it-tieni parti
“ Kellu bzonn Satana ma jbezzghax lil dik it-tifla innocenti,” qal Offero f’qalbu. Imma anqas lahaq ghaddielu l-hsieb kollu minn mohhu li ma hassx nifs ta’ biza’ madwaru.
Ma kienx il- biza’ tat-tifla izda ta’ Satana u shabu. Offero hataf lix-Xitan minn spalltu b’dawk idejh kbar u qallu: “Isma’ inti min xhiex qed tibza’?”
U x-xitan qallu: “ Minn dak, is-salib, is-salib ta’ Kristu li huwa ghadu tieghi.”
“Mela jidher li dan Kristu huwa akbar minnek biex inti tibza’ minnu jew mis-salib tieghu.”
“Hallini, erhi idejh minn fuq spallti,” werzaq ix-xitan bil-biza’.
Offero nehha idejh minn fuq spallet ix-xitan. “Itlaq u tergax tigi hawn,” ikkmanda lil Offero.
JFITTEX LIL KRISTU SULTAN.
It-tifla ckejkna baqghet tilghab taht is-salib minghajr ma tat kaz li l-ggant Offero kien hdejha. “Il-jum it-tajjeb, ghaziza ckejkna,” sellmilha Offero, “ tista’ turini t-triq li tiehdok lejn Kristu s-Sultan.”
“Trid tistaqsi lil eremita,” wegbitu t-tifla, “ Huwa jafha sew it-triq. Pero’ it-trejqa li twasslek ghal ghandu hija ferm iebsa.”
“Grazzi,” qalilha Offero, “ it-triq ma tbezzghanix, jekk tista’ jghidli kif insib lil dan l-akbar re.”
It-tifla urietu b’subghajha id-direzzjoni. Offero dam il-jum kollu jterraq ghax tassew it-triq kienet iebsa u twila. U wasal meta ghoddha kienet waslet biex tinzel ix-xemx ghajjien mejjet hdejn l-gharix ta’ l-eremita fuq l-gholja tal-muntanja. L-eremita kien ser jibda’ jiekol ic-cena u meta rah waqaf u sellimlu u stiednu jaqsam mieghu l-ikel li kien hejja ghalih. Waqt l-ikel Offero qal lil eremita bil-hsieb tieghu li kien lest li jivvjaga kemm kien jehtieg basta jsib u jaqdi l-aqwa sultan li ma kien jibza’ minn hadd. “Idejja u dirghajja ghandhom sahha kbira u lest li niggieled ghalih u niffendih,” qallu Offero biex aktar ihajjar lil eremita jurih fejn kien joqghod dan ir-re.
L-eremita tbissem. Qallu: “ Biex issib lil Kristu, l-ewwel trid isservih u biex isservih ma jkollokx bzonn li toqtol lill-bnedmin bhalek, izda biss li tghinhom.”
L-eremita tah d’daqqa t’ghajn minn fuq sa isfel u ra li Offero kellu dirghajh wesghin u ta’ sahha kbira. “Jidher li spallejk u dirghajk jifilhu hafna.”
“Tassew li jifilhu,” qal Offero u huwa minhabba fihom li jiena jisimni Offero li jfisser dak li jgorr.”
Qallu l-eremita: “ Mela Offero ghaliex ma tuzax spallejk u dirghajk biex isseri lil Kristu? Ftit ‘l boghod minn hawn hemm xmara li ghandha kurrent kbir u hafna vjaggaturi jehtigilhom li jaqsmuha biex ikomplu triqthom. Dawk li huma b’sahhithom jirnexilhom u dawk li huma dghajfa jsibu ruhhom imkaxkra mal-kurrent.”
Offero imbaghad qal lil eremita: “ Ma hemm xejn x’jzommni li nghinhom jaqsmu ghan-naha l-ohra. Imma kif ser insib lil dan ir-re?”
“Ma jkollikx htiega li tfitxxu, ghax jekk taqdih sew ikun Hu li jigi ghandek, “ qallu l-eremita.”
IX-XMARA QALILA
L-ghada filghodu, Offero u l-eremita telqu flimkien lejn ix-xmara. Bilkemm lahqu waslu hdejn ix-xmara li xi vjaggaturi bdew jghajtulhom biex ma jersqux lejn dawk in-nahat ghax il-kurrent qawwi ta’ l-ilma jgorrhom u jegherqu.
“Le, le,” qalilhom l-eremita filwaqt li xengel tnejn rasu, “ejjew u taraw kemm ghandi bniedem li kapaci johodkom in-naha l-ohra tax-xatt tax-xmara minghajr periklu. Kien veru dak li qalu l-vjaggaturi: l-ilma tax-xmara kien ihabbat bil-qawwa max-xatt taghha bil-mewg abjad u kollu rawgha jitkisser mal-blat.
Offero qaccat fergha hoxna ta’ sigra biex iservih bhala bastun u bih ihoss il-qieh tax-xmara halli waqt li jkun ghaddej mill-ilmijiet, jpoggi saqajh fis-sod. L-ilmijet tax-xmara qatt ma lahqu aktar minn sider il-ggant billi Offero kien bnieden twil u s-sahha ta’ l-ilmijiet qatt ma waqqghuh jew gibduh maghhom ghax kien persuna ta’ sahha eccezzjonali.
L-ewwel persuna li Offero ha lejn in-naha l-ohra tax-xatt kien l-eremita li rikeb fuq spallejh wiesgha; mill-gdid Offero rega’ gabu lura qawwi u shih. “Bravu, bravu,” bdiet tghajjat il-folla. U Offero beda’ jgorr wiehed wiehed lil dawk li xtaqu jaqsmu x-xmara biex ikomplu l-vjagg taghhom. Hekk Offero beda’ jservi lir-Re il-Kbir li huwa qatt ma ra.
Dan kien jaghmlu lejl u nhar u biex ikun ta’ qadi lejn dawk fil-bzonn minghajr dewmien bena’ gharix fuq xatt ix-xmara. Huwa kien jaqdi lil kullhadd, sija jekk kienu foqra jew sinjuri, kbar jew zghar.
Dan ix-xoghol kien jaghmlu ta’ kuljum, izda fil-qalb tieghu dejjem kien hemm ix-xewqa li jiltaqa’ ma’ dan ir-Re Kbir. Dejjem kien jahseb fuq dak li qallu l-eremita li jkun ir-Re li jigi jfittxu.
Tant kienet kbira x-xewqa tieghu li mhux l-ewwel darba li kienet jiftah il-bieb ta’ l-gharix tieghu f’nofs ta’ lejl ghax ikun haseb li habbat xi hadd. Imma kien isib li jew kien ir-rih jew xi pellegrin li ried jaqsam ix-xmara.
FL-AHHAR……….
Lejla wahda meta l-maltemp kien fl-aqwa tieghu u x-xmara kienet imqallba sew, Offero qam ghax sema’ hoss li kien zgur li ma kienx il-maltemp il-kawza tieghu. “Xi hadd habbat, xi hadd habbat,” qal bejnu u bejn ruhu. “ Jew qed nohlom, Zgur li ebda pellegrin ma kien ser jigi issa biex jaqsam ix-xmara u anqas ma kien gej is-Sultan li ma jibza’ minn hadd f’lejla ta’ qilla bhal din.”
Offero ma qaghadx jitnikker. Qam mis-sodda, xeghel il-lanterna u fetah il-bieb berah. U hem fuq l-ghatba kien hemm verament pellegrin, pellegrin mhux tas-soltu – tfajjel zghir b’mantel ghasra, iqattar l-ilma, fuq spalltu.
Il-ggant hatfu minn idu u dahhlu gewwa. “Povru tfajjel, idhol gewwa u stkenn mill-maltemp. Hawn halli nixghel in-nar u oqghod hdejh halli tishon.”
“Le, le, twajjeb ggant,” talab it-tfajjel, ma nistghax noqghod. Issa stess jehtiegli li naqsam ix-xmara ghan-naha l-ohra. Ghad-daqs tieghi li jiena zghir, ix-xmara hija fonda u perikoluza. Nitolbok hudni n-naha l-ohra. Inti b’sahhtek hafna.”
Offero ma qaghadx jistenna karba ohra mit-tfajjel. Ha l-bastun, tella’ it-tfajjel fuq spallejh u filwaqt li qallu biex izomm sew ma rasu nizzel saqajh fl-ilma tax-xmara li dak il-hin kien ghaddej b’kurrent qawwi. Il-mewg beda’ jtajjar l-ilma ma’ wiccu u ghajnejh ghal xi mumenti ma baqghux jaraw aktar. Il-qiegh tax-xmara kien aktar fond mis-soltu. Biex taghqad it-tfajjel li meta refghu fuq spallejh kien hafif daqs rixa, issa beda’ jitqal b’daqqa wahda u sar tqil qisu wiehed ragel. Spallejn il-ggant bdew joghtru taht dak il-piz.
Il-mewg beda’ jhabbat ma’ wiccu u kwazi kien ghoddu hallih bla nifs. L-ilmijiet qawwija tax-xmara bdew jeghlbuh, imma hu baqa’ jzomm shih bis-sahha tal-bastun. U minkejja li ghamel dan, ra li ma setax jkompli sejjer. It-tfajjel kien tqil qisu muntanija. Idejh u saqajh ma bediex ihosshom aktar, ittarxulhu u sahhtu dehret li spiccat. Ra bhal dalma quddiemu u l-ilma ghattielhu rasu.
Imma mimli kuragg, Offero, iddritta u gholla lit-tfajjel fuq ir-rawgha tal-mewg. Fl-ahhar wara hafna tahbit, Offero wassal lit-tifel fuq in-naha l-ohra tax-xatt. “Issa tinsab tajjeb, ghaziz tfajjel?, staqsieh Offero.
“Iva, hafna. Grazzi ghall-kura kbira li biha inti hadt hsiebi. Ghaliex inti qdejtni tajjeb hafna u b’kuragg kbir billi garrejt lili u t-toqol tieghi minn naha ghal ohra tax-xmara.”
“Ma rajt ebda toqol,” qallu Offero, “ Hassejtu iva.” U kif kien jitkellem, is-sema iddawwal u t-tempesta waqfet u x-xmara kkalmat.
“It-toqol tieghi, qal it-tfajjel,” huwa l-akbar toqol li qatt il-bniedem garr. Ghaliex jiena hadt fuq spallejja id-dnubiet kollha tad-dinja.”
Offero baqa’ miblugh b’dak li kien qed jisma’ u jara. Quddiemu ma baqghax jara tfajjel, izda persuna rjali, serena u rebbieha b’raggiera ta’dawl madwar rasu.
“Jiena Kristu Sultan, ir-re li inti qdejt. U billi inti servejtni fedelment, inti ma jibqghax jismek Offero, ir-reffiegh, imma Krist-Offero, jigifieri dak li jgorr lil Gesu’. Il-bnedmin kollha jkunu xiehda li inti qaddej kuraggjuz u leali.”
Il-ggant nizel gharkubtejh u ma setghax jitkellem daqs kemm kien kommoss, imma ghajnejh qalu dak li ried jghid b’fommu. Lemah lis-Sultan tieghu jdur u jimxi lejn l-gholjiet lejn tlugh ix-xemx.
Issa kien kuntent u qata’ xewqtu. Kien il-qaddej fidil ta’ Kristu Sultan li ma kien jibza’ minn hadd u minn xejn.
Offero, it-twajjeb ggant u qaddej leali ta’ Kristu , sar il-ggant San Kristoforu li ahna nsejhu fi zminijietna bhala patrun tal-vjaggaturi biex iharisna minn kull periklu li nhabbtu wiccna fil-vjaggi taghna.
© Copyright INHOBB NAQRA