Zmien twil ilu hafna, jinghad li tfajjel ckejken kien miexi f’nofs ta’park imzejjen bis-sigar u l-fjuri. Meta wasal f’nofs il-park lemah sigra sabieha hafna. Kienet mimlija frott u dak li bih skanta kien li fis-sigra kien hemm bosta frott differenti. Kull meta ra sigra tal-frott, dina dejjem kienet tkabbar kwalita wahda ta’ frott. Jekk kienet tat-tuffieh, is-sigra kien ikollha tuffieh biss.  Imma din kienet tidher specjali. F’ghajnejn it-tfajjel dehret kbira hafna, mhux tas-soltu. Dar dawra maghha u fuq naha minnha ra sinjal li kien jghid: Jiena sigra magika. "Mela mhux ta’ b’xejn ghandha fiha frott differenti, laring, tuffieh, langas etc. kollu f'sigra wahda", haseb it-tifel. Imma aktar minn hekk kienet magika ghaliex aktar ‘l isfel kien hemm kliem iehor li jghid li min itenni l-kliem magiku jara sorpriza.

It-tifel kollu kurzita ried jipprova. Tenna bosta kliem magiku bhal abracadabra, supercalifragilisticexpialidocious, tan-ta-ra, u hafna aktar. Izda kien kollu ghal xejn. Ebda kelma milli qal ma kellha effett.

Ezawrit, intefa’ taht is-sigra u qal: "Jekk joghgbok, sigra ghaziza!"

Ma dan il-kliem infetah bieb fiz-zokk ohxon taghha. Gewwa kollox kien dlam, hlief ghal sinjal li qal "Kompli bil-magija tieghek." Imbaghad it-tifel qal "Grazzi, ghaziza sigra!"

Ma dan il-kliem gewwa xeghel kollu dawl u t-tifel lemah muzell ta’ gugarelli u cikkulata. It-tifel ma kienx egoist u sejjah lil hbiebu biex jaqsmu mieghu dan il-ferh.

X’qawwa ghandhom il-kelmiet, "jekk joghgbok" u "grazzi".

Mhux ta’ bejn in-nies isejhulhom l-kliem magiku.


 

© Copyright INHOBB NAQRA