
Kien hemm darba wahda gurdien li kien iservi fl-armata tar-re iljun. Kulhadd kien jidhaq bih ghaliex kien zghir hafna u facli hafna li johrog tellief. Izda minkejja dan, kien gurdien li jahdem hafna u leali lejn sidu l-iljun.
Ta kull sena s-saltniet tal-gungla kienu jaghzlu animal biex jiggieled waqt wirja ta’ sahha. U bhala rapprezentat tieghu r-re ljun ghazel lill-gurdien. Qallu: “Jiena nqieghed it-tama tieghi kollha fik, ja gurdien zghir. Tafdani?”
“Imma sire, jiena ma nhiex b’sahhti waqt il-battalja. Ma ghandix sahha bizzejjed biex niggieled f’ismek,” weigbu l-gurdien.
“Afda fija,” wiegbu r-re ljun. U dak kollu li qallu.
U bla ma ried il-gurdien sab ruhu jiehu sehem f’din il-wirja ta’ sahha. Imma rebah kull biza’ ghax kien jemmen bis-shih f’dak li qallu r-re iljun. L-annimali marru ghal din il-wirja bis-suppervja tiddi fuq wicchom u kunfidenza fihom infushom, filwaqt li l-gurdien dahal jippartecipa b’kunfidenza kbira fir-re tieghu. “Ir re jemmen fil-hila tieghi, ir re jemmen fil-hila tieghi,” kien jghid lilu nnifsu.
Il-gurdien rebah battalja wara l-ohra billi kien ihalli lil avversarji tieghu jidhlu f’nassa u jinqlew b’zejthom. Ir-rinoceru gera’ ghall-gurdien biex
jahbat ghalih imma tilef il-mira u l-qarn tieghu wehel f’sigra. L-iljunfant ipprova jishaq b’saqajh goffa lill-gurdien imma dan ukoll falla u kiser riglejh ghaliex id-daqqa ta’ sieqa li ta ma’ l-art kienet qawwija hafna. Ix-xadina griet wara l-gurdien li tela’ fuq net fuq sigra, izda t-toqol tax-xadina kien wisq ghall-frieghi irqaq u sottili taghha. Waqa’ fl-art u storda u dam ma gie f’tieghu.
L-ahhar battalja tieghu kienet kontra t-tigra.
It-tigra ghajtet: “ Ir-rinoceru, l-iljunfant u x-xadina tilfu tort taghhom, imma jiena ma nhiex ser inkun daqshekk iblah. Ejja u iggilidli, ja gurdien zghir u ma tiswa’ ghal xejn.”
Il-gurdien tfixkel u ma kienx jaf x’jaqbad jaghmel. Ma setghax jiffacja wahdu t-tigra ghax dan zgur jibilghu.
Imma ftakar fil-fiducja Ii wera’ fih l-iljun re. Warrab kull biza’ u ghajjat filwaqt li gera’ lejn it-tigra: “Ghar-re.”
It-tigra ssorprendiet ruhha, imma ma baqghetx cassa. Qaghdet ghal lest fuq saqajha ta’ wara lesta biex taqbez fuq il-priza taghha hekk kif il-gurdien jasal qrib taghha.
Imma l-gurdien waqaf ftit piedi ‘l boghod mit-tigra. Huwa kien zghir u fejn waqaf it-tigra ma setghetx tilhqu. Fis-skiet il-gurdien waqaf ihares lejn it-tigra.
Hekk kif it-tigra rat l-opportunita’ taghha qabzet b’tant ferocita’ fuq il-gurdien, izda dan gera’ lura u t-tigra spiccat ma’ l-art hdejh gebla zghira griza li t-tigra hasbitha l-gurdien. Giddmet u giddmet u l-gebla wehlitilha f’halqha u t-tigra sfat meghluba minn gurdien zghira.
Il-gurdien rebah il-wirja ta’ sahha u rritorna lejn ir-renju tieghu bl-akbar unuri u fost il-ferh kbir ta’ l-annimali l-ohra.
Ir-re iljun poggieh fuq l-ghola kariga tar-renju u ghen lir-re fit-tmexxija tas-saltna ghal bosta snin.
Kull min jidhol ghal xi bicca xoghol bl-umilta’, minghajr hafna ftahir u tlablib zejjed dan jirnexxi u jkollu success. Mhux il-kobor jghodd anqas is-sahha u tpacpic zejjed izda li taghmel dik il-haga sew u b’umilta’ kbira billi tafda kollox f’idejn Alla.
© Copyright INHOBB NAQRA