Darba wahda kien hemm go art ‘l boghod hafna minn hawn, gurdien zghir jismu Mio. Kien jghix go bejta mal-familja tieghu, imma kull filghaxija kien isibha bi tqila biex jorqod. Kien jdur u jitqalleb kemm-il darba, jahseb li l-hwejjeg kollha li ser jaghmel l-ghada kienu ser imorru hazin.
“Ma nistax nibqa sejjer hekk, iljieli imqajjem bla ma naghlaq ghajnejja. Ghada immur ghand il-habib tieghi gharef il-kokka u nkellmu,” qal bejnu u bejn ruhu.
U hekk ghamel. Mar hdejn is-sigra fejn kien joqghod habibu l-kokka, tela' maghha u habbat il-bieb.
“Min hemm?” staqsa l-kokka.
“Jiena Mio. Nista nidhol?”
“Mela le. Kemm timbotta il-bieb u tidhol.”
Mio irrakonta l-problema li kellu u l-kokka qaghad jisma’ b’attenzjoni kbira. U tbissem ghaliex huwa diga kellu s-soluzzjoni ghalih.
“Ara halli nghidlek. Kull filghaxija qabel tidhol fis-sodda, hu nifs kbir ‘l gewwa biex tnehhi kull ansjeta’ li tkun gejja fuqek u ibda’ ahseb fuq il-hwejjeg sbieh li grawlek matul il-jum. Ftakar fil-mumenti sbieh ta’ ferh u ffoka fuqhom. Hemm tikkalma il-menti tieghek u torqod b’mohhok mistrieh.”
Mio kellu dubbju dwar dan il-parir, imma xorta wahda iddecieda li jippruvah. Dak il-lejl stess, Mio ha nifs kbir ‘l gewwa u haseb fuq dak kollu li kien tajjeb, li minnu ghadda matul dak il-jum. Ftakar kemm ommu ghamlitlu kolazzjoni tajjeb bil-gobon favorit tieghu, kemm laghab ma’ hbiebu u kemm-il darba rebah u kemm sab rokna fid-dar ghall-kwiet biex fiha jiehu nghasa wara nofsinhar.
Hekk kif Mio kien iffukat fuq dawn il-mumenti sbieh hassu rilassat u minghajr ma kien jaf kif raqad hekk fil-fond li l-ghada filghodu baqa’ rieqed. Meta ma qamx fil-hin tas-soltu ommu hadet hsiebu u marret tqajmu. “Anqas naf kif bqajt rieqed sa dan il-hin, ma,” qal Mio.
Nizel isfel u sab il-kolazzjon favorit tieghu mhejji fuq il-mejda bhas- soltu. Kemm holom matul il-lejl li ser jaghmel affarijiet sbieh matul il-jum.
Minn dak in-nhar Mio segwa l-parir tal-kokka u dejjem raqad kalm.
Inti li qrajt din l-istorja aghmel bhal Mio u qabel torqod ahseb kemm Alla ghamel mieghek hwejjeg sbieh matul il-jum, kemm-il genituri tieghek ihobbuk, kemm inti ixxurtjat li issib l-ikel bnin lest fuq il-mejda u tant u tant affarijiet ohra. Irringrazzja lil Alla ta’ dan kollu.
© Copyright INHOBB NAQRA