Darba wahda kien hemm bidwi li kellu tlett itfal. L-ewwel tnejn kienu jmorru mieghu fl-ghelieqi u fil-foresta u jghinuh fix-xoghol tieghu filwaqt li z-zghir kien jibqa’ id-dar ma’ ommu jghinha fix-xoghol taghha. Hutu ma kienux igibuh fuq hekk  u kull meta kien ikollhom cans kienu jittrattawh hazin.

Fl-ahhar mietu l-missier u l-omm; u l-ulied qasmu l-propjeta’ bejniethom. Kif wiehed jista’ jissoponi z-zewgt ahwa l-kbar hadu dak kollu li kien jiswa’ il-flus filwaqt li lil huhom iz-zghir ma hallewlu xejn ghajr, banju ta’ l-injam imxaqqaq li kien jintuza ghal ghagna tat-tqiq u li hutu hasbu li ma kellu ebda valur.

“Il-banju ta’ l-ghagin huwa adattat ghal huna,” qal wiehed mill-ahwa,” ghaliex dejjem isajjar u jahsel.”

Iz-zghir ma seta’ jaghmel xejn kontra hutu u ra li kien ghalxejn li joqghod id-dar. Ghaldaqstant sellem lil hutu u mar ifittex xortih band’ohra. Meta wasal hdejn ix-xatt tax-xmara l-banju ta’ l-ghagina ghamlu dghajsa wara li sadd ix-xquq bil-gomma tas-sigar. Sab zewg bicciet injam u uzhom bhala mqadef.

Meta qasam ix-xmara sab ruhu quddiem palazz kbir u talab biex ikellem ir-re. Ir-re staqsieh ghaliex gie fis-saltna tieghu.

“Jiena bniedem fqir u kull ma ghandi hu l-banju fejn nghagen l-hobz. Gejt hawn infittex ix-xoghol.”

Ir-re dahaq meta sema’ dan.

“Tassew li ma writ xejn, izda l-fortuna tista’ igiblek hafna tibdiliet f’hajtek,” wiegbu r-re.

Huwa zammu fil-palazz bhala wiehed mill-qaddejja tieghu u sar maghruf ghal kuragg u l-onesta’ tieghu.

Issa r-re kellu tifla wahda u billi kienet sabieha hafna, kulhadd kien jitkellem fuqha fir-renju ta’ missierha, sahansitra hafna kienu jigu mill-boghod biex jizzewguha. Hija kienet tirrifjuta lil kulhadd u tghidilhom li hija tkun mart dik il-persuna li jgibilha erba’ oggetti ta’ valur li jappartienu lill-ggant li kien jghixu fuq in-naha l-ohra tax-xmara. Dawn kienu xabla tad-deheb, tlett tigigiet tad-deheb, lanterna tad-deheb u arpa tad-deheb. Hafna princpijiet u suldati ta’ qlubija kbira ppruvaw jakkwistaw dawn it-tezori, izda hadd minnhom ma rega’ lura ghaliex il-ggant kien jaqbadom u jiekolhom. Ir- re kien inkwetat hafna ghaliex qal bejn u bejn ruhu li t-tifla tieghu qatt ma kienet ser tizzewweg u allura ma kienx ikollu eredi ghas-saltna.

Jum wiehed iz-zaghzugh taghna mar quddiem ir-re u qallu li jixtieq li jipprova jgib lit-tifla tieghu dak li xtaqet. Meta r-re sema’ b’dan inkorla hafna ghaliex qallu: “ Huwa dak li ma ghamlux gwerriera qablek tista taghmlu inti, inti li int semplici qaddej?”

Iz-zaghzugh ma qatax qalbu u talab lir-re biex ihallih imur. Wara hafna nsistenza, ir-re tah il-permess. Qallu, “  Inti titlef hajtek u nsewwed qalbi li inkun tliftek.” 

U z-zaghzugh telaq ghal avventura.

Huwa telaq lejn xatt ix-xmara sab il-banju ta’ l-ghagna u qasam bih ix-xmara. Minn hemm wasal fejn id-dar tal-ggant, inheba’ kif seta u qaghad hemm il-lejl kollu.

Meta sebah il-ggant dahal fil-matmura fejn beda’ jidres il-qamh. Mieghu kellu x-xabla tad-deheb, xabla specjali li meta l-ggant ikun irrabjat din taghmel il-hsejjes. Qabel ma xxabbat ghal fuq is-saqaf tal-matmura huwa gabar xi gebel u poggihom fil-horga. Fis-saqaf huwa  ghamel tobqa zghir minn fejn kien jista’ jara dak kollu li kien qed jaghmel il-ggant. Waqt li l-ggant kien aljenat jidres il-qamh, iz-zghzugh tefa’ gebla biex jolqot ix-xabla. Ix-xabla ghamlet xi hsejjes.

“Ghalfejn qed taghmel il-hsejjes?,” qalilha l-ggant, “ jiena ma nhiex irrabjat.” U kompla jidres imma x-xabla regghet ghamlet mill-gdid xi hsejjes u ghat-tielet darba wkoll. Il-ggant irrabja u qabad ix-xabla u rmieha l’ barra mill-matmura.

“Oqghod hemm sa ma nispicca,” qalilha kollu imfantas.

Hawn iz-zaghzugh ra li gieh ic-cans, nizel minn fuq is-saqaf, hataf ix-xabla u gera’ lejn id-dghajsa biex biha jaqsam lejn ix-xmara. Meta wasal hbieha u kien ferhan ser itir ghax kien rebha l-ewwel problema.

L-ghada mela’ il-horga bil-qamh, u spag u irhielha lejn id-dar tal-ggant. Ma damx wisq mohbi li ma rahx it-tigieg li jbidu l-bajd tad-deheb. Meta kienu qrib tieghu huwa beda’ jxerred il-qamh u bil-mod il-mod beda’ jressaqhom lejn xatt ix-xmara u jwassalhom lejn id-dghajsa. Meta ra li dahlu god-dghajsa qabez go fiha, rabtilhom saqajhom bl-ispag u qadef kemm felah lejn in-naha l-ohra tax-xatt. 

Fit-tielet jum huwa pogga  ghoqda melh fil-barzakka tieghu u ghal wahda pogga ghaxra, u ghal darb’ohra qasam ix-xmara. Hekk kif qorob il-lejl huwa lemah xi duhhan hiereg mic-cumnija tad-dar tal-ggant u kkonkluda li hemm, kien hemm mart il-ggant thejjilhu ic-cena. Tela’ fuq is-saqaf u ttawwal mit-toqba li minnha kien hiereg id-duhhan. Lemah kardarun kbir bil-haxix isir fuq in-nar. Hareg l-ghoqiedi tal-melh u tefaghhom wahda wahda mit-toqba dritt ghal gol-kaladrun. Wara li temm jaghmel dan mar jistahba u jistenna biex jara x’sejjer jigri.

Mart il-ggant ferret il-minestra fil-platt u qeghditu quddiem zewgha u billi dan kellu guh ghama intefa’ fuq il-platt, izda bil-kemm lahaq daqq l-ewwel mgharfa li ma bezaqx kollox barra. 

“Mara ghoddu hanaqni.”

“Imma inti kellek bzonn thallih jibred.”

“Le mhux hekk, ridt infisser…mielah ghal ahhar. Ma jistax ikun izjed.”

Meta daqietu ma kienx hemm x’taghmel hlief taqbel ma zewgha. Qatt f’hajjitha ma daqet minestra hazina bhal dik.

Kellha terga taghmel kollox mill-gdid. Hadet barmil biex timlieh ilma mill-bir u maghha garret il-lanterna tad-deheb biex tara timxi fil-bitha. Waslet hdejn il-bir, poggiet il-lanterna mal-gemb u tbaxxiet biex timla’ l-ilma. Iz-zaghzugh ra li issa jew qatt, ma kellu c-cans li jahtafha taht idejh; mar ghal fuqha, imbuttaha u din waqghet fil-bir. Hataf il-lanterna u gera’ biha kemm jiflah lejn ix-xatt biex jasal bla dewmien in-naha l-ohra.

Zewgha dam hafna jistennieha u meta mar ifittxha ma setax isib ebda hjiel taghha, sakemm fl-ahhar sema’ xi cafcif fl-ilma u nduna li kienet waqghet fil-bir. Hadem hafna biex johrogha mill-bir ta’ l-ilma, izda fl-ahhar irnexxilhu. 

“Fejn qieghda il-lanterna tad-deheb?” kienet l-ewwel haga li staqsa zewgha.

“Ma nafx, xi hadd gie, u, imbuttani fil-bir. Dak li niftakar.”

Il-ggant kien irrabjat hafna. “Tlett tezori ghebu u issa fadalli biss l-arpa tad-deheb. Imma hu min hu l-halliel ma jirnexxilux jisraqhieli ghaliex naqfilha f’armarju li ghandu tnax-il sokra.”

Waqt li kienu qed isehhu dawn il-hwejjeg gewwa id-dar  tal-ggant, iz-zaghzugh kien jinsab fuq in-naha l-ohra tax-xatt jifrah b’dak li kien diga’ wettaq u l-akkwist li kien ghamel.

Imma l-akbar bicca xoghol ta’ ugigh ta’ ras kienet ghadha gejja u ghal zmien twil kienu ilu jahseb kif ser jahtaf l-arpa. Fl-ahhar iddecieda jasal wasla sad-dar tal-ggant u jara jekk il-fortuna tkunx fuq in-naha tieghu.

Ma qaghadx jahsibha wisq. Wasal fuq ix-xatt tax-xmara, qabad id-dghajsa u qadef lejn in-naha tal-ggant. Nizel u mar jinheba’, imma l-ggant li kien ghassa l-hin kollu biex jara jaqbadx il-halliel rah. Gera’ lejh b’ rabja fuqu liema bhala u qallu filwaqt li zammu sew taht idejh biex ma jahrabx: “Issa qbadtek ja minghul. Kont inti li sraqtli x-xabla, it-tlett tigigiet tad-deheb u l-lanterna tad-deheb.”

Iz-zaghzugh issa ma baqghax juri aktar arja, beza’ ghax fehem li dik kien l-ahhar siegha tieghu.

“Ehlisli ‘l hajti, missier,” talbu kollu umilta’, “ u ma nigi qatt aktar hawn.”

“Le,” irrisponda il-ggant, “ naghmel mieghek bhalma ghamilt lil ohrajn. Minn idejja hadd ma jibqa’ haj.”

Tefa’ liz-zaghzugh f’maqjel u kien jitimghu lews u halib biex jihxien u jkun fih ikla.

Iz-zaghzugh kien issa prugunier tal-ggant. Wara xi zmien, il-ggant ried jara jekk iz-zaghzugh kienx smien biex jieklu. Ghaldaqstant mar hdejn il-maqjel ghamel toqba zghira fil-hajt u ordna liz-zaghzugh biex johrog subghajh. Iz-zaghzugh fehem l-iskop tal-ggant u flok subghajh hariglu zokk irqieq ta’ sigra. Il-ggant ikkonkluda li l-prugunier tieghu ghadu irqieq u niexef u ghalhekk gablu aktar halib u lewz.

Ghadda xi zmien u l-ggant mar hdejn il-maqjel u ordna liz-zaghzugh johrog subjagh minn tobqa fil-hajt. Iz-zaghzugh hareg zokk ta’ kabocca u meta l-ggant hassu, ra li kien smien u tajjeb ghal ikel.

L-ghada filghodu l-ggant ordna lil martu: “ Iz-zaghzugh tajjeb ghal qatla. Mur aqbdu u sajru fil-forn sakemm jiena mmur u nistieden li shabi ghall-festa.”

Martu ghamlet kif qalilha, sahhnet il-forn u marret iggib liz-zaghzugh. 

“Bilqieghda fuq il-pala,” ordnat il-mara. Imma kull darba li martu tgholli l-pala iz-zaghzugh kien jaqa’. Ippruvat bosta drabi u kien kollu ta’ xejn. Il-mara tal-ggant canfritu li kien bla hila biz-zaghzugh jirrispondiha li ma kienx jaf kif ghandu joqghod bil-qieghda fuq il-pala.

“Ara hares lejja halli nurik kif,” qaltlu l-mara.

Il-mara qaghdet bil-qieghda fuq il-pala, ghawget darha u tellghet irkubtejha ma’ geddumha. Malli ra hekk, iz-zaghzugh gholla l-pala u l-mara tal-ggant izzerzqet helu helu fil-forn. Imbaghad ha l-kowt tal-mara, imlieh bit-tiben u poggieh fuq is-sodda biex taparsi, lestiet minn dak li qalilha zewgha u issa qed tistrieh.

Sab ic-cwievet tal-ggant u bihom fetha it-tnax il-serratura, hataf l-arpa u b’girja wahda tar lejn id-dghajsa li kien heba qalb il-haxix fuq ix-xatt tax-xmara.

Il-ggant ma damx wisq ma wasal.

“Fejn tista’ tkun marti,” qal bejnu u bejn ruhu:

 “ Forsi qed tistrieh xi ftit. Hemm araha, kif hsibt.”

Hallieha tistrieh minghajr ma qajjimha, imma meta ra li damet rieqda u shabu waslu biex jigu, resaq hdejha u qalilha: “ Qum isa.”

Imma  meta ra li martu ma ghamlet ebda caqlieqa biex tqum, intilef f’rabja kbira x’hin lemah li dik li kien hemm fis-sodda kien il-kowt taghha bi ftit tiben imgezwer go fiha.

Gera’ fejn kellu merfugha l-arpa tad-deheb u sab li c-cvievet kienu ghosfru, it-tnax-il serratura kienu miftuha u l-arpa nieqsa. Mar lejn l-forn biex jara jekk il-laham kienx sar u meta jiftah il-bieba jsib lil martu titbissimlu.

Il-ggant gera lejn xatt ix-xmara u hemm jilmah liz-zaghzugh li tant gablu nkwiet, idoqq l-arpa fuq id-dghajsa.

Il-ggant qabez fl-ilma imma ghalih kien hemm fond wisq. Beda’ jixrob hafna ilma bit-tama li x-xmara issir aktar baxxa. Aktar ma beda’ jixrob aktar id-dghajsa bdiet toqrob lejh u meta wasal biex imidd idu fuqha u jahtaf liz-zaghzugh, zaqqu nfaqet bl-ilma li kien xorob.

U l-ggant sab tmiemu fuq xatt ix-xmara. Meta wasal id-dar, libes l-ahjar ilbies li kellu, libes ix-xabla tad-deheb, zamm f’id wahda l-arpa u fl-ohra il-lanterna tad-deheb filwaqt li mexxa’ it-tigieg tad-deheb quddiemu.

Meta dahal qudiem ir-re pogga quddiemu r-rigali li s-sultan xtaq li jakkwista minghand il-ggant. Ir-re ferah hafna u zamm kelmtu maz-zaghzugh.

Meta ir-re miet, iz-zaghzugh lahaq floku u flimkien mal-principessa mexxew ir-renju li halla missierha bhala wirt lil bintu.


 

© Copyright INHOBB NAQRA