Volpi li kien jghix gewwa foresta kien jara kif jaghmel u jikkaccja annimali dghajfa biex itaffi l-guh. Minhabba f’hekk annimali zghar kienu kontinwament jghixu fil-biza.

Ghodwa wahda fenek zghir kien qed jiekol xi haxix fil-foresta u dan il-volpi gie minn warajh u qabdu. Il-volpi qal: “Illum xortija tajba. Sibt fenek li zgur ser jaqtali l-guh kbir li ghandi.”

Meta sema’ dan il-kliem, il-fenek beza’ izda qal bejnu u bejn ruhu jekk nurih li qed nibza jiekolni, imma jekk jirnexxilli nuza mohhi ghandi cans insalva.

Il-fenek qal b'vuci kalma, "Isma’, volpi, jekk tiekol lili, tkun fil-periklu. Jiena l-messaġġier tar-Re Iljun. Huwa fdali bicca xoghol ta’ responsabilita’ kbira. Jekk tiekol lili, l-iljun ma jhallikx kwiet u jibqa’ jfittxek sa ma jsibek u jieklok hu."

Meta sema’ dan il-klem il-volpi qal lill-fenek: “Jaqaw trid tbezzghani?”

Il-fenek wiegbu:” Anqas xejn. Ejja halli nurik l-ghar fejn qed l-iljun?”

Ghalkemm il-volpi ma emminx il-fenek kompletament, il-kurzita’ ghelbitu u mar mal-fenek.

L-ghar kien post tal-biza’, is-sigar ta’ quddiemu kienu jghattu d-dawl tax-xemx u jitfghu dalma kbir gewwa l-ghar u l-blat imdendel mis-saqaf kien ikexkxek malli tifta’ biss harstek ‘l gewwa.

“Taghmilx hsejjes u anqas tipprova tidhol gewwa, ghax jekk l-iljun iqum tispicca priza tieghu,” widdbu l-fenek.

Il-volpi qaghad fid-dahla ta’ l-ghar u l-hsejjes tar-rih hasibhom l-inhir ta’ l-iljun.

Sakemm il-volpi qaghad jezamina dak li kien qed jara, il-fenek mar hdejn blata kbira u mbuttaha. Din irrumblat u laqghtet lill-volpi u dan harab ‘l boghod jinghi bl-ugigh. U tant gera li anqas biss hares lura ghax haseb li l-iljun kien qed jigri warajh.

Il-fenek imbagħad dahal fil-bokka tal-grotta u qal bi tbissima,

"Ma jiswa’ xejn kemm wiehed ikun b’sahhtu. Wiehed qatt ma jista’ jirbah dejjem. Uza l-intelligenza tieghek biex tehles minn perikli kbar.”

Mejju2026

 

© Copyright INHOBB NAQRA