin kien jisthoqqilhom premju daqshekk kbir?”

“Dawn huma l-qaddisin li kienu nies bhalna, nies li dejjem ghamlu r-rieda ta’ Alla. Huma obdew il-Kmandamenti, il-genituri taghhom u superjuri. Issottomettu x-xewqat taghhom ghal l-ubbidjenza, simbolizzat mill-ktajjen tad-deheb brillanti li jilbsu ma’ ghonqhom. Il-premju taghhom fis-Sema hu li jkunu qrib ta’ Gesù u Marija u dan il-premju, issa ma johodulhom hadd.”

B'dan il-kliem, l-Isqof tas-sema beda’ jnaqqas il-fjamma tal-ballun u b’hekk jkessah l-arja ta’ go fih. It-tifel fehem li kien wasal iz-zmien li jirritorna lejn id-dinja. Ftit qabel l-inzul, San Albertu qallu:

“Mur lura ghall-hajja tieghek ta’ kuljum u pprattika dak li tghallimt illum. Ftakar li kull-glorja jehtigilha s-salib u wara kull salib jigi l-ferh u tgawdija. Jiena nghinek dejjem u niehu hsiebek. Illum, gibtek il-Genna f’ballun; jum wiehed inwasslek biex tibqa’ hawn mal-qaddisin  li raj, ghal dejjem.”

© Copyright INHOBB NAQRA