Wiehed bejjiegh tal-laham ra kelb bil-guh u gietu hniena minnu. Tah ghadma u dan ghaggel lejn id-dar biex hemm fil-kwiet imexmex il-ftit laham li kien ghad hemm madwar l-ghadma.

Fi triqtu lejn id-dar kellu jghaddi minn fuq pont. Fettillu jhares 'l isfel u ra lilu nnifsu rifless fl-ilma car kalm, car qisu bhal f'mera. Imma l-kelb haseb li kien qed jara kelb iehor jgorr ghadma hafna akbar minn tieghu.

Ta' kelb egosit u zaqqieq li kien ried jaftahielu. U biex jaghmel hekk fetah halqu u beda jimbah bit tama li dak il-kelb jibza' u jitlaq jigri u jhalli l-ghadma warajh. Imma kemm mar imqarraq. Ghaliex malli ghamel hekk l-ghadma li kellu f'halqu waqghet go l-ilma u gherqet. Fir rabja li hakmitu li tilef l-ghadma nizel fl-ilma biex jattakka lil kelb izda ma sab xejn. 

L-ilma tax-xmara beda' jgorru 'l barra u kellu jithabat mhux ftit biex isib tuhu lura fuq ix-xatt.

Meta tela' fuq ix-xatt induma kemm kien iblah li minhabba r-rebgha tieghu, ghal ftit ma tilifx hajtu u baqa' bla ghadma.

Kun kuntent bli ghandek u qatt tkun rghib biex takkwista aktar mill-ghandek bzonn.


 

© Copyright INHOBB NAQRA