Ma kellux isem, izda kien iwiegeb meta xi hadd kien jindirizzah jew isejjahlu “Is-Seqer”. Is-Seqer kien halliel tal-bahar, membru ta’ l-ekwipagg pirata fuq it-Tajra, li kienet xini zghira izda hafifa li izicc fuq wicc l-ilma ma kull ziffa rih. Dan il-pirata ma kien jahrablu ebda moviment fuq ix-xini, minkejja li kellu ghajn wahda, billi dik tax-xellug tilifha waqt glieda bejn il-pirati u xini rjali tar-re ta’ Spanja. Kien jifli u jara daqs ajkla titajjar fil-gholi tas-smewwiet biex imbaghad tinzel b’sahha kbira fuq il-priza taghha. Il-kaptan tal-pirati, Tim, ghaddha minn ghala widnejh li l-ekwipagg tilef kull fiducja. U kien qed jistenna li ma iddumx ma tqum rewwixta kontrih.
Fost l-ekwipagg gera’ l-ghajdut li Tim kellu mappa ta’ tezor li kien qed jahbiha minn shabu, il-fratellanza tal-pirati. Ghaldaqstant Tim hejja mappa falza tat-tezor li dejjem kien izzom fuq il-mejda fil-kabina tieghu, filwaqt li dik originali hbieha go flixkun skur tax-xorb, biex jekk jinqala’ il-bzonn jarmih fil-bahar u min isibu tkun xortih. Is-Seqer ftiehem ma’ shabu meta ghandu jsir il-kolp. Meta l-kaptan lemah mit-tieqa tal-kabina tieghu li s-Seqer gej ma’ corma minn shabu, fehem li l-ahjar haga li jaghmel hu li jissakkar gewwa. It-tahbita qawwija mal-bieb tal-kabina, flimkien ma’ l-ghajta soda tas-Seqer, “Iftah ghax niskussaw il-bieb,” ma bidlitx il-fehem ta’ Tim. Is-Seqer spara tir lejn is-serratura u l-bieb infetah berah b’daqqa ta’ sieq.
Quddiemu, Tim kellu lis-Seqer u c-corma tal-pirati. Minghajr ebda preamboli, is-Seqer qal lill-kaptan: “Ghaliex qed tahbi l-mappa tat-tezor minna? Forsi l-fratellanza tal-pirata mhux maghquda fil-gid u d-deni?”
Tim wiegeb: “ Ma ghandi xejn x’nahbi. Hawn hi l-mappa, huduha, pero’ minghajri ma tistghu taghmlu xejn. Jiena biss nista’ nwassalkom lejn it-tezor. “
Is-Seqer hataf il-mappa, taha daqqa t’ghajn profonda u ghaddieha minn id ghal ohra . “ Fid-dinja hadd ma hu ndispensabbli. U biex nuruk hniena, minkejja li inti kont ser tqarraq bina, ser nuru hniena mieghek. Inizzluk fuq dghajsa bi provizjoni ta’ ilma u ikel ghal hmistax u aqdef ghar-rasek. Ittama biss li tiltaqa’ ma’ xi bicca tal-bahar biex issalvak. U biex nuruk li l-fratellanza taf timxi mieghek ta’ nies, itlobna haga wahda u nikkonceduhielek.”
Hawn il-kaptan ra li gietu l-opportunita’ li kien qed jistenna. Qalihom: “ Nixtieq nixrob ghal ahhar darba ftit rum.”
“Moghtija,” ilkoll ghajtu flimkien wara s-Seqer biex juru l-approvazzjoni taghhom. Tim mar fuq l-flixkun skur tar-rum li fih kien heba’ il-mappa, fethu u ghamlu ma’ xuftejh bhallikieku qed jixrob. Wara li xorob, ghalaq it-tapp u rmieh fil-bahar mit-tieqa filwaqt li qal: “ Minnek hadd ma jixrob aktar.”
Nizzlu lill-kaptan Tim f’dghajsa. It-Tajra tbeghdet minnu u Tim qadef bit-tama li jiltaqa’ ma’ xi hadd li jsalvah, imma mhux qabel ma resaq lejn il-flixkun tar-rum jghum f’wicc il-bahar u gabru. Lis-Seqer hatruh kaptan taghhom. Huwa gibed lejn il-Gzira s-Sewda fejn kien hemm indikat li kien hemm it-tezor.
Izda sfortunatament inqalet maltempata qalila li habtet ix-xini ma’ skoll qrib il-gzira. Il-bahrin kollha gherqu u s-Seqer biss salva. Dam zmien sabiex dara’ jghix fuq il-gzira li minnha kien qata’ qalbu li jara xi vapur li jista’ jkun is-salvazzjoni tieghu. Bena’ gharix f’nofs il-foresta ghax hemm kien hemm post kenni hafna mir-rih u x-xita. Matul il-jiem li dam fuq il-gzira kien imur jhaffer l-art bit-tama li jsib it-tezor, izda kull ma kien isib kien faham, faham u faham.
Ghalkemm dan kien iservih biex jishon u jsajjar, ir-rabja li Tim dahaq bih ma kienitx thallih kwiet. Waqt il-giri tieghu mal- gzira skopra ghar u fehem li ahjar jitlaq mill-gharix u jmur joqghod hemm. Deherlu li hemm kien aktar fis-sigur. Ghaddew hames snin meta jum wiehed vapur li kien qed igorr ekwipagg ta’ 40 ruh nizel fuq il-gzira li ma’ l-ewwel daqqa t’ghajn il-bahrin dehrilhom li fiha hadd ma kien jghix. Imma meta nizlu sabu evidenza li xi hadd kien diga’ nizel qabilhom ghax il-faham uzat kixef il-presenza ta’ bniedem jew bnedmin. Nofs l-ekwipagg telqu jfittxu xi haga ta’ valur li setghet toffri l-gzira u n-nofs l-iehor dahlu jesploraw l-ghar fic-centru tal-gzira. Imma meta kienu gewwa, semghu hoss kbir li werwer lil kull min semghu. Huma harbu minn hemm u marru jghidu b’kollox lill-kaptan.
Sadanittant grupp l-iehor li kien immexxi minn Tim deher ihaffer taht sigra tal-palm bit-tama li jsibu xi haga ta’ valur. Hekk kienet tindika l-mappa. U ma damux wisq ghax iz-zappun laqghat kaxxa tal-hadid midfuna xi erba’ piedi l-isfel go l-art. Nizel wiehed minnhom u spara b’pistola lejn is-serratura msadda tal-kaxxa. Meta gholla l-ghatu, ghajta kbira ta’ trionf griet minn fomm ghal iehor. Fiha sabu djamanti, flus tad-deheb u ohrajn tal-fidda u sahansitra bosta gizirani u crieket ta’ valur kbir hafna. Tefghu kollox bil-galbu go xkejjer u telqu lejn il-vapur.
Il-kaptan ordna li jtellghu l-ankri u jsalpaw minn dik il-gzira msahhra. Meta s-Seqer induna li fuq il-gzira waslu xi nies telaq jigri ghall-bajja fejn kien hemm ankrata xini. Ghajjat biex jistennewh anzi qabez fil-bahar jghum ghad-direzzjoni tad-dghajsa.
Il-kap tad-dghajsa gharaf il-vuci tas-Seqer u gholla vucitu u qallu: “ Seqer, inutli tghajjat ghax inti traditur u jixraqlek tghix wahdek. Mur lura fil-gzira tieghek u ghex fil-paci hemm. Ara dak li hsibt li kien ser ikun tieghek, issa huwa taghna.” U filwaqt li qam bil-wieqfa urieh gizirani u sahansitra kuruna ta’ regina kollha deheb u djamanti, li kienu sabu ftit qabel.
Is-Seqer induna li dak kien il kaptan tax-xini, li kien hataf minghand Tim, zmien qabel meta ghamel rewwixta flimkien ma’ shabu kontra l-kaptan . Demmu tela’ ghar-rasu. Dak li kien ilu jfittex ghal bosta snin sabuh ohrajn fi zmien ta’ nofs siegha.
Meta x-xini gheb ghal kollox, is-Seqer baxxa rasu ghad-destin tieghu u ttama li xi darba jidhol xi xini iehor biex jitlaq minn dik il-gzira.
© Copyright INHOBB NAQRA