Sigra kbira b’zokk oxhon u hafna frieghi hergin ‘l hawn u ‘l hinn minnha kienet qed tikber fin-nofs ta’ art niexfa. Kienet ta’ konfort ghall-mijjiet u eluf ta’ vjaggaturi li kienu jsibu kenn tahta mis-shana tax-xemx. U billi kienet qrib erbat ibliet, is-sigra kienet punt fejn jiltaqghu l-vjaggaturi.

Jum wiehed zewg vjaggaturi waslu hdejn is-sigra wara li kien ilhom jimxu ghal zmien twil. Id-destinazzjoni taghhom kienet wahda mill-ibliet fil-qrib. Billi kien jum ta’ shana kbira, il-vjaggaturi kienu ferhana li sabu post ta’ kenn. Inxthetu tahta u ma damux ma raqdu, filwaqt li gawdew iz-ziffa helwa li kienet qed tonfoh mill-lvant.

Meta qamu hadhom il-guh u wiehed minnhom fittex fis-sigra biex jara jekk kienx fiha l-frott u meta ma sabx beda’ jishetha u jghidilha li ma kienet tajba ghal xejn hlief biex titqaccata u tintefa’ fil-forn.

Il-vjaggatur l-iehor talbu jiehu pacenzja, izda dan aktar beda’ jishet is-sigra u jghajjarha.

Is-sigra hadet ghaliha u qaltu: “Ja bniedem ingrat. Ma offrejtlikx kenn u dell mill-qilla tax-xemx? Li kieku ma kontx jiena inti bhalissa mejjet ghax meta wasalt hawn ma kienx ghad fadallek sahha u s-shana tax-xemx kienet teqirdek. Ghaliex qed tumiljani?”

Il-vjaggatur induna bl-izball tieghu u talab skuza.

Kun grat ghall-barkiet u grazzji li tircievi specjalment minghand Alla


 

© Copyright INHOBB NAQRA