
Il-principessa kienet bilqieghda fuq in-naha tal-lemin tas-sultan ta' wahda mill-ibliet ta' l-Iraq. U fuq ix-xellug kien hemm prezenti r-regina, ommha. Il-principessa kien wasal ghaliha z-zmien li tizzewweg u ghalhekk fil-kamra tat-tronn tal-palazz dahlu tlett princpijiet. Il-principessa mill-ewwel gharfithom. Kienu l-hbieb taghha tat-tfulija meta flimkien mal-genituri taghha kienet tmur tghaddi xi jiem ta' mistrieh fl-ibliet fejn kienu joqghodu.
It-tfajla mielet lejn missierha u qaltlu b'ton li jismaghha hu biss: "Missier hadd minnhom ma jghogobni. Imxi fil-kamra l-ohra u nghidlek ghaliex."
"Ara missier, wiehed minnhom huwa supperv u jhobb jikkmanda u jidher hu biss, it-tieni wiehed huwa princep li ndafa u igene ma jafx x'inhi, rajtu jimsah l-gharaq u gbinu b'idu u jimsah idu fil-mantell, u l-ahhar wiehed huwa timidu u bezziegh." Is-sultan ma jafx x'kien ser jaghmel billi ma ried joffendi lil hadd mnnhom u fl-istess hin nkwieta li missirijiethom jiehdu ghalihom u jattakawh. Imma f'mohhu gieh hsieb. Regghu dahlu fil-kamra tat-tronn u qal liz-zaghzagh: " Ara binti tista' tizzewweg biss wiehed. Allura morru u gibuli oggett utli hafna. Ghandkom zmien sena. u dak li l-oggett tieghu ikun l-aktar ta' htiega, dak jizzewweg lil binti."
It-tlett princpijiet telqu flimkien ghall vjagg twil ta' ta' avventura, pero' meta waslu f'punt li t-triq tinqasam fi tlieta ftehmu li kull wiehed jiehu t-triq ghalih u gimgha qabel taghlaq is-sena kellhom jiltaqghu fl-istess post.
Fiz-zmien miftiehem it-tlett zaghzagh princpijiet iltaqghu fl-istess post li kienu infirdu u kull wiehed wera' x'kien l-oggett tieghu li akkwistaw ghas-sultan. L-ewwel princep hareg globu tal-kristall mill-basket tal-gilda u qal: "Dan il-globu jista' jghidlek dak kollu li jkun qed isir fil-boghod. Araw." U kif qal hekk dawwar idu mal-globu u raw xena li sewwditilhom qalbhom. Il-principessa kienet qieghda tmut, u t-tabib ma tahiex aktar minn jumejn hajja. "Kif ser naghmlu ghax biex naslu fil-palazz ghandna gimgha mixi?"
"Issa niehu hsieb jien," qal it-tieni princep. Fetah il-basket tieghu u wriehom tapit magiku. "Dan nistghu nitilghu fuqu t-tlieta li ahna u johodna fejn nghidulu."
"U inti, x'gibt mieghek?," staqsewh it-tnejn l-ohra. It-tielet princep, dak timidu fetah il-basket tieghu u minnu hareg flixkun zghir b'zejt magiku u qalilhom: " Qatra zghira biss minnu bniedem marid anke jekk ikun qed imut ifieq. U barra minn hekk jista' jgib mill-gdid iz-zozghija lil min hu anzjan."
"Mela nitilghu fuq it-tapit tieghi u nitilqu lejn il-palazz qabel il-principesa tmut," qal it-tieni princep. U f'radda ta' salb waslu fil-kamra fejn il-principessa kienet qed tghix l-ahhar mumenti ta' hajjitha. Il-princep timidu bill subghajh fiz-zejt magiku, u hej presto, il-principessa hadet mill-gdid il-hajja. Kemm ferhu l-genituri tal-principessa!
Meta kollox ikkalma u gie ghan-normal it-tlett princpijiet bdew jitlewmu bejnithom min minnhom kellu jizzewwigha.
L-ewwel princep qal: "Jiena haqqni ghax wrejtkom li l-principessa kienet fi stat hazin ta' hajja."
It-tieni qal: "Le, hej, ghax kienu ma kontx jiena bit-tapit magiku tieghu ma konniex naslu fil-hin."
It-tielet qal: " Irragunaw ftit. Kien bil-hila tieghi li ma mietitx ghax iz-zejt magiku tieghu fejjaqha."
Is-sultan dahal fi problema, izda waqqafhom u qalilhom li ser jiehu parir minghand gharef u li ilkoll kellhomj oqghodu ghat-twegiba tieghu.
L-gharef dak fil-kamra tat-tronn. Kien ragel imdahhal fiz-zmien. Meta sema' bil-problema qaghad jahseb ftit u qal: " Wara li jiena rajt l-oggett taghkom, jiena tal-fehma li t-tlieta huma ta' htiega. Irrid nippruvawhom." Hares lejn il-globu u ra s-saltna tas-sultan kollha ferhana u tghix fil-paci. Ha rikba fuq t-tapit magiku U fetah il-flixkun taz-zejt magiku, bill subghajh fiz-zejt u mess mohhu. U minn dak il-hin ix-xih gharef sar zaghzugh sabieh. Imbaghad kompla jghid: "Jekk hija l-principessa li ser tizzewweg, ghandha d-dritt li taghzel hi. "
U bla tlaqlieq il-principessa ghazlet lilu. L-gharef dar lejn it-tlett princpijiet l-ohra u xtaqilhom li jsibu principessa taghhom. Ma damux wisq ma sabu dak li xtaqu ghaliex slaten ohra kollha nteressaw ruhhom fl-oggetti rari taghhom u utli u offrewlhom li jizzewgu li binthom bid-dritt li jsiru rejiet wara mewthom