Darba kien hemm ragel jismu Faraz jghix fil-belt ta’ Damasku gewwa s-Sirja. Kien haddiem biezel u kien igemma’ biex meta jieqaf mix-xoghol ikollu bizzejjed flus halli jghix minghajr tbatija. Bil-ghaqal tieghu kollu kien gemma’ somma gmielha flimkien ma’ xi deheb li kien wiret minghand zijuh. Dak li faddal kien isejjahlu “it-tezor tieghu.” Imma billi beza’ li xi hadd jidhol gewwa daru u jisraqulhu, ghamel f’mohhu li jahbi t-tezor tieghu taht sigra barra ‘l belt.Wara li ghaddew xi tlett gimghat beda’ jhoss in-nuqqas tieghu. Qal bejnu u bejn ruhu li kien jiehu gost li kieku minn zmien ghal iehor jiftah il-gwardarobba u jara l-kaxxa taz-tezor b’dak kollu li kien fiha. Ghalhekk huwa mar fil-post fejn hbieh biex jara li kollox kien sew. Imma b’ghageb kbir tieghu meta haffer l-art fejn kien hbieh, sab li dan it-tezor kien gheb. Xi hadd kien serqu. Imma min? Kif?
Il-ferh tieghu li jara t-tezor gheb u hass dieqa kbira. Ghand min seta’ jafda d-dwejjaq li hakmuh?
Jum wiehed jiltaqa’ ma’ ragel gharef fil-belt li kien ilu jinnota li grat xi haga kbira lil Faraz. Qallu: “Ili hafna narak imdejjaq Faraz u anke sahhtek donnha marret lura. Ma nafx xi gralek, u anqas ma naf dak li qed itaqqallek qalbek.”
Dak il-hin Faraz infaqa’ jikbi. “Gratli sfortuna kbira. Ghaddej minn niket kbir bhalissa. Jekk nghidlek xi grali ikun kollu ta’ xejn. F’din il-haga nahseb li ma tistax tkun ta’ ghajnuna ghalija.”
L-gharef qallu: “Jekk inti tistqarr mieghi dak li ghadda minn ghalik forsi, inkun nista’ nghinek…min jaf? Jekk tibqa’, pero’, izzomm kollox mistur gewwa fik tinfena’ u tista’ tmut bil-ghali.”
“Jidher li sew qed tghidli. Ara habib, kelli xi flus u deheb li jiena warrabt meta kont nahdem bit-tama li jservuni meta nirtira. Imma billi bzajt li setghu jisirquni, mort u hbejt kollox taht sigra. U meta wara xi zmien mort biex nara li kollox kien kif hallejtu jien, insib li t-tezor rabba’ s-saqajn.”
L-gharef wiegbu: “Tassew li jiddispjacini li ghidtli hekk. Ghandek problema kbira u wisq nibza’ li tkun haga difficli hafna biex tiehu lura t-tezor tieghek. Ghidli habib zgur Ii ma rak hadd meta kont qed tidfnu?”
“Naccertak,” wiegbu Faraz.
“Jew forsi xi hadd kien ghaddej jiem wara li ghamilt hekk, ra l-hamrija mqallba u thasseb li seta’ kien hemm xi haga taht l-art?”
“Kont attent hafna li ghattejt il-hofra bl-istess hamrija hekk tajjeb li hadd ma seta’ jghaddilu minn mohhu dak li kont naf jien biss bih,” qal Faraz.
“Kien hemm xi haga forsi xi bicca drapp jew xi haga ohra li tista’ tati hjiel minn seta’ kien hemm?”
“Xejn u xejn,” wiegeb Faraz b’vuci fgata.
L-gharef qallu mill-gdid: “ Jiena ma nistax nimmagina li ghandek xi ghadu li jridlek l-inkwiet.”
“Le, ma ghandix ghedewwa. U t-tezor kont naf jien biss bih.”
“Ara, habib nixtieq nghinek u ser naghmel minn kollox. Tini 10 ijiem halli nistudja sew l-incident. Gheluq iz-zmien niltaqghu hawn fl-istess post u fl-istess hin.”
Tul dan iz-zmien l-gharef studja c-cirkustanzi kollha u haseb fuq li haseb imma ma wasal ghal ebda konkluzzjoni. Iltaqa’ ma’ Faraz skont il-fethim u nfurmah li ma kellu ebda pjan jew soluzzjoni ghall-problema tieghu. “Nittama biss li jum wiehed b’xi mod jew iehor issib it-tezor tieghek.”
Dak il-hin inzerta ghaddej wiehed mignun mit-triq u filwaqt li sellmilhom qalilhom: “Gheziez sinjuri, x’inhu s-sigriet li fuqu qed titkellmu ras ma’ ras?”
L-gharef dar lejn Faraz u qallu: “Ejja nirrakontaw lil dan il-mignun il-kaz tieghek u naraw jekk jigix b’xi soluzzjoni.”
Faraz wiegbu li jekk huwa ma kellu ebda risposta wara 10 jiem ta’ studju kif jista’ wiehed jippretendi soluzzjoni minn nofs mohh li la jaf jekk hux filghodu jew filghaxija.
L-gharef qallu: “Ma tistax tghid. Kemm l-iblah u kemm l-gharef jistghu jkollhom xi idea. Xejn ma hu mitluf jekk nghidulhu?”
Sadanitant tfajjel innota l-imgieba tal-bniedem nofs mohh u resaq fuq it-tlett irgiel.
It-tfajjel meta sema’ dak li kien qed jinghad kellu pjan f’mohhu.
Taf x’seta’ kien?....................
Ahseb ftit…………………
Iz-zewgt ihbieb irrakontaw l-istorja lir-ragel ta’ mohhu fl-ajru. Wara li haseb ftit, il-mignun wiegeb b’dawn il-kelmiet: “Dak li ha gherq is-sigra biex juzah ghall-medicina, ha wkoll it-tezor.” U kompla fi triqtu.
It-tfajjel Ii kien prezenti ghal dan kollu staqsa xi kwalita’ ta’ sigra kienet li Faraz heba’ it-tezor tieghu tahta. Faraz wiegeb tag- “Giuggioli.” (sigra li taghmel il-frott jixbah lit-tamar) Imbaghad it-tfajjel kompla: “ Hija haga semplici hafna. Staqsi t-tobba kollha tal-belt isem il-pazjent li lilu taw biex juza bhala medicina l-gheruq tas-sigra tag- Giuggioli.”
Billi l-gharef kien midhla tat-tobba kollha tal-belt sar jaf li tabib kien ippreskrivha lil wiehed negozjant jismu Samander li kien isofri minn qtuh tan-nifs, medicina li wiehed seta’ biss jiksibha mill-gheruq tas-sigra tag- Giuggioli.
L-gharef sar jaf fejn kien joqghod Samander u meta dahal fid-dar tieghu sellimlu hekk: “ Sliem ghalik Samander u kull hajr li ergajt ksibt sahhtek. U minhabba f’hekk ghandek trodd lura dak li sibt taht is-sigra tag- Giuggioli ghaliex sid dak li sibt huwa l-propjetarju tas-sejba tieghek.”
In-negozjant minghajr tlaqliq wiegbu: “ Huwa veru li jiena sibt it-tezor u jinsab ghandi. Jekk tghidli kemm kien l-ammont jiena nroddlok kollox issa stess.”
U hekk Faraz kiseb mill-gdid it-tezor tieghu.
© Copyright INHOBB NAQRA