HBIEB VERI
Villagg zghir gewwa Firenze kien miksi kollu silg billi ghal gimgha shiha hlief silg u rih ma ghamilx. L-ispirtu tal-Milied kien jidher ma' kullimkien, Twieqi mzejna, dwal iteptpu fit-toroq, kant tal-Milied, skejjel maghluqa bil-vakanzi, u s-sigra kbira tal-Milied imzjena f'nofs il-pjazza tar-rahal. Dan l-istagun dejjem kien il-favorit ta' David. David kellu biss 10 snin imma dejjem kien jigri ma' min kien akbar minnu. Biex ikun accettat fil-kumpanija taghhom David kien jilghab maghhom u lest li jwettaq dak li xtaqu.
Jum wiehed waqt il-vakanzi, shabu kienu qed jibnu ragel tas-silg. Biex jinghogob ma' shabu David qalilhom: " Nista' ingibilkom ix-xalla ta' missieri biex iddawruha ma' ghonq ir-ragel tas-silg." Shabu hatfuh fil-kelma u qalulu, " Iva, gib ix-xalla u ftit tal-flus biex inkunu nistghu nixtru xi ikel iffrizat ghalih ." Xi ftit misthi u b'nofs qalb qalilhom li hu ma ghandux flus.
"O, hudhom mill-kartiera ta' missierek. Jaqaw tibza'?" qallu wiehed mit-tfal.
David telaq lejn id-dar qalbu sewda u fit-triq iltaqa' ma' habiba tal-klassi tieghu jisimha Rhea. Il-familji taghhom kienu hbieb ukoll. "Xi gralek David,?" staqsietu Rhea. "Kemm tidher imkisser u qalbek imdejqa. Ommi ghamlet torta li thobb inti. Ejja d-dar u hu bicca minnha, "talbitu Rhea.
"Tistaqsinix," qalilha David u warrab fil-gemb l-istedina ghax baqa' sejjer minghajr kliem u minghajr sliem filwaqt li minn ghajnejh nizlu zewg demghat u gelbnu ma' haddejh. U biex meta jasal id-dar ma jurix li beka' mesahhom bil-komma tal-glekk.
Konfuz kif kien, David ipprova jisraq xi flus mill-kartiera ta' missieru, izda dan qabdu fil-fatt. "Hemm x'inti taghmel? Qed tipprova tisraq?", saqsieh dizappuntat missieru.
"Ahfirli missier. Kont ser nisraq, iva. Kont ser naghmel haga hazina. Ahfirli, missier ma nergghax," talbu bil-hniena David.
Missieru ried jaf ghaliex kien ser jaghmel hekk billi qatt ma ra imgieba hazina minn ibnu qabel dak il-mument. "Xi gralek ibni? Qatt ma kont nistenna haga bhal din minnek"
"Hbiebi stednuni biex nisraq mill-kartiera tieghek."
Il-missier tbissem u spegalhu, " Ibni, hbieb veri qatt ma jistednuk biex tisraq jew taghmel haga hazina. Hbiebek ghandhom ikun onesti u jingoragixxu lil xulxin biex jimxu fit-triq it-tajba."
David fehem x'ried jghidlu missieru u twarrab darba ghal dejjem minn dik il-kumpanija ta' tfal akbar minnu.
Huwa mar id-dar tal-habiba tieghu Rhea biex jiskuza ruhu u hemm kielu bicca torta flimkien
AGHZEL IL-KUMPANIJA TIEGHEK BIL-GHAQAL
© Copyright INHOBB NAQRA