“Mama,” qal gurdien zghir lil ommu, “Nahseb li n-nies ta’ din id-dar ghandhom qalb tajba hafna, ma tahsibx hekk? Fil-kcina ihallu hafna affarijiet tajba ta’ ikel.”

“Jaqaw mort taghmel xi dawra, bhas-soltu? Mhux kemm-il darba wissejtek biex tibqa’ hawn fid-dar taghna u tohrog biss meta tkun mieghi.”

“Le, le, ma, ma hrigtx, imma mill-ikel li naraw inti u jien meta naghmlu xi passiggata, dawn in-nies jidhru li ghandhom qalb generuza hafna maghna.”

L-omm gurdiena wegbitu: “ Ara ibni, tassew li jidhru li jieklu tajjeb hafna, imma l-esperjenza tieghi turini li dawn in-nies xejn ma huma hbieb taghna bhalma tahseb inti. U tahsibx li jekk jindunaw bina ahna ser nghadduha lixxa! Jaghmlu minn kollox biex jaqbduna.”

Pikachu beza’ meta sema’  dan il-kliem minghand ommu. Imma kien zgur li jaf jiehu hsieb tieghu nnifsu ghax kemm-il darba hareg jaghmel passigati fil-kcina u rega’ lura qawwi u shih. Kemm kien joqghod attent li l-qattus ma jkunx fil-qrib!

Qaghad jistenna li ommu tiehu n-nghasa ta’ wara nofsinhar biex jaghmel dawra fil-kcina. Meta ra li l-kok ma kienx hemm, qasam il-kcina, mexa’ minn taht il-mejda u s-siggijiet u sab ruhu taht l-armarju bil-bieba imbexqa

“Ah illum hemm xi haga tajba partikulari ghal ikel,” qal bejnu u bejn ruhu meta xamm riha ta’ hlewwa mhux tas-soltu. U tassew hekk kien, ghax kien hemm bicca ta’ kejk miksi bil-gelu b’xi kliem fuqu miktuba bil-kulur roza. Imma ma kienx jaf x’inhuma billi ma kienx jaf jaqra. Hekk kif resaq lejh Pikachu laghaq xuftejh waqt li xammem madwaru.

Dak il-kejk kien il-kejk ta’ jum twelid ta’ Ethel. Beda’ jnaqqar u ra kemm kien tajjeb u kompla naqqar u kiel. Imma meta sema’ lil ommu tghajjatlu hassu hati tad-dizubbidjenza. Telaq gira wahda u kien fid-dar gos-sodda sakemm ommu qamet totalment. Damet xi ftit toghrok ghajnejha, imma kien hin bizzejjed biex Pikachu jigri girja wahda mill-kcina u jilghabha li kien rieqed fis-sodda tieghu.

Ommu ttawlet mit-toqba biex tara li ma kienx hemm periklu u malli accertat ruhha, gibdet lil Pikachu maghha biex it-tnejn imorru lejn l-armarju ta’ l-ikel fil-kcina.

“Hawn kien hawn xi gurdien iehor qabilna,” qaltlu, imma qatt ma basret li dan il-gurdien kien binha Pikachu.

L-ghada meta ommu kienet rieqda, Pikachu l-imqareb hareg mill-bejta taghhom u erhilha lejn l-armarju ta’ l-ikel bit-tama li l-kejk kien ghadu hemm. Imma sab li kien gheb. Min jaf, forsi hadu l-kok biex jieklu, qal bejnu u bejn ruhu.

Ghalkemm ma sab xejn x’jiekol  xamm riha ta’ gobon mixwi. U dik riha tfuh! Pikachu sab quddiemu dar ckejkna u go fiha din il-bicca gobon imdendla minn nofs.

Gewwa gera’ Pikachu imma jahasra klikk… u Pikachu inqabad fin-nassa.

Meta sebah l-ghada, il-kok li kien pogga n-nassa, nehhiha mill-iskaffa ta’ l-armarju u sejjah lil tifla zghira biex tara min kien il-halliel li kielilha l-kejk.

“U issa x’ser taghmel bih? staqsietu Ethel.

“Ara, ngharrqu fl-ilma biex ma jergax jigi fil-kcina,” wegibha l-kok.

F’ghajnejha dehru zewg demghat. Qaltlu: “ Nahseb li inti ma kontx taf li kont qed tisraq, hux hekk?”

“Le, le,” wegibha Pikachu. “ Tassew li ma kontx naf. Kont bil-guh, sibt l-ikel u kiltu. U mhux kollu tafx, ghax jiena zghir.”

Il-kok dawwar wiccu ghall- mument u f’dak il-mument li ma kienx qed ihares Ethel, it-tifla ta’ qalb tajba u tenera, fethitlu l-bieba u Pikachu hareg ‘l barra, u tghidx kemm lebbet ghal ghand ommu!

Kemm hadet pjacir li regghet ratu u kemm hassu issa fiz-zgur Pikachu meta ommu bdiet tmellsu. Malajr nesa’ il-qata’.

“Ibni qed tara li meta ma tobdix minn ommok tmur minn taht. Tigrilek xi haga hazina. Nittama li ghal quddiem ma taghmilx dak li jghidlek mohhok imma timxi fuq il-parir tieghi,” widdbitu ommu.

U weghdha li ghal li gej ser ikun ubbidjenti u ibqghu zgur gheziez tfal li hekk kien.


 

© Copyright INHOBB NAQRA