Gurdien u zring kienu hbieb kbar. Kull filghodu iz-zring kien jaqbez 'l barra mill-ilma u jaghmel zjara lil habibu li kien jghix go sigra mal-gemb tat-triq. U f'nofs in-nhar kien jirritorna lura.
Il-gurdien kien jiehu pjacir kbir b'din iz-zjara ta' kuljum, imma ma kienx jaf li habibu z-zring kien ftit ftit qed isir ghadu tieghu. Ir-raguni? Iz-zring kien ihossu offiz ghaliex ghalkemm kuljum kien izuru, il-gurdien qatt ma pprova jaghmillu zjara imqar darba wahda biss.
Iz-zring qal bejnu u bejn ruhu: “Issa daqshekk. Umiljani bizzejjed.” U ghalhekk meta kien wasal biex jitlaq, rabat spaga ma saqajh u t-tarf l-iehor rabtu ma' saqajn il-gurdien. U telaq jaqbez it-triq kollha igorr mieghu l-povru gurdien.
Meta z-zring wasal hdejn l-ilma, qabez go fih u kaxkar mieghu il-gurdien fil-qiegh ta’ l-ghadira.
Il-gurdien kieku pprova jehles mill-irbit u thabat kemm thabat kien kollu ghalxejn. Ftit sekondi wara miet. U tela' fil-wicc ta' l-ilma u mieghu tella' liz-zring li kien qed jithabat biex inehhi l-irbit ta' l-ispaga.
Imma seqer li kien jittajjar fil-gholi tas-smewwiet lemah dak it-tahbit kollu f'wicc l-ilma ta’ l-ghadira u nizel sparat bhal lehha ta' berqa fuqhom. Hataf lill-gurdien u mieghu tella’ ukoll liz-zring u ghalkemm thabat fuq li thabat, iz-zring baqa' imwahhal mal-gurdien. Fil-gholi telghu,'l fuq fis-smewwiet jitbandlu u jtiru mahtufa taht id-dwiefer tas-seqer, li hadhom fil-bejta tieghu fuq il-muntanja fejn hadd ma seta' jilhqu u kielhom hu u z-zghar li kellu.
© Copyright INHOBB NAQRA