Isimha kien Gulja, ir-Regina ta’ Narbonia. Kienet maghrufa ghal l-gherf u l-imhabba taghha lejn il-poplu ta’ Narbonia. Meta twieldet pero’, in-natura ma zejnithiex bis-sbuhija li zzejjen lit-tfal ckejknin. Xuftejn kbar u widnejn mhux inqas, kienu jkerrhu lil wiccha.

Madankollu l-genituri taghha kienu jhobbuha b’imhabba bla qies. Bhala tarbija, u mbaghad tifla imfarfra, Gulja rari kienet tidher fil-pubbliku. Jekk ommha kienet tohrogha barra kienet tpoggilha velu quddiem wiccha. Il-genituri taghha kienu staqsew bosta tobba jekk jistghax isir xi haga lit-tifla biex inehhulha kull difett. Imma t-tobba kienu jwegbuhom li ma kellhom ebda soluzzjoni jew fejqan. L-unika risposta li kienu jtuhom kienet li forsi maz-zmien it-tifla tohrog wahedha minn dawk id-difetti. Wasal iz-zmien li Gulja tmur l-iskola, u ommha hetitilha maskra li kienet tilbisha go rasha.

Meta dahlet fil-klassi t-tfal l-ohra lkoll kellhom kurzita’ ghaliex Gulja kienet tilbes dak il-kapott stramb go rasha. U meta tifla minnhom skopriet il-vera raguni, xandritha ma’ shabha li bdew jghaddu rimarki li jweggghu l-qalb. U povra Gulja kienet tikbi fil-mohbi, qalbha maqsuma ghal dawk l-offizi. Waqt wiehed mill-waqfien ghall-mistrieh mit-taghlim, tifel hatfilha l-kapott u telaq bih jigri matul il-bitha qisu ghamel xi vittorja. Anzi biex aktar johrog ta’ bravu quddiem shabu hbiehulha. It-tfal l-ohra daru maghha forma ta’ cirku u filwaqt li bdew jizfnu kienu jittantaw lit-tifla mbikkma. Daqqet il-qampiena u t-tfal kollha dahlu fil-klassi, minbarra Gulja li qaghdet tfittex il-kapott. Imma ma sabitux. Dahlet tard fil-klassi b’wiccha mohbi bejn il-pali ta’ idejha ghad-dahq ta’ shabha.

L-ghalliema kienet disgustata ghal ahhar u waqqfet il-lezzjoni, canfret bis-shih lit-tfal kollha u baghtet lit-tifel li hbielha l-kapott imur igibu. L-ghalliema riedet li kull tifel u tifla fil-klassi mhux biss jiskuza ruhu ta’ l-imgiebha hazina tieghu jew taghha, izda wissiethom li ser tatihom kastig u lit-tifel li hatfilha l-kapott skludietu ghat-tlett ijiem mill-iskola. Minkejja dan in-nuqqas ta’ moghdrija, il-qalb ta’ Gulja baqghet thobb lil min kien juri nuqqas ta’ imhabba lejha bir-rimarki tieghu. Kienet kuntenta li tibqa’ tilbes il-kapott ghax b’hekk l-ohrajn ma kienux jaraw id-dmugh niezel igelben ma’ wiccha. Il-kapott kien jaghtiha sens ta’ privatezza mid-dinja bla qalb. Hekk kif ghadda aktar zmien, Gulja saret aktar sensittiva lejn id-dehra taghha. Nehhiet il-mera mill-kamra tas-sodda taghha biex tevita li tara lilha nnifisha fiha. U kull darba li kienet tohrog mill-kamra taghha kienet tilbes il-kapott.

Kienet thobb li z-zmien taghha tqattghu tikteb stejjer fuq l-imhabba, gustizzja u hniena. U dak kollu li d-dinja kienet turi maghha, hija kienet tiktbu fi storja. Jum wiehed Gulja bi zball insiet mazz karti fuq bank hdejn il-hanut tal-hobz. Il-furnar induna bihom u mar u gabarhom, dahal gewwa u qaghad jaqra. Tant kien interessanti dak li kien qed jaqra li nesa’ li kien sar il-hin li jiftah il-hanut li kieku ma kienx ghall-fatt li n-nies bdew ihabbtulu fuq il-bieb biex jiftah. Dak in-nhar filghaxija tahom lil martu biex taqra l-istorja hi ukoll. Martu tathom li habiba taghha u habibitha ghaddiethom lil haddiehor u hekk baqghu ghaddejjin minn id ghal ohra sakemm l-istorja nqrat minn nies kollha tal-villagg. Kull persuna fil-villagg kienet titkellem fuq l-istorja li l-awtur taghha hadd ma kienx jaf bih.

Gulja semghet b’dak li kien ghaddej fil-villagg izda ghazlet li toqghod siekta ghax bezghet li jirredikolawha jekk isiru jafu li kienet hi l-awtrici ta’ l-istorja. Ghal sentejn shah baqghet tikteb u gie li kienet taghmel hekk sa l-ewwel sighat tal-jum. L-istejjer taghha kienu l-imaginazzjoni fertili li kienet tesprimi fi kliem l-aktar sabih u li jqanqal il-kurzita’. Kultant kienet tahrab bil-kwiet mit-tieqa tal-kamra tas-sodda taghha ftit qabel ma jisbah u tohodha lejn il-pjazza tar-rahal taghha, dejjem timxi taht id-dellijiet li kienu jarmu d-dawl tat-toroq. Hija kienet thalli l-istejjer miktuba taghha f’diversi postijiet tar-rahal u jekk kien ikun hemm ir-rih kienet tpoggi gebla biex il-karti ma jtirux.

Jekk kienet tkun ix-xita kienet thallihom fuq targa ta’ xi hanut ghall-kenn. In-nies tal-villagg kienu bl-imhatra bejnithom minn isib l-istejjer u dak fortunat li jsibhom kien johodhom ghand l-istampatur u jaghmel kopji ghal kulhadd. Tant kien hemm domanda ghal dawn l-istejjer ta’ Gulja li l-istampatur kellu jimpjega bniedem biex jghinu u jmur iqassam dawn in-novelli migbura fi ktieb. Il-kotba taghha xterdu fir-renju kollu ta’ Narbonia. Ommijiet kienu jaqrawhom matul il-jum u mill-gdid jirrakontawhom lil uliedhom qabel jorqdu. Jidher li r-rakkonti kellhom effett fuq in-nies tal-villagg. Riedu aktar minn dawn l-istejjer. Tassew, li l-istejjer kienu ta’ mottiv biex in-nies juru qalb tajba u moghdrija wiehed lejn l-iehor. Fil-kamra taghha, Gulja tbissmet.

Waqt li d-dehra taghha kienet tbezza’ lit-tfal iz-zghar, l-istejjer taghha kienu ta’ wens lil qlub tal-kbar. Fil-qlub taghhom kienu jnisslu tama u gost. Ir-re ta’ Narbonia, ir –re Adolfo kien imdahhal sew fiz-zmien. Ibnu Alfonso, kien zaghzugh attraenti, imma misthi u kien jippreferi z-zwiemel milli l-kumpanija tan-nies. Ghalxejn missieru kien ihajru biex imexxi hu floku, iz-zaghzugh qatt ma kellu hajra li jsir sultan. U minkejja li r-re Adolfo kien jaghmel festi kbar fil-palazz biex ibnu Alfonso jithallat man-nies, kien kollu ghalxejn, ghaliex il-princep Alfonso kien jerhilha lejn il-foresta biex hemm igawdi ftit tal-kwiet u paci. Ir-re kien inkwetat ghal ahhar fuq din l-imgieba ta’ ibnu. Jum wiehed fir-rebbiegha, ir re skopra wiehed mill-qaddejja tieghu jaqra’ ktejjeb. U tant kien mitluf fil-grajja li anqas biss induna li r-re kien riesaq.

Haga bhal din kienet insult kbir lir-re. Wiehed minn ta madwar ir-re habat ser jerfa’ il-frosta fuq dak il-povru qaddej, imma r-re ma halliehx. Minflok huwa talab lill-qaddej biex jisilfu l-ktejjeb. Il-qaddej ghamel hekk malajr. L-istorja ghogbot hafna lir-re u dan halla l-ktieb fejn jidher fl-istalla taz-zwiemel biex meta jinzel il-princep dan jarah. U hekk kien. Rah qabdu f’idejh u beda’ jaqra’ u dan tant intilef jaqra l-istorja li dak in-nhar fil-ghodu ma marx biz-ziemel lejn il-foresta. U ghamel hekk ghall- gimgha shiha. Meta temm il-ktieb baghat ghal ufficjal tieghu u ordnalu biex isib l-awtur tieghu. Ir-re meta sema’ bl-ordni li ta l-princep ferah hafna ghax dik kienet l-ewwel ordni li qatt ta. L-ufficjal gera’ mar-renju kollu, izda ma kellux success.

Xi whud minn nies tal-villagg qalulu li dawk l-istejjer kienu gejjin minn ghand xi anglu. Ohrajn qalulu li kienet xi xiha li toqghod fil-foresta li kienet tiktibhom. Pero’ ilkoll qablu li min kien jiktibhom kien tassew persuna brillanti. Billi it-twegiba ta’ l-ufficjal tal-palazz kienet wahda negattiva, il-princep ha l-inkarigu li jmur ifittex hu l-awtur. Talab li jtuh il-kotba kollha u minn dak li qara kkonkluda li bilfors l-awtur kienet mara, u mara ta’ qalb generuza. Id-destin ried li l-princep Alfonso wasal fil-villagg fl-istess jum li Gulja nqabet li kienet hi l-kittieba ta’ l-istejjer, ghax kif jghid il-qawl malti, il-garra gejja u sejra fl-ahhar tinkiser. Wiehed bejjiegh tal-laham ra dell ta’ persuna thalli mazz karti fuq bank. Huwa segwiha u raha tidhol mit-tieqa tal-kamra tas-sodda taghha.

F’kemm ili nghidlek kulhadd sar jaf min kienet l-awtrici ta’ dawk in-novelli. In-nies tal-villagg ingabru qaqocca wahda fis-sala tal-kunsill tal-villagg jargumentaw u kulhadd jghid tieghu dwar dik l-ahbar. Il-princep wasal fuqhom ghal gharrieda, imma ma gharfuhx ghaliex kien liebes ilbies ta’ bniedem tat-triq. Wara li qaghad jismaghhom Alfonso qam bilwieqfa u ghajjat biex jisimghu kulhadd: “ Jidher li l-awtrici hija mara ntelligenti u ta’ qalb tajba minn dak li tikteb.” Billi hasbu li dik il-persuna ma kien hadd hlief vagabond, bdew jiddiehqu bih u jwaqquh ghac-cajt. Minghajr ebda biza’ resaq fuq il-folla minkejja li xi hadd heddu, nehha l-ilbies ta’ fuqu u deher liebes ta’ princep. Issa l-folla gharfitu, sthat u bezghet li hu seta’ jikkastighom ghax insultawh.

Il-princep minghajr ma qaghad jara kemm kienu qed ihossuhom barra minn lokhom, offra somma flus lil dik il-persuna li iggiblu isem l-awtrici fil-lukanda sat-tlieta ta’ wara nofsinhar. Waslu l-erbgha u hadd ma deher. Ghalhekk il-princep qataghha li jmur hu jfittex l-awtrici tal-kotba. Billi Gulja semghet b’dak kollu li kien ghaddej, stahbiet wara l-purtieri tittawwal minn bejntihom bit-tama li tara l-princep. Meta lemhitu kienet pronta ghalqithom bejn xulxin, izda dak il-moviment ma harabx l-attenzjoni tal-princep. Kien lemaha hu wkoll. Resaq lejn id-dar taghha, habbat l-bieb u talab li jara t-tfajla li kienet mohbija fil-kamra tas-sodda taghha. Billi l-genituri taghha bezghu li jekk jiksru l-kmand tal-princep ikollhom isofru xi kastig, marru u sejhulha. Hija nizlet bil-kapott go rasha. Nizlet gharkubtejha, izda hu qabdilha idejha u qajjimha bil-wieqfa. Nehhiehla l-kapott minn go rasha u quddiem kellu l-isbah mara li qatt ra fir-renju tieghu. Il-genituri taghha baqghu mistghagba b’dak li kienu qed jaraw quddiehom. Rikkibha fuq iz-ziemel tieghu u ordna lil qaddej tieghu idoqq it-tromba minn kull fejn jghaddi biex in-nies johorgu u jaraw ir-regina futura taghhom. Ir-re missieru, ir-re Adolfo flimkien ma’ martu ghamel festa’ kbira f’jum it-tieg ta’ ibnu ma’ Gulja u kien cert li r-renju tieghu ser ikun sigur f’idejn ibnu Alfonso u martu Gulju. Il-vera sbuhija dejjem tigi mill-qalb li meta nikkultivawha dejjem tbiddilna ghal ahjar.


 

© Copyright INHOBB NAQRA