Neil ihobb jivvjagga u l-aktar fil-foresti. Kull meta jippjana ghal btala, kien jaghzel post imdawwar bin-natura tant sabieha. Biex jiccelebra t-tieni gheluq snin ibnu z-zghir Jacob, iddecieda li flimkien mal-familja tieghu jmur fir-rahal vicin li kien f’hogor il-muntanja. Hemm fil-qrib kien hemm foresta li skont ma qara fuqha kienet toffri l-isbah veduti.

Kera’ dar tal-kampanja li kienet tinsab fid-dahla tal-foresta u mit twieqi taghha il-membri tal-familja tieghu setghu jaraw u jsegwu l-annimali jiggerrew qalb is-sigar u n-nixxiegha ta’ ilma frisk gieri.

L-iben il-kbir ta’Neil, Johnatan,  ra kelb mal-bieb u offrielu xi gallettini. Il-kelb kielhom mill-ewwel u fi ftit sekondi saru hbieb. Fit-tieni jum, gheluq snin Jacob ghamlu celebrazzjoni u wara li kielu u xorbu erhewlha lejn il-foresta biex igawdu in-natura sabieha. Mill-gdid il-kelb rega’ deher u mar hdejn Johnatan u ma halliex minuta wahda.

L-ghada, Neil, martu u xi hbieb ohra taghhom li akkumpanjawhom fil-vakanza iddecidew li jmorru ghall-kacca fil-foresta u rrangaw ma’ babysitter biex tiehu hsieb lil Jacob ghal nofs ta’nhar.

Wara 3 sighat, Neil u kull min kien mieghu kollha rritornaw id-dar u dehru ghajjenin hafna. Il-kelb ra lil Neil u, gera lejhom u laghaq z-zrabun ta' Neil. Id-dar kienet miftuha berah u hadd ma kien hemm.

Il-mara ta' Neil kienet ixxukkjata meta rat it-tbajja' tad-demm ma’ halq il-kelb u bdiet tixher u tghajjat. Kollha kemm huma hasbu li l-kelb qatel lit-tifel zghir Jacob. Neil intilef minn sensih u ta xeba’ kbira lill-kelb hekk li dan beda jghajjat bl-ugigh u ma seta’ jahrab mill-qilla tad-daqqiet.

Meta semghet 'l-istorbju tal-ghajjat tal-kelb, il-babysitter griet lejn id-dahla tad-dar b’Jacob fuq dirghajha..

Kollha kienu bla kliem u staqsew x'kien ghamel il-kelb u ghaliex kien hemm tbajja tad-demm f'halq il-kelb?

Il-babysitter qalet li Jacob kien se jigi attakkat minn lupu li kien jimrah madwar id-dar, izda fortunatament il-kelb hebb ghalih u qatlu. Hadithom jaraw il-lupu mejjet fil-gnien.

Neil iddispjacih hafna li sawwat lill-kelb meta dan salvalu lil ibnu minn halq il-lupu. Dak il-hin stess hadu ghand veterenarju biex idewwih.

Ra li l-kelb kien haqqu trattament ahjar u minn dak il-hin iddecieda li jiehdu mieghu fid-dar tal-belt fejn kienu joqghodu biex irrabbih u jiehu hsiebu. Biex ipattilu ghall-hazen li ghamillu, minn dak in-nhar beda’ jittrattah qisu membru tal-familja.

Tghallem id-decizjonijiet li jittiehdu bl-ghaggla qatt ma jsolvu problemi. 


Q© Copyright INHOBB NAQRA