Tlett ahwa kellhom negozju gewwa Napli u ghalkemm ma kienx fic-centru tal-belt, kellhom hafna bejgh, billi kienu joffru l-prodotti taghhom bi prezz irhis. Izda billi t-tlieta ma kienux jaraw sew, iz-zghir qal li hutu l-ohra li kienet tkun idea tajba li kieku kellu jiehu r-responsabilita’ tan-negozju f’idejh. “Huna l-kbir tant mar lura fil-vizta li bilkemm jara. Ma jista’ qatt ikun cert kemm tawh flus ix-xerrejja jew kemm qed jaghti bqija. U n-nies meta jindunaw bid-dizabilita’ tieghu jiehdu vantagg.

“Bhallikieku inti tara ahjar,” wiegbu l-fustani. “ Jekk inti qed tghid li l-finanzi ahjar ikun f’idejn dak li ghandu l-ahjar vizita, allura jiena ghandi nkun nkarigat. Jiena nara ahjar minnkom it-tnejn.”

“Ghandi d-dubbji tieghi fuq hekk,” qal huhom il-kbir. “ Ara ejjew niddeciduha darba ghal dejjem. Smajt li fil-monasteru tal-Benedittini ser iwahhlu plakka b‘iskrizzjoni fuqha fuq il-bieb principali din il-lejla. Immoru ghada hemm u naghmlu ezami tal-vizita. Min hu kapaci jaqra l-iskrizzjoni bl-inqas diffikulta’ dak ikun inkarigat mill-finanzi tal-hanut taghna. Miftemhin?”

“Naqblu,” wegbuh iz-zewgt ahwa l-ohra.

“Tajjeb, issa morru u halluni niehu nghasa.” Hekk kif hutu telqu minn hdejh, il-kbir hareg inkiss inkiss mid-dar u mar lejn il-monasteru fejn iltaqa’ ma’ patri.

“Smajt li ser tpoggu plakka fuq il-bieb principali b’xi iskrizzjoni. Taf tghidli x’inhuma l-kliem?”

“Certament. Huma kliiem li l-imghallem taghna Gesu’ Kristu saqah hafna drabi fuhom. Il-Verita’. Il-kliem huma dawn: Kun onest f’kull mument ta’ hajtek.”

Il-kbir mar kuntent li lil hutu qliehom u fahhar lilu nnifsu kemm kien ghaqli. Xi mumenti wara wasal huh l-iehor u qal lill-patri, “ Tista’ tghidli t-tabella li ser tpoggu fuq il-bieb principali x’taqra?”

“O mela le. Jidher li kulhadd irid ikun jaf qabel iz-zmien, imma nghidlek. Tghid hekk: Kun onest f’kull mument ta’ hajtek.”

“Hemm xi dekorazzjoni madwarha?,” rega’ saqsa.

“Certament li hemm u dan biex tidher sabieha u tolqot l-ghajn. Ghandha tizjin b’bordura ta’ fjuri.”

“ Grazzi hafna patri,” u telaq minn hemm kuntent ser itir.

Imma bil-kemm tbieghed daqs kwarta mixi, li t-tielet wiehed resaq fuq il-patri u staqsieh dwar l-iskrizzjoni u meta sar jaf x’kienu l-kliem qallu: “ Imma hemm xi isem taht?”

“Iva. Hekk imorru l-affarijiet. Ma intix ser twahhal plakka minghajr ma tghid minn kien id-donatur. Min offriha jismu Giovanni Fede.”

L-ghada filghodu t-tlett ahwa erhewlha lejn il-monasteru. “Hemm iskrizzjoni qal il-kbir waqt li kwazi kienu waslu fid-dhul tal-monasteru u nista’ nghidilkom x’taqra. Tghid hekk: Kun onest f’kull mument ta’ hajtek.”

“Il-vizta tieghek hija ahjar minn dak li hsibt,” qallu tan-nofs. “ imma zgur li mhux ahjar minn tieghi. Tista’ tilmah id-dekorazzjoni li hemm madwarha?”

“X’dekorazzjoni qed titkellem minnha?”

“Hemm bordura bil-fjuri madwar il-plakka,” wiegbu l-fustani b’vuci li kienet tispira vittorja.

“Tajjeb hafna, tajjeb hafna,” qalilhom iz-zghir. “Imma min minnkom jista’ jara kliem iehor barra dak li diga ghidtu?”

“Kitba ohra?,” qal il-fustani. “ X’kitba ohra hija din li qed tghid?”

“ Isem id-donatur,” qal iz-zghir. “ Qeghdin tarawh? Hemm fir-rokna tal-plakka.

Il-patri li l-jum ta’ qabel kienu ltaqghu mieghu t-tlett ahwa rahhom fil-bieb, sellmilhom u staqsiehom. “ Gejtu taraw l-iskrizzjoni. Jiddispjacini ma stajniex inwahluha l-bierah. Pero ser inwahluha l-lum.”

U t-tlett ahwa ndunaw li giebu ruhom ta’ nies boloh.

 

© Copyright INHOBB NAQRA