
Cawlun kien kuntent jghix gewwa sigra fil-qalba tal-foresta. Hemm hadd ma kien itih fastidju u anqas ma kienu jigu kaccaturi biex jisparawlu. Il-kaccaturi kienu jibzghu jidhlu fil-foresta ghax annimali selvaggi kienu jghixu hemm mohbija qalb il-haxix u fl-gherien u meta kien jersaq il-bniedem kienu jaghmlu ghalih.
Bis-sahha taghhom ic-cawlun kien jghix f’sigurta’ perfetta. Imma wasal iz-zmien li jhalli dik l-art ghax dahal l-istagun tal-kesha, mieghu gab bard, xita u rih. Il-jum ta’ qabel kien tant rih li tajjarlu l-bejta u issa ic-cawlun ried jew ma riedx kellu jhalli s-sigra fejn kien jghix.
Waqt il-vjagg ghadda minn fuq il-bahar u meta kien isib l-art kien imur jistahba f’post li l-kaccaturi ma kienux jilhquh. Kien jibza’ minnhom hafna ghaliex tir wiehed u jsib ruhu mejjet fl-art. Bla ma kien mistenni, ic-cawlun halla l-mohba tieghu filghodu kmieni ghaliex bil-boghod beda jara xi kaccaturi resqin lejn il-mohba tieghu. Ghalhekk ferfer tnejn il-gwienah u nqata fl-ajru.
Ghadda minn fuq il-bahar u wara vjagg twil wasal fuq l-art, Strieh ghal xi nofs siegha go sigra b’hafna weraq u meta hassu tajjeb erhilha lejn il-foresta, jfittex l-ilma ghax qabdu ghatx kbir. Fl-ahhar sab garra nofs mimlija bl-ilma, mix-xita li kienet ghamlet il-lejl ta’ qabel. Dahhal munqaru, imma dan ma kienx twil bizzejjed biex jilhaq l-ilma. Fil-pront nizlet tajra ohra li munqaru kien ukoll qasir u qallu: “ Ippruvajt nixrob jiena ukoll imma ma irnexxilix ghax munqari huwa qasir.”
“Imma mhux jekk taghmel bhalma ser nghidlek,” qallu c-cawlun. “ Ara x’ser naghmel u aghmel inti wkoll bhali! Ic-cawlun beda’ jigbor xi caghaq u jixhethom wahda wahda fil-garra. L-istess ghamel l-ghasfur l-iehor u f’kemm ili nghidlek l-ilma ghola tant li setghu jixorbu t-tnejn.
Imbaghad qal ic-cawlun lil ghasfur: “ Jekk hemm ir-rieda tajba, hemm is-success. Kull problema ghandha is-soluzzjoni taghha, jekk naslu biex nahsbu fuqha u ma naqtghux qalbna ma’ l-ewwel diffikulta li nhabbtu wiccna maghha.
It-tnejn infirdu u kulhadd mar ghar-rasu.
© Copyright INHOBB NAQRA
Make a free website with Yola