Din l-istorja sehhet fi Franza ‘l fuq minn elf sena ilu meta Charlemagne kien re. Waqt festa kbira biex jiccelebra r-rebhiet militari li kien ghamel xi zmien qabel, Charlemagne sahan bil-kbir kontra wiehed mill-barunijiet ta’ influwenza gewwa  Franza, il-Konti Gerard. Irritat bil-kbir, il-Konti Gerard irrinunzja l-lealta’ tieghu lejn ir-re u ddikjara li ma hux ser jibqa’ jhallas it-taxxi. Billi basar li Charlemagne seta’ jattakah, il-Konti Gerard irritorna lejn il-kastell tieghu gewwa Viana biex jiffortifikah u jhejji ruhu ghal assedju kbir.

 Minghajr dubju, ir-re Charlemagne attakka l-fortizza tal-Konti Gerard gewwa Viana. Ir-re kellu fehma soda li ma kien qatt ser jitlaq sakemm il-Konti supperv Gerard kien ibaxxi rasu u jumilja ruhu quddiemu. Ghal disa’ gimghat shah Charlemagne assedja l-kastell u ma halla lil hadd la johrog u anqas jidhol. Imma l-Konti Gerard tant haseb ghal ikel u xorb u kull kumdita’ ohra tal-hajja, li n-nies ta’ gewwa flimkien mas-suldati ftit taw kaz ta’ l-assedju.

Kemm dawk li kienu qed jassedjaw il-kastell kif ukoll l-assedjati ma kienux jitilfu opportunita’ li jirritaw wiehed li iehor. Jekk il-gwerriera ta’ Charlemagne kienu jersqu wisq vicin lejn il-hitan tal-kastell is-suldati ta’ Viana kienu jixhtulhom xita vlegegg. Jekk in-nies ta’ Viana kienu jippruvaw johorgu l-barra mill-bibien tal-kastell, jew jaqbzu il-foss, it-truppi tal-Charlemagne kienu jregghuhom lura bil-ponta tal-lanez.

 Ghaddew bosta gimghat. L-assedju kompla. Xi whud jghidu li Charlemagne  kien ikkampjat madwar Viana ghal seba’ xhur; ohrajn jghidu li ghal seba’ snin. Hi x’inhi l-verita’ il-kampanja ta’ madwar kienet rovinata. Dawk li darba kienu ghelieqi u mergha ghal annimali ihaddru, issa saru dezert. L-ghelieqi tad-dwieli, inqerdu, il-gonna u d-djar moghtija n-nar... Tassew li l-qerda kawza ta’ din it-tilwima bejn ir-re u l-konti kienet ta’ hsara enormi.

Madanakollu kemm ir-re u l-konti, hadd minnhom ma ried ibaxxi rasu. Matul ix-xitwa in-nies ta’ Charlemagne kienu joqghodu madwar in-nar biex jishnu u jharsu t-toroq li jiehdu lejn Viana. Meta waslet ir-rebbiegha l-ghelieqi u l-merghat bdew ihaddru u l-ghasafar ipespsu b’kant helu li jghani lin-natura. Hafna kavallieri bdew jahsbu kemm qed jahlu hin f’din il-gwerra bla bzonn kontra wiehed cittadin bhalhom u xtaqu li jitilqu lejn avventuri ohra. Ir re kompla bl-attaki tieghu biex igib fi tmiemha l-gwerra, imma ghalxejn.

Jum wiehed gemgha ta’ kavallieri waslu fil-kamp tar-re u gabulhu ahbarijiet inkwetanti. “Ir-re ta’ Spanja,” qalulu, “ qasam il-muntanji tal-Pirinej, u qed igib il-qerda bix-xabla u n-nar fin-naha ta’ isfel ta’ Franza. U jekk inti, o sire, ma titlaqx immedjatament minn hawn biex tiehu hsieb l-interessi ta’ artna, il-provincji ta’ Aquitaine u Gasconja jistghu jintilfu.”

Tistghu tahsbu kemm inkwieta r-re meta sema’ dawn l-ahbarijiet. Gabar lil ufficjali gholja u talabhom il-parir taghhom. Ilkoll qablu li jtemmu l-assedju ta’ Viana billi jsibu xorta ta’ ftehim mal-konti Gerard u jmorru johduha kontra l-invasuri. Imma Charlemagne ma riedx imur kontra kelmtu. U wiehed mill-ufficjali tieghu qallu: “ X’inhu l-ahjar, sire, li tinsa’ kelmtek, li setghet kienet decizjoni xi ftit jew xejn imghaggla, jew toqghod hawn tistenna minghajr ebda rizultat u ccedi parti l-aktar prezzjuza tas-saltna tieghek lil veru ghadu tieghu?”

“Fil-fehma tieghi,” qallu iehor,”  din il-problema prezenti tista’ tintemm b’mod iehor. Halli zewg kavallieri jintghazlu bejn iz-zewg nahat u l- kumbattiment li jsir bejnithom jiddeciedi l-kwestjoni bejnek u bejn il-Konti Gerard.”

Charlemagne ghogbitu hafna din l-idea. Baghat messaggier bil-bandiera ta’ l-armistizju fil-fortizza tal-Konti Gerard biex jipproponilu dan il-pjan. Fil-kastell kienu wkoll qed jiddiskutu kif ser itemmu din il-problema. Huma wkoll kienu mdejqa mill-glied kontra r-re u issa n-nuqqas tal-provizzjon ta’ l-ilma u ikel beda’ jinhass. Qablu mal-kundizzjonijiet ta’ dan il-pjan.

Charlemagne u l-kunsilliera tieghu ghazlu lil Roland, li kien in-neputi tar-re biex jirraprezenta in-naha ta’ Charlemagne. Il-konti Gerard ghazel lin-neputih, il-kurazzjuz Oliver biex jirraprezenta l-interessi tieghu.

Iz-zewg kavallieri kienu armati sa sniehom u mhejja bil-kif. Rikbu z-zwiemel u b’heffa liema bhala grew ghal xulxin. Il-lanzi taghhom habtu mat-tarki opposti u nkisru, imma r-rikkieba baqghu fuq iz-zwiemel taghhom. Malajr nizlu minn fuq il-bhejjem taghhom u hargu x-xwabel. Ghal bosta hin il-kavallieri sallbu x-xwabel taghhom kontra xulxin b’daqqiet qawwija imma hadd ma rebah xi vantagg.

Fl-ahhar ix-xabla ta’ Oliver inqasmet wara li ta’ daqqa qawwija fuq l-elmu ta’ Roland; it-tarka tieghu wkoll infethet fi tnejn. Oliver ma kellu ebda arma ohra biex jiddefendi lilu nnifsu u ghalhekk iddecieda li jmut jiggieled. Wera’ l-ponnijiet lil Roland biex jurih li ser jikkumbatti mieghu permezz tal-ponnijiet. Roland ha pjacir li l-avversarju tieghu kien qed juri daqshekk kuragg.

“Habib,” qallu Roland,” ma ccedix malajar u jiena nammirak fuq hekk. Jiena n-neputi tar-re ta’ Franza u rbaht ghan-non tieghu llum, imma ikun ta’ ghajb ghalija jekk jiena noqtol ragel mhux armat. Aghzel ghalik xabla ohra u tarka aktar b’sahhitha u erga’ ikkumbatti mieghi.”

Oliver laqa’ it-talba tieghu u talab ghal xabla u tarka ohra. Biex jaghzel xabla, baghtulhu tlieta u huwa ghazel wahda minnhom. Roland qam minn fuq il-haxix li fuqu kien qed jistrieh sakemm Oliver jarma ruhu mill-gdid. Imbaghad qam u bdiet il-glieda bix-xwabel. Kull kavallieri haddem ix-xabla b’arti u hila kbira. Wara xi hin Roland tant nizzel ix-xabla b’forza kbira fuq it-tarka ta’ Oliver li din wehlet hemm u ma setghax jaqlaghha ‘l barra. Din id-darba kien Roland li safa’ minghajr arma. Issa kien imiss lil Oliver li jaffacja lil ghadu tieghu dizarmat. Seta’ kieku ried Oliver joqtol lil Roland u hekk ikun rebbieh hu, izda qallu: “Habib jidher li d-destin ma jridx li mmutu bix-xabla. La jien u anqas inti.” F’daqqa wahda Oliver rema’ ix-xabla tieghu fl-art u gera lejn Roland. Kull wiehed hataf l-elmu ta’ l-iehor u kixfu wicc xulxin. Kien dak il-mument li tghannqu ma’ xulxin.

Charlemagne baqa’ mistghageb u xejn inqas il-Konti Gerard ghall-mod kif gabu ruhom iz-zewg kavallieri. Meta resqu fuqhom fehmu li z-zewg kavallieri kienu denji ta’ vittorja. Il-qalb ta’ Charlemagne tqanqlet quddiem dak l-ispettaklu u ghajjat: “ Konti Gerard dak li kien hemm bejnitna issa ntemm u ntnesa’. Jekk ghamiltli xi hsara jiena nahfirlek u ma rridx ebda sold taxxi ghall-kastell tieghek u l-art li inti tahkem f’ismi. Nitolbok biss li tweghdni l-lealta’ tieghek.”

 Il-konti Gerard imbaghad hareg ix-xabla u nizel gharkubtejh quddiem ir-re u stqarrlu: “Mill-lum ‘l quddiem jiena lest li naghti hajti ghalik u nkun leali lejk sa ma ruhi tohrog minn go gismi.”

 Imbaghad ir-re qajmu u tah il-bewsa tal-paci u wiegbu: “ Konti Gerard ta’ Viana jiena nehilsek mit-taxxi li inti suppost li thallas fuq l-artijiet, hlief meta dawk il-flus dovuti meta tinqala’ xi gwerra.”

 Il-kavallieri l-ohra ghamlu l-istess weghda ta’ ubbidjenza u lealta’ lejn ir-re li minn naha tieghu hafer kull htija li seta’ ghamel kontrih.

 “U issa,” qal ir-re Charlemagne, “ il-lejla jiena niccena mieghek fil-kastell tieghek ta’ Viana.”

 Meta raw li r-re dahal fil-kastell mhux bhala prugunier izda bhala habib u mistieden tal-Konti Gerard, il-poplu ta’ Viana baqa’ mistghageb u ferah aktar meta sar jaf li nibtet mill-gdid il-paci bejnithom u ntemm l-assedju. Dik il-lejla kienet lejla ta’ divertiment u Roland u Oliver saru hbieb inseparabbli.

 

© Copyright INHOBB NAQRA