ANDY U CONRAD JIGU WICC IMBWICC.

 

Andy kien miexi lejn l-ufficju postali meta iltaqa' ma' Mr Gale.

"Nittama li thossok tajjeb wara r-rebha tat-tigrija. U ma ghandikx ma tkunx, ghaliex irbaht bil-hila tieghek u onestament."

"Iva," wiegeb Andy. " Kont fortunat li habibi Victor silifni d-dghajsa tieghu."

"Ma kellix iz-zmien li nkellmek," qallu Mr Gale. " Jiena gejt hawn fil-villagg ta' Arden xi xahar ilu u iltqajt ma' hafna zaghzagh li ghandhom dghajsa."

"Jiena kont l-Akkademja Penhurst," infurmah Andy.

"Allura gejt apposta ghat-tigrija?" ried ikun jaf Mr. Gale.

U bi swied il-qalb, Andy qallu: " Kelli inhalli Penhurst kontra qalbi ghaliex missieri tilef somma kbira flus. Ma setghax ikompli ihallasli u kont obbligat li nigi lura biex insib xoghol halli nghin finanzjarment fil-falliment ta' missieri."

Hawn Andy irrakonta l-istorja ta' dak li gara lill-familja tieghu. Mr. Gale ha interess jisma' bl-attenzjoni kollha lil Andy u minn naha tieghu Andy hass li quddiemu kellu persuna li seta' jafdah.

 "Aara Andy, jiena diga kellimt lil missierek ghal xi ftit minuti wara t-tigrija u naqtghu li huwa ragel onest u sincier. Il-problema hija li hafna nies bhalu ma jnizzluhiex li hawn nies ohra brikkuni, u bhal ilpup lesti li jinzlu fuq l-innocenti u jahtfu l-priza taghhom. Nahseb li inti fortunat li ghandek missier li ma jemminx bl-ingann."

"Grazzi Mr. Gale. Inhossni li haffift xi ftit il-problema li kienet qed itaqqalni."

" Naqta’ li Nathan Lawerence kien jaf jinganna lil ta' madwaru billi jurihom wicc b'iehor."

"Iva. Jiena kont inqisu bhala z-ziju tieghu. Meta kont zghir kien jirrakontali hafna stejjer. U kienet tghogbni dik fuq George Washington.  Jinghad li ma kinex jaf jghid gidba u sar l-ewwel President ta' l-Amerka."

 Mr Gale deher mistghageb. "Stramba l-bicca xoghol!" qal lil Andy. " Jiena deputy sheriff fin-naha ta' isfel ta' Arden u ftit jiem ilu arrestajna wiehed jismu George Washington Playfair. Qed jigi akkuzat li dahaq b'wahda anzjana u serqilha flusha kollha. Tista' tiddeskrivili lil dan Nathan Lawerence?"

" Ma tanx ninqala biex niddeskrivi lin-nies, imma nista' impengilek wiccu f'forma tad-dahk biex nurik kif jidher."

U Andy beda' jpingi. " Meta lesti ghidli," qallu Mr. Gale.

Ghaxar minuti wara Andy lesta u Mr Gale hares lejn it-tpingija. "Dak hu kollu kemm hu. Wiccu qaxxartulu. Ejja mieghi halli nibghatu telegramm lix-xheriff.

Gale kiteb lis-superjur tieghu "li George Washinton Playfair ma hu hadd hlief Nathan Lawerence. Din il-persuna serqet somma flus u harab biha. Ser nirritorna mat-trejn tal-hamsa."

Nathan Lawerence gie mtella' l-Qorti u stqarr li huwa harab bil-flus li l-bank kien tah. Missier Andy ma kienx tilef flusu wara kollox. Mr Grant hallas lura l-flus lil Mr Carter li ma tantx ha pjacir ghaliex huwa ried li jiehu ir-razzett minghand missier Andy.

 It-tifel seta' jkomli jmur l-iskola u dejjem kien jghaddi mill-ezamijiet b'marki gholja. Wara l-kors fl-Akkademja Penhurst huwa beda' jattendi il-kullegg u wara li ggradwa sab xoghol mal-kumpanija Waterboats.

Kien haddiem ezemplari, jaghti jum xoghol u dejjem attent fix-xoghol tieghu, hekk li meta kien hemm vakanza  ta' deputat maniger, ghaliex l-okkupant ghalaq is-sittin sena u hareg bil-pensjoni, il-kap tal-kumpannija, Philip Jones hatar lil Andy biex ikun hu li jimla il-post vojt.

Conrad xejn ma kien jahdem anzi jekk jista jitghazzen u jeqred biex missieru jaghtih il-flus biex ikollu x'jonfoq u jixxala. Jum wiehed missieru qallu li minn dik il-gimgha stess kellu jfittex xoghol.

Jum wiehed Andy dahal ix-xoghol u sab li il-kap tieghu ma giex. Ftit wara rcieva telefonata. Kien Mr Jones, il-kap tal-kumpannija. "Il-jum it-tajjeb, Andy,"

"Lilek ukoll Mr. Jones"

"Illum ma nistax nidhol ghax pjuttost ma niflahx. Kellu jigi xi hadd biex naghmillu interview halli jimla dik il-vakanza li naqsitilna fil-workshop. Hu hsieb li tarah inti, imbaghad ghidli l-opinjoni tieghek."

"Kollox sew Mr Jones. Halli f'idi"

Kwarta wara kien hemm tahbita fuq il-bieb ta’ l-ufficcju ta’ Andy Grant. “Jekk joghgbok idhol,” ghajjat Andy. Il-bieb infetah u dahal Conrad Carter.

Minkejja li Conrad spiss kien jumilja lil Andy, Andy ma mexxiex mieghu hekk. Nizzel dak kollu li wiegeb Conrad fuq karta biex jipprezentaha lill-maniger tieghu. Issa irid ikun il-maniger tal-kumpannija li jiehu decizzjoni finali.

 

© Copyright INHOBB NAQRA