IL-KENNIES TA' ISTAMBUL


Fil-belt ta’ Istambul, kien hemm kennies li kien jahdem ghall-paga mizera hafna, izda li minnha kien jonfoq biss il-bzonn u dak li jibqaghlu kien ifaddlu biex jum wiehed jaghtih lil martu u lil uliedu, li kienu jghixu fil-faqar f’rahal imbieghed.

Bi pjan bhal dan kien diga’ gemma’ 500 munita tal-fidda u fi zmien sentejn ohra kien ikollu bizzejjed biex imur lura u jinghaqad mal-familja u flimkien jghixu b’mod xieraq. Imma hsieb wiehed kien jittormentah: li dak li faddal jistghu jisirquhulu

Il-verita’ kienet li jahbi fejn jahbi l-flus, qatt ma kien cert li xi hadd ma jidholx f’daru u jisraqhomlu. Toqba taht it-tapit ma kienitx sigura. U kull halliel l-ewwel ma jmur ifittex gewwa l-borma u anqas hawn ma kien jissogra li jhalli flusu. Anqas ma tghid li seta’ jaqsam f’porzjonijiet il-flus, ghax jekk il-halliel isib wiehed, jaghmel hiltu kollha biex ifittex l-ohrajn. Li kieku jsib post fejn flusu jkunu fis-sigur! Hekk kif il-kennies taghna kien fuq xoghlu jigbor l-iskat mill-hwienet u d-djar, sema’ min jitkellem fuq nies bla principju u ohrajn li n-nies kellhom stima kbira lejhom. U fost dawk li sema’ hafna fuqhom kien hemm dak li jsejhulu l-Cadi jew imhallef.

Il-kennies iddecieda li jaghmillu zjara. Meta dahal, il-povru ragel qallu:  “O gharef Cadi, ahfirli jekk jiena gejt u fixkiltek gewwa darek u ghalkemm jiena qed nidher quddiemek liebes imqatta u bis-sandli, jiena ghandi l-akbar rispett lejk, ghaliex gewwa Istambul ma hemmx iehor bhalek li hu maghruf ghas-sincerita’ u l-onesta’ tieghu. Bl-umilta’ kollha nitolbok pjacir.”

“Xi nista naghmel biex nghinek?” qallu il-Cadi. “Jekk nista’ zgur li naqdik.”

U l-kennies qallu li bi tbatija u sagrificcju kbir kien gemma’ 500 munita tal-fidda ghall-martu u wliedu, imma kien imbezza’ li dak li faddal bil-gharaq ta’ gbinu jinsteraqlu, u kellu bzonn joqghod jahdem sentejn ohra gewwa Istambul qabel ma ifaddal bizzejjed biex imur lura gewwa daru. “Nista’ jiena nhalli fil-kura tieghek gewwa darek il-500 bicca tal-fidda u meta nigi bzonnhom nohodhom lura?”

Il-Cadi melles il-baffi bhallikieku qed jahseb fil-fond fuq din il-problema u wara ftit mumenti ta’ skiet wiegbu: “ Qed nara li s-sigurta’ qed tinkwetak. Iva, tista’ thalli flusek hawn. Meta inti trid tmur lura f’darek, ejja hawn u itlobni flusek. Nassigurak li tiehu lura flusek kollha bla xejn nieqes.”

Il-kennies ha nifs ‘l gewwa bhallikieku nehha ghoqla minn fuq l-istonku. Halla l-borza bil-500 munita tal-fidda mal-Cadi u telaq.

Xi gimghat wara, iltaqa’ ma’ zewgt irgiel mill-istess rahal tieghu li qalulu li kienu ser imorru lura u stednuh li jinghaqad maghhom fil-vjagg. Il-kennies wegibhom li kellu joqghod go Istambul xi sentejn ohra biex igemma’ aktar flus. “Habib, imbaghad meta jkun wasallek iz-zmien li tmur lura f’darek jkollok tivvjaga wahdek,” qallu wiehed minhom,” Ejja issa maghna u bis-sahha ta’ hekk inzommu kumpannija lil xulxin matul il-vjagg.”

Li tivvjagga ma’ xi hadd kien aktar ahjar milli tterraq wahdek fid-dezert. U aktar minn hekk il-kennies xtaq hafna li jinghaqad mal-familja tieghu mill-aktar fis possibbli ghaliex kien ihoss hafna n-nuqqas ta’ martu u wliedu. Wara kollox is-somma li kien faddal ma kienitx xi wahda mizera. Ghalhekk mar ghand il-Cadi u talbu flusu lura. Il-Cadi sahan bis-shih, qallu li hu ma hux xi bank u li  ghandu ma kellu ebda flus ta’ hadd . 

“Xi wicc tosta ghandek li tigi gewwa dari u titlobni li naghtik 500 bicca tal-fidda. Min inti? Qatt ma rajtek f’hajti. Itlaqli ‘l barra minn dari qabel narrestak,” ghajjat il-Cadi. U kkmanda lill-qaddej tieghu li jitfghuh ‘l barra.

Il-kennies b’dispjacir kbir qal liz-zewgt ihbieb tieghu li kellhom imorru minghajru ghaliex ma kellu ebda triq ohra hlief li joqghod gewwa Istambul u jerga’ jibda’ jfaddal mill-gdid. Fuq xoghlu kien jidher imdejjaq hafna u mhux l-ewwel darba li meta jiftakar li l-Cadi kien dahaq bih, jimsah xi demgha li tkun gelbnet ma’ haddejh.

Jum wiehed waqt li kien qed inaddaf l-imbarazz ta’  mart negozjant, is-sinjura nnutatu kemm kien imdejjaq. Ma kienitx l-ewwel darba li ratu fuq xoghlu ferhan u jitbissem, imma issa midfun fi swied il-qalb kbir.

Resqet fuqu u qaltlu: “ Xi gralek? Ghaliex qalbek sewda?”

“Sinjura,” wegibha ma hux xieraq li kennies jaqsam id-dwejjaq tieghu ma’ wahda sinjura bhalek. L-ahjar inzommhom ghalija.”

“Id-dwejjaq tieghek inhosshom jaghmluli swied il-qalb. Il-problemi tal-proxxmu tieghi huma l-problemi tieghi wkoll. Ghidli x’inhu jinkwetak..... forsi nista’ nghinek.”

Il-kennies fetah qalbu maghha u qalilha kif huwa kien fada’ il-500 bicca tal-fidda li huwa qala’ bil-gharaq ta’ gbinu mal-Cadi li dahaq bih u cahdu milli jroddhomlu lura.

“Zgur minn dan?” staqsietu.

Wegibha: “ Ma hemmx xhieda u anqas kitba. Wara kollox hu l-Cadi ta’ Istambul u jiena minn rahal fil-boghod. Min ser jemmen kennies? Il-kelma tieghu kontra l-kelma tieghi. Hemm xi dubju li hu mhux ser jitwemmen u jiena nigi akkuzat b’gidba? Ikolli nerga’ nibda’ ngemma mill-gdid u min jaf meta nara l-familja tieghi.”

“Ghandi pjan biex tiehu lura dak li hu tieghek. Ghaddi gewwa halli nispjegahulek. Ismaghni sewwa u aghmel preciz dak li ser nghidlek. Jiena wara nofsinhar immur inzur il-Cadi u wara li nkun quddiemu ghaxar minuti, idhol inti quddiemu u itolbu flusek bhallikieku kont qed taghmel dan ghal l-ewwel darba.”

Imbaghad is-sinjura sejhet qaddej u qaltlu: “ Stenna barra d-dar tal-Cadi u ghasses il-bieb principali sew. Inti tarani diehla u ghaxar minuti wara jidhol il-kennies. Trid tibqa’ tistenna sa ma johrog il-kennies. Meta tarah hiereg, idhol igri u meta tarani, ghidli: “ Sinjura tieghi, zewgek gie lura mill-Egittu u qed jistennik id-dar.” Ghall-qaddejja dan ma ghamel ebda sens, imma tghallmet bl-amment il-kliem li qaltilha s-sinjura sakemm is-sinjura kienet sodisfatta li qalithom precizi u b’urgenza.

Dak il-wara nofsinhar stess hija zaret lill-Cadi. Sellmitlu u qaltlu: “ Sinjur jiena gejt ghandek ghaliex inti l-uniku ragel li tista’ tafda gewwa Istambul. Zewgi mar l-Egittu fuq negozju u kellu jtawwal iz-zmien tieghu hemm. Billi qed inhoss in-nuqqas tieghu, iddecidejt li mmur hemm niltaqa’ mieghu. Imma dak li jinkwetani huwa kif il-gojjelli tieghi jkunu fis-sigur.” Dak il-hin fethet il-borza u ferrxet fuq il-mejda quddiem il-Cadi crieket tad-deheb, djamanti, kullani u gawhar prezzjuz . U bl-lehen baxx hafna qaltu, “ Ftit huma n-nies li wiehed jista’ jafda llum il-gurnata.”

Dak il-hin dahal il-kennies: “ Sinjur, qieghed quddiemek biex troddli il-500 bicca tal-fidda li jiena hallejt taht il-kura tieghek, kif taf tajjeb u tista’ tiftakar.” Il-Cadi ma qalax ghajnejh minn fuq dak it-tezor li kellu quddiemu.”X’inhu?,” qallu, “...eh...eh.. iva ...niftakar dawk il-500 mitt bicca tal-fidda. Tibzghax flusek kienu fiz-zgur ghandi.” Faqqa’ subghajh u meta deher quddiemu qaddej ordnalu li jgiblu flusu mis-senduq l-iswed.

Ftit wara l-kennies kellu f’idu il-borza ta’ flusu. Baqa’ miblugh u ma setghax jemmen lil ghajnejh. Radd il-hajr u telaq jigri ‘l barra.

“Rajt b’ghajnejk stess li hwejjeg afdati f’idejn il-Cadi huma fis-sigur. Tajjeb hafna u bil-ghaqal huma dawk in-nies li jafdaw gidhom f’idejja meta ma jistghux jaghmlu mod iehor.” Is-sinjura tbissmet. Kien dak il-hin li hareg il-kennies li l-qaddej dahal jigri quddiem il-Cadi u lis-sinjura qalilha: “Sinjura tieghi, zewgek gie lura mill-Egittu u qed jistennik id-dar.”

“X’ahbar sabieha gibtli,” sklamat is-sinjura . Kinset b’idejha dak kollu li kien hemm fuq il-mejda fil-borza u lill-Cadi qaltu: “ Tassew li inti ragel fuq l-irgiel. Rari biex issib wiehed bhalek.” U filwaqt li sellmitlu bil-ghaggla, harget malajr mal-qaddej taghha biex tmur d-dar.

Dam xi ftit tal-minuti qabel mal-Cadi gie f’tieghu u nduna li kien ingannat bhalma kien inganna lil dak il-povru kennies. Imma l-kbir kien ghadu gej. Fil-jiem ta’ wara xterdu xnighat ta’ dak li gara gewwa Istambul u l-Cadi qatt ma kien afdat aktar biex jghaddi xi gudizzju jew jaghti sentenzi fuq kwestjonijiet legali. Bil-misthija kellu jbiegh id-dar sabieha li kellu gewwa Istambul u jmur f’rahal fit-Turkija fejn ma jafu hadd.


© Copyright INHOBB NAQRA