l-ewwel parti

Qalb l-gholjiet tal-Lvant, gewwa villagg zghir kien jghix ggant ta’ qalb tajba jismu Offero. Ghalkemm kien erba’ darbiet twil u daqshekk iehor wiesgha aktar mit-tfal l-ohra, ma kienx ihossu li huwa superjuri ghalihom. Kien jilghab maghhom daqslikieku kien bhalhom. L-ors taghhom kien meta kien jghabbihom fuq darhu, u min minnhom kellu l-hila jitla’ l-aktar fil-gholi.

Darba filghaxija meta Offero hassu ghajjien minn dan il-loghob, inxtehet minn tulu fuq il-haxix biex jistrieh. Bhalu ghamlu t-tfal shabu l-ohra. Bdew jitkellmu fuq kemm kienu ser ikunu nies kbar meta jsiru rgiel.

“Jiena nsir rghaj, niehu hsieb il-merhliet,” qal wiehed minnhom,” u nghaddi hafna hin fuq l-gholjiet ghal l-arja friska u nadifa taghhom.”

Iehor qal: “U jiena inkun barbier bhal missieri.”

Inkwantu ghalija, jiena naqbad it-triq ta’ bejjiegh ta’ l-imbid,” qal it-tielet wiehed.

Imma Offero baqa’ sieket. “U inti ma tghid xejn, Offero?” staqsew it-tfal.

“Jiena ser inservi lil akbar re tad-dinja,” qalilhom.

“U kif ser tkun taf min hu l-akbar re tad-dinja?”

“Jiena nterraq madwar id-dinja sa ma nsibu u nkun naf li hu l-akbar re ghax ma jkun jibza’ minn hadd,” qalilhom Offero.

IMUR IFITTEX LIL AKBAR RE

Meta kiber u sar zaghzugh, Offero halla rahal twelidu biex imur ifittex lil dan ir-re. Ghal xhur shah mexa’ u mexa’ minn palazz ghal iehor. Iltaqa’ ma’ bosta rejiet u l-paggi taghhom, imma hadd minnhom ma kien dak li kien qed ifittex. Induna li kienet kemm kienet kbira s-saltna taghhom, ilkoll kienu jibzghu minn xi re iehor li kellu aktar suldati u xwieni milli kellhom huma.

Imma kif jghid il-proverbju, fittex u ssib. Offero wara sena u jum li kien ilu jfittex iltaqa’ ma’ re li rejiet ohra kienu jibzghu minnu. Qalbu habbtet bil-ferh. “Fl-ahhar sibt l-aqwa re,” haseb Offero. Induna li meta kienet tissemma l-gwerra r-re ma kienx jibza’ u jidhol f’xoqortu bhal l-ohrajn, anzi kien jgholli rasu bhallikieku hawn jiena nikkmanda.

Offero dahal quddiemu, inkina ma’ l-art u qallu: “ Hawn hu O re, il-qaddejj tieghek.” Ferah ir-re ghaliex bejnu u bejn ruhu qal li bi ggant bhal dak, ismu jsir aktar terribbli.

“ Qum Offero, ir-re jaccetta s-servizz tieghek,” qallu r-re. “ Fil-battalji inti timxi quddiem nett u fil-paci inti toqghod wara t-tronn taghna.”

Meta Offero kien jimmarcja quddiem nett fl-armata tar-re, il-gwerrer kienu jieqfu. Ghaliex meta l-ghadu kien jara bniedem kbir bhal dak kien jahrab. Ghalhekk ftit kien hemm x’jaghmel hlief li joqghod wara t-tronn tar-re fis-sala rjali, li xi kultant l-ambjent taghha kien tedjuz ghall-ggant hekk kbir bhalma kien Offero.

Meta Offero kien jahbat ser jiddejjaq kien ifakkar lilu nnifsu li hu kien fis-servizz ta’ l-awqa re tad-dinja. U ftit wara kien ihossu onorat bhalma suppost kien ikun qaddejj tar-re.

Lejla wahda hekk kif Offero kien qieghed bilwieqfa wara t-tron tar-re, dahal muzicista biex idoqq il-mandolina quddiem ir-re.

Kanta fuq il-gwerrer, il-perikli u kull dieqa ohra.

Offero ra li r-re kien pjuttost nervuz ghal dan il-kant ta’ dieqa. Imma meta r-re sema’ lill-muzicista jkanta kemm ix-xitan kien jobghod lill-bniedem, rah jaghmel sinjal tas-salib fuq mohhu u jibza’.

Meta l-kant intemm u l-qaddejja rtiraw fil-kmamar taghhom biex jorqdu, Offero nizel gharkubtejh quddiem ir-re u qallu: “ Ghaliex meta l-muzicista semma lix-xitan bzjat, inti li ma tibza’ minn hadd?”

Ir-re tbissem bid-dieqa u wiegbu: “ Offero, anke l-akbar re tad-dinja jibza’ mix-xitan. Ghaliex ix-xitan ghandu qawwa aktar mill-aktar sultan qawwi tad-dinja; imma madankollu jibza’ u jitrieghed quddiem is-sinjal tas-salib. Kun af li s-sinjal tas-salib biss jista’ isalvana.”

Offero qam b’salt u qal lir-re: “ Allura inti ma intix l-aqwa re. Sahha ser immur inservi lir-re Xitan li inti tibza’ minnu.”

U bhar-riefnu qawwi harab u gheb minn quddiem ir-re.

IMUR IFITTEX LIS-SULTAN XITAN

Il-lejl kien wiehed tal-biza’, b’xita niezla bla ma tieqaf u raghad u sajjetti ifaqqghu kontinwament. U meta sebah, Offero sab ruhu fi triq wiesgha u sabieha mimlija nies ilkoll nezlin’l isfel.

“Hoi, hemmhekk,” ghajjat Offero,” Jista’ xi hadd jghidli liema hija t-triq li tiehu ghar-re Xitan?”

“Ejja warajna,” ghajjat dak ta’ quddiem,” Ahna lkoll ghal hemm.”

Offero hassu kuntent li kien miexi wara dawk in-nies li hallew rejiet ohra biex iservu lir-re Xitan.”

It-triq nizlet aktar ‘l isfel u aktar ma kienu jinzlu ‘l-isfel aktar in-nies kienu jidhru ferhana ghaliex hlief jizfnu ma kienux. Anke Offero beda’ jaghmel bhalhom.

F’daqqa wahda kien hemm tweziqa kbira.  Minn dak il-ferh kollu, l-ghajjat ta’ festa tan-nies imbidel fi twerzieq. Offero waqaf miblugh. Quddiemu t-triq infethet u belghet lil dawk imsejkna go ghar mimli duhhan.

It-werziq kull ma jmur beda’ jintefa’ u jinstema fil-boghod sakemm fl-ahhar instemghet dahqa mahnuqa.

“Tassew re krudil dan ix-Xitan. Imma jiena rrid li nservi l-akbar re. Jehtiegli li nibqa’ miexi ‘l quddiem. U Offero ghamel l-ewwel pass fid-dahla ta’ l-ghar. Dahna sewda kienet ghoddha fgatu u kif ghebet ra quddiem gejja figura kerha, inkurunata bil-fjammi tan-nar. Offero ghamel inkin.

“Rekluta gustuz,” ghajjat ix-Xitan Re. “ Bniedem bhal dan iservina meta mmorru nigru fid-dinja,” qal lil shabu. Satana, ix-xitan re, ghax hekk bdew isejhulu shabu ghamillu sinjal biex jersaq ‘l quddiem u jimxi warajh. Waqt il-vjagg taghhom fil-profondita’ ta’ l-ghar, Offero seta’ jara bosta nies ta’ diversi klassijiet. Sinjuri, foqra, zghar u kbar, ilkoll jitwerwru meta x-Xitan re jghaddi minn quddiemhom.

 

© Copyright INHOBB NAQRA