(leggenda argentina)


Hames mitt sena ilu meta l-Ispanjoli dahlu l-Amerika t’Isfel, in-nies tal-lokal bosta drabi kienu johduha kontra l-invazuri taghhom.

Wiehed mill-pjanijiet li kienu juzaw it- tribujiet kien li jaghmlu pressjoni fuq l-Ispanjoli billi jdawwru dawra tond l-kampijiet taghhom. U dak li gara fil-bidu tas-snin 1500, meta Maldonado, tfajla spanjola kellha 15 il-sena.

It-tribu tal-Kwerandi dawra dawra mejt l-akkampament spanjol fejn Maldonado kienet tghix. L-Ispanjoli la setghu johorgu u anqas jidhlu u l-ikel u l-ilma madamux ma raw il-qiegh. Il-poplu spanjol beda’ jhabbat wiccu mal-guh. Huma talbu lill-kaptan taghhom biex ihallihom jiehdu cans u jhallu l-akkampament biex imorru jfittxu l-ikel, imma il-kaptan ipprojbilhom li jaghmlu dan.

Maldonado ma felhitx aktar tbati l-guh u harbet mill-akkampament ghall-gungla. Kif beda jaqa’ id-dlam Maldonado bdiet tibza’ u aktar bezghet meta bdiet tisma’ ilhna ta’ l-annimali selvaggi. Fejn setghet tghaddi l-lejl minghajr ma thabbat wiccha mal-periklu?  Semghet il-krib li sabet li kien gej minn go ghar. Ghamlet kuragg u dahlet u quddiema tara puma li kienet ghadha kemm weldet iz-zghar taghha.

Maldonado ghenet lill-puma omm biex tiehu hsieb iz-zghar taghha waqt li hija tmur tikkacja biex titma lil uliedha. U hekk kienet tghaddi jiema, tghix u torqod fil-ghar u tiekol min dak li taqbad l-puma omm. Kultant kienet tohrog mill-ghar biex tmur taqta’ xi frott li kienu joffru s-sigar tal-foresta.

Jum wiehed waqt li l-puma omm kienet ma’ uliedha fil-ghar, Maldonado kienet qed tigbor xi frott, it-tfajla giet mahtufa mit-tribu tal-Kwerendi. Haduha maghhom fil-villagg. Maldonado accettat id-destin taghha u ghalkemm bezghet, hija rrasenjat ruhha mad-destin taghha li zgura kien ser jasal jekk mhux il-lum, jasal ghada – il-mewt.

Imma kuntrarju ghal li hasbet Maldonado il-Kwerendi kienu qalbhom tajba ma’ din it-tfajla. Ghallmuha xi xoghlijiet li kellha taghmel biex tghin fil-hajja tal-villagg u hija grata lejhom li hallewha hajja kienet taqdi dawn ir-responsabiltajiet godda taghha bl-akbar reqqa.

Jum wiehed l-Ispanjoli attakkaw lit-tribu tal-Kwerindi u meta gharfu lil Maldonado qabduha u haduha maghhom fl-akkampament bil-forza.

Il-kaptan ta’ l-akkampament irrabja hafna li hija kienet naqset li tobdi l-ordnjiet tieghu. U biex jaghti ezempju biha ornda li tintrabat ma’ sigra u jhalluha hemm biex titikiel mill-annimali. Wara hafna jien, l-abitanti ta’ l-akkampament giethom hniena minnha u marru jaraw x’gara minnha. B’ghageb kbira taghhom sabu li kienet ghadha hajja marbuta mas-sigra. U aktar baqghu sorprizi meta saru jafu li kienet puma omm li hadet hsiebha igibilha l-ikel u tipprotegiha minn kull periklu  il-hin kollu.

 

© Copyright INHOBB NAQRA