Kien hemm re li ried xabla gdida biex johodha mieghu kull meta jkollu battalja ma' l-ghadu tieghu. Dik li kellu nqasmitlu f'bicctejn meta ta daqqa qawwija fuq ix-xabla ta' l-avversarju tieghu. Ried wahda li ma tinqasamx kif gieb u lahaq.
Ghalhekk nieda kompetizzjoni fost il-haddieda tas-saltna tieghu u dak li r-re jaccetta x-xabla tieghu kellu jircievi somma kbira ta' flus.
Il-haddieda kollha hadu sehem u kull wiehed kien jahdem bil-bieb maghluq biex hadd ma jikkopja x-xoghol tieghu. Izda wiehed mill-haddieda kien jahdem bil-bieb miftuh u kull min kien jghaddi kien jarah jahdem. Il-haddied kien jistieden lin-nies biex jaraw ix-xoghol tieghu u fejn jidhrilhom jikkritikawh. Pero' qabel ma beda' ix-xoghol mar fuq in-nies u beda jistaqsihom x'kienu jaraw fir-re taghhom u x'kienu jammiraw fih. Minn dak li sema' fuq ir-re minn nies gabar kollox fi tlett sentenzi qsar.
1. Ir-re kien bniedem qalbieni
2, Ir-re kellu qalbu tajba u hanina
3. Fuq kollox ir-re kien bniedem gharef.
Ix-xoghol tieghu spiccah fil-hin u flimkien ma' folla kbira mar ghand ir-re bix-xabla li kien hadimlu.
Ir-re laqa' lill-haddied. Kien diga' warrab bosta xwabel ta' haddieda ohra, imma x-xoghol ta' dan il-haddied partikulari kien laqtghu. Pero' kellu dubju wiehed. Beda' jemmen li ma kien hemm ebda xabla li tghodd ghalih bhala re.
Il-haddied nizel gharkubtejh u qal lir-re: " O re twajjeb, qed nipprezentalek din ix-xabla li jiena hdimt fuq l-imhabba u l-ammirazzjoni tas-sudditi tieghek lejk. Dawk it-tlett hagriet li hemm imwahhla fuq il-manku jfissru dan li gej:
"1. Ir-rubin ifisser il-qlubija tieghek
2. L-ismerald ifisser it-tjubija u l-hniena tieghek
3. Il-hagra tal-kristall ta' isfel tfisser l-gherf li bih inti mzejjen.
Il-poplu tieghek jemmen fik u kulhadd jaqbel li dawn it-tlett kwalitajiet tieghek juru l-kobor tieghek."
Ir-re hassu mqanqal ghal dan il-kliem. Hares l-ewwel lejn il-haddied imbaghad lejn il-poplu migbur fil-kastell. Imbaghad qallu: "Ghaziz haddied, inti ghamilt xoghlok sew u bil-ghaqal. Tlabt l-ghajnuna tal-poplu u ghalhekk inti hdimt u hloqt il-kapulavur tieghek. Jiena b'unur kbir naccetta x-xabla tieghek f'isem il-poplu tieghi."
Ghajta kbira harget minn fomm l-poplu u r-re gholla x-xabla biex kulhadd jaraha.
Ir-re zamm kelmtu u ta lill-haddied somma kbira ta' flus. Barra min hekk hatru biex ikun il-haddied tal-palazz. Huwa hadem bosta armi biex ir-re juzhom ghad-difiza tal-poplu tas-saltna tieghu.
DEJJEM FTAKAR LI QABEL TAGHMEL XI HAGA HEJJI RUHEK GHALIHA BIEX DAK LI TAGHMEL TWETTQU SEW. HEKK GHAMEL IL-HADDIED QABEL HADEM IX-XABLA GHAR-RE, MAR U TKELLEM MAN-NIES BIEX JIFHEM SEW IL-KARATTRU TAR-RE. AGHMEL HEKK INTI UKOLL .
EZEMPJU: QABEL NITKELLEM MA' ALLA NHEJJI RUHI BIEX DAK LI NOFFRI LIL ALLA, ALLA JACCETTAH.
© Copyright INHOBB NAQRA