Ghalkemm Peter twieled go familja fqira missieru u ommu ghamlu dak li setghu biex irrabuh tajjeb u ma jonqsu xejn. Missieru kellu hanut tal-welding u kien jahdem aktar minn tnax-il siegha kuljum biex il-familja tieghu tkun tista’ tghix hajja kemmxejn komda.

Il-holma ta’ Pietru kienet li jsir tabib, izda billi l-marki tieghu kienu ta’ student normali, madwar 70 fil-mija, qatt ma seta’ jaqta’ xewqtu. Pero’ kompla jistudja u wara li ghamel l-ezamijiet sab post ma’ kumpanija. Missieru ma riedx jiddependi minn ibnu biex jghix, u kompla jahdem fil-hanut tieghu. Sadanitant Pietru izzewweg u kellu tewmin. Is-salarju tieghu zdied sew hekk li beda’ jghix hajja ta’ lussu. Xtara dar ikbar u isbah u ghalkemm il-kumpannija tieghu kienet ipprovditlu karozza Peter xtara karrozza ohra lussuza.

Fil-hajja kien jahli u jiddeverti u tant kien jonfoh li wasal li fi zmien qasir la seta’ jhallas ghal l-edukazzjoni ta’ uliedu u anqas ghal l-ispejjes tad-dar u htigijiet ohra.

Meta missieru kellu bzonn  xi haga tal-flus ghax kien marid, Pietru ghajjat mal-genituri tieghu u qalilhom li ma ghandux flus biex itihom. “Intom la qatt bghattuni fi skola ta’ prestigju u anqas ma kontu tixtrulhi hwejjeg tad-ditta. Rari kontu tatuni ikel li kien il-favorit tieghi. Meta kont ingib marki baxxi ma kontux tibghatuni privat. U fuq kollox biex inkun fil-posizzjoni li qieghed issa domt 10 snin. U issa li qed nitqabad biex ikolli l-flus, intom ma taghmlu xejn u bil-wicc tost kollu titolbuni biex intikom il-flus jiena. Ara aghmluli pjacir tigux aktar ghandi.”

Ghall-genituri tieghu dan il-kliem kien aktar minn daqqa ta’ stallett u umiljanti ghal l-ahhar

Xi gimgha wara, Pietru siefer fuq xoghol u waqt il-hin liberu tieghu mar jixtri xi hwejjeg minn hanut fi triq maghrufa ghax-xiri ta’ hwejjeg puliti. Hemm iltaqa’ ma' tfajjel li stiednu biex jixtri xi affarijiet li kellu fit-tilari. Pietru staqsieh ghaliex ma kienx qed l-iskola biex jitghallem. It-tfajjel wiegbu: “Missieri kellu accident u t-tobba kellhom jaqtghulhu  drieghu tal-lemin. Issa ma jistax jahdem. Ommi tmur tahdem ta’ seftura ma’ xi nies sinjuri u jiena nipprova nghin lill-genituri tieghi billi nbiegh dawn l-affarijiet. Jiena nahdem 3 sighat kuljum u nistudja bil-lejl”

Pietru gietu hniena minn dak it-tifel u xtara xi hwejjeg minn ghandu. Izda dan il-fatt fakkru fl-imgieba tieghu ma’ ommu u missieru l-gimgha ta’ qabel. X’differenza l-imgieba tieghu minn ta’ dak it-tifel. U tghallem lezzjoni. Tfajjel zghir kien qed jipprova jkun ta’ ghajnuna lill-genituri tieghu u huwa biex jghix ta’ sinjurun ittraskura, anzi insulta u offenda lill-genituri tieghu bi kliem kattiv u li jwegga’ il-qalb.

Meta rritorna mar ghand ommu u missieru u talabhom skuza u minn dak in-nhar beda’ jiehu hsiebhom u wasal biex meta kienu f’eta li jmorru joqghdu f’dar ghal anzjani, jhallsilhom dak kollu li kien mehtieg.

Ir-rispett huwa l-pedament ta’ l-imhabba u huwa dover taghna li niehdu hsieb il-gentirui taghna meta jikbru fl-eta’.

 

 

© Copyright INHOBB NAQRA