Ir-re u r-regina ta’ pajjiz kbir, li kien jigi fuq ix-xatt tax-xmara Nil kellhom tifel, li gab ferh kbir mhux biss fil-familja izda wkoll fis-saltna. Fil-palazz gew hafna nies jaraw it-tarbija fosthom il-parrina sahhara ta’ qalb tajba. Imma r-re nkwieta hafna meta ra wicc il-parrina imqarras.


“Hemm xi haga hazina?” staqsa r-re.

Harset lejh u xenglet rasha filwaqt li wick imqarras tratu ahbar hazina.

“Hu tifel sabih, u hsara kbira gejja fuqu; imma dak li ghandu jigri jigri,” qaltlu . “Huwa ddestinat li jrid imut jew minn kukkudrill, jew serp, jew minn kelb. Kieku nistghu nsalvawh konna; imma dan huwa lil hinn mill-qawwa tieghi.”

U kif qaltlu hekk ghebet.

Li kieku lir-re u lir-regina kont taqtghalhom rashom ma kienitx tohrog qatra demm. Bla dewmien bdew jiddiskutu pjan kif ser jehilsu lil binhom minn dan id-destin kiefer.

Minnufih, is-sultan baghat ghall-bennej tieghu, u qallu biex jibni kastell b’sahhtu fuq il-quccata ta’ muntanja, li ghandu jkun mghammar bl-aktar affarijiet prezzjuzi mill-palazz tas-sultan stess, u kull tip ta’ gugarell li tifel jista’ jixtieq jilghab bih. Barra minn hekk, huwa ta l-aktar ordnijiet stretti li gwardjan ghandu jimxi madwar il-kastell lejl u nhar.

Ghal erba’ jew hames snin it-tarbija ghexet fil-kastell wahedha mal-kuratrici tieghu, jiehu biss ftit tan-nifs u liberta’ minn fuq it-terrazzini, li kienu mdawra b’hitan, b’foss tahthom, u  pont wiehed biss li jghaqqad il-kastell mad-dinja ta’ barra.

Gurnata wahda, meta l-princep kien kiber sew mar ihares mit-terrazzin u ra kelb jaqbez u jilghab. Hu skanta bl-annimal ghax qatt ma kien ra wiehed bhalu billi l-klieb inzammu ‘l boghod minnu li ma jmurx li l-profezija tas-sahhara issir realta.

Dar lejn il-qaddejj tieghu u ried jaf minghandu x’kienet dik il-haga li kien qed jara taht it-terrazzin.

“Dak huwa kelb,” wiegbu l-qaddejj.

Il-qaddejj gie bejn haltejn, L-ewwenett kellu ordni biex ma jirrifjuta xejn lill-princep, imma minn naha l-ohra billi ftakar fil-profezija tas-sahhara parrina hass li kellu jghid lis-sultan. “Jiddeciedi r-re missieru,” haseb il-qaddej.

"Oh, giblu kelb jekk irid wiehed" qal is-sultan, "U ghalhekk gabulu wiehed zghir jixbhu hafna.

Ghaddew is-snin, u t-tifel u l-kelb laghbu flimkien sakemm it-tifel sar zaghzugh ta’ sahha kbira. Fl-ahhar wasal iz-zmien meta baghat messagg lil missieru, u qal:

“Ghaliex izzommni maghluq hawn, ma naghmel xejn? Naf kollox dwar il-profezija li saret fit-twelid tieghi, imma nippreferi li mmut mill-ewwel milli nghix hajja daqshekk inattiva u inutli hawn kalzrat qisni habsi  fuq din il-muntanja. Nitolbok, Missier, aghtini armi, u hallini nohrog; jien u l-kelb tieghi flimkien.”

Is-sultan missieru qatghalu xewqtu u l-princep sab il-liberta tieghu barra l-kastell. Sab ziemel marbut ma’ sigra kif kien qallu missieru u rikbu. Bih telaq jigri ma’ l-ibliet ‘l boghod minn pajjizu segwit mill-kelb.

Wara vjagg twil wasal go palazz u pprezenta ruhu. It-tifla tar-re hadet grazzja mal-guvni u qalet lil missierha li xtaqet tizzewgu.

Il-princep ma qalx le, izda kien onest u qal lill- principessa: “Hemm haga wahda li trid tkun taf dwari. Kont id-destinat mit-twelid li mmut f’idejn wahda minn tliet hlejjaq — kukkudrill, serp, jew kelb. Jekk taghzel li ma tizzewwegnix, nifhem.”

“Ara naghti ordni li dawn l-annimali jinqatlu minnufih,” qaltlu l-principessa.

“Le le,” kien pront qalilha. “Ma halli lil hadd joqtol lil ghaziz kelb tieghi li ilu mieghi sa minn tfuliti jilghab mieghi u jharisni.”

“Mela allura, ilbes dejjem xabla u qatt tohrog wahdek. Qis li jekk ikollok bzonn tillarga mill-palazz mieghek ikollok il-gwardja.”

Il-Princep accetta l-parir taghha.

Wara ftit taz-zmien il-princep u l-principessa zzewwgu. Il-princep sema’ li ommu kienet mietet, u li missieru kien xjieh u marid, u li kien jixtieq hafna li jerga’ jkollu lil ibnu l-kbir magenbu. Iz-zaghzugh u martu tieghu bdew vjagg lura lejn art twelidu.

Dak l-ewwel lejl li kienu waslu, waqt li kien rieqed, il-principessa nnotat xi haga stramba f’wahda mill-kantunieri tal-kamra. Kienet bhal xi haga titwal u tiqsar miexa bil-mod lejn fejn kien rieqed il-princep. Qamet u rat li kien hemm serp fil-kamra. U dlonk ftakret fil-profezija li kien qalilha qabel ma izzewgu.

Hija qamet fis-skiet u halliet lil zewgha jonhor waqt li kien rieqed profondament. Hadet skultella u mlietha bil-halib li kellha fil-kamra ghal bil-lejl u poggietha mal-art fil-moghdija tas-serp - ghax kienet taf li l-ebda serp fid-dinja ma jista’ jirrezisti l-halib. 

Dan kien dak li l-Principessa kienet ilha tistenna. Sejhet lill-gwardjani taghha, ordnat li s-serp jinqabad f’basket kbir b’ghatu li jwahhal sewwa, li jkollu bizzejjed ikel biex izzomm lill-hlejqa ghal ftit zmien, u ordnat li l-basket jintbaghat f’art imbieghda hafna.

Ftit wara l-wasla taghhom, missier il-princep  sfortunatament, miet. Difnuh bl-unuri kollha. Issa lahaq sultan flok missieru biex imexxi  il-poplu tieghu. Kien jahdem hafna biex jara lill-poplu tieghu kuntent. Kull tmien il-gimgha kien imur f’wiehed mill-palazzi tieghu fuq ix-xatt tax-xmara sabiex flimkien ma’ martu jgawdu ftit tal-paci.

Waqt il-mistrieh kien imur ghall-kacca flimkien mal-kelb tieghu li issa kiber ukoll. Darba wahda waqt il-kacca kien qed jigri wara l-kelb tieghu u tfixkel ma’ zokk ta’ sigra mindud. Imma fil-verita’ dan kien kukkudrill. B’sorpriza kbira l-kukkdrill tkellem u qallu: “Ma tistax tahrab minni. Jien id-destin tieghek, u kull fejn tmur, u tkun xi tkun taghmel, dejjem issibni quddiemek. Hemm mezz wiehed biss kif tista’ tnehhi  l-poter tieghi. Jekk jirnexxilek thaffer hofra fir-ramel niexef li tibqa’ mimlija bl-ilma, il-qawwa tieghi tisfa’ fix-xejn. Jekk le l-mewt tigi lilek malajr. Naghtik dan ic-cans wiehed. Issa mur.”

Iz-zaghzugh telaq b’dispjacir, u meta wasal il-palazz ghalaq ruhu f’kamartu, u ghall-kumplament tal-gurnata ma ried jara lil hadd. Martu, il-Principessa talbitu jghidilha x’kien li qed jinkwetah.

Allura l-princep qalilha l-istorja kollha, u l-bicca xoghol impossibbli li tah il-kukkudrill.

“Kif tista’ toqba tar-ramel tibqa’ mimlija ilma?” staqsa hu. “Naturalment dan kollu se jghaddi.”

 “Oh, jekk dan hu kollu,” ghajtet il-Principessa, “Nista’ nehilsek jien stess, ghax naf bi pjanta tad-dezert li meta tpoggi l-weraq taghha jzommu l-ilma go fossa ghal sena shiha. Jien se mmur infittixha mas-sebh, u tista’ tibda thaffer it-toqba biex tkun lesta mal-ritorn tieghi.”

Biex tikkonforta lil zewgha, il-Principessa qalet dak kollu b’vuci ferhana; imma kienet taf tajjeb hafna f’qalbha li ma kellhiex xi bicca xoghol hafifa quddiemha.

Kien ghadu d-dawl tal-istilel meta telqet mill-palazz fuq hmar  u telqet 'il boghod mix-Xmara Nil dritt lejn il-punent. Ghal xi zmien quddiemha ma setghet tara xejn hlief dezert catt ta’ ramel, li sar aktar u aktar shun hekk kif ix-xemx telghet aktar u aktar ‘l fuq. Imbaghad ghatx tal-biza hataf lilha u lill-hmara, imma ma kien hemm l-ebda nixxiegha fil-qrib. Kellha tghaggel ghax sa filghaxija kellha hin biex iggib fil-palazz il-haxixa misterjuza.

Jekk titlef din l-opportunita’ titlef ukoll lil zewgha.

Meta bi tbatija kbira waslet fil-post sabet li l-pjanti kienu go hofra kbira  fonda. Intrabtet ma’ habel u bdiet niezla bil-mod il-mod u attenta, ghax zball wiehed biss ta’ pass fil-vojt kien jiswielha hajjita u anke l-mewt ta’ zewgha.

B’attenzjoni kbira qatghet il-weraq mill-pjanta  u xxabtet mal-habel biex titla’ mill-hofra. Malli kienet fuq l-art catta griet lejn il-hmar u t-tnejn telqulha lejn xatt in-Nil fejn kien hemm zewgha bil-hofra fir-ramel imhaffra u borma ta’ l-ilma f’idu.

Quddiemu ftit 'il boghod kien hemm il-kukkudrill bi snienu jaqtghu u xedaq abjad abjad miftuh.

Il-princep mela l-hofra bl-ilma sax-xfar u minnufih l-principessa tefet il-haxix tal-pjanta misterjuza fl-ilma. B’ghageb taghhom l-ilma ma skulax u l-hofra baqghet mimlija ilma. Il-kukkudrill tilef l-imhatra u telaq lejn l-ilmijiet tax-xmara Nil.

Hekk il-Princep heles mid-destin ikrah tieghu u rritorna flimkien ma’ martu lejn il-palazz tieghu biex jirrenja qalb il-poplu tieghu fil-paci u risq