
IL-GIDBA
Conrad mar lura d-dar. Kien bniedem li ma jafx jiehu telfa. Ma riedx jghid lil missieru x'gara - ghal inqas dak il-hin. Huwa tela' inkiss inkiss fil-kamra tieghu imma missieru semghu diehel.
"Allura Conrad, kif mort fit-tigrija, irbaht?" staqsieh missieru.
"Le," wiegbu xott xott Conrad.
"Allura kien Victor li rebahlek?"
"Le."
"Min rebah il-premju?"
"Andy Grant."
Mr Carter baqa' miblugh.
"Mela dak jaf jaqdef?" staqsieh missieru.
"Iva missier, xi ftit jaf jaqdef."
"Imma rebahlek."
"Halli nghidlek kif sehh kollox. Missier,"qallu Conrad li kien diga’ harbex f'mohhu kif ser jirrakontaha. "Kont sewwa 'l quddiem u meta wasalt fl-ahhar nofs tat-tigrija, gbidt xi muskolu ghax il-qafda tieghi kienet wahda b'sahhitha. Il-weggha li hassejt sfurzatni biex nieqaf ghal ftit u f'dawk il-ftit mumenti Andy li kien qrib tieghi hataf l-okazzjoni u bi sforz dahal qabli, u rebah hu."
Missieru qatt ma dahallu f'mohhu li ibnu kien qed jirrecta u jghid gidba. Kien jemmen li ibnu Conrad kien l-aqwa qaddief fir-rahal. "U fejn seta Andy Grant tghallem jaqdef?"
"Smajtu jghid lil Mr Gale li kien tghallem fl-Akkademja."
"Ma nahsibx li jista' jhabbatha mieghek, mhux hekk, Conrad?"
"U zgur li le, missier, kemm huwa 'l boghod minni."
"Incident sfortunat li drieghek ceda'. Ara, ahjar tkellem lil ommok halli taghtik xi ngwent biex itaffi l-ugigh."
"Hekk naghmel missier," wiegbu Conrad . "Kont nippreferi li xi qaddief iehor jirbahli milli jeghlebni Andy Grant. Ara kemm ser jiftahar. Din it-telfa swietli l-premju, imma ghal maghmul ma hemmx kunsill."
"Fuq daqshekk tinkwieta xejn. Hawn ara zewg karti ta' hames dollari il-wahda."
"Grazzi missier," qallu Conrad b'riverenza kbira li dahhal f'butu 10 dollari. "Kemm kont bil-ghaqal li hloqt l-istorja ta' incident," qal f'qalbu. "Madankollu nhossni skomdu li xi hadd bhal Andy rebahli."
"X'tahseb li Conrad jghid fuq it-telfa tieghu, Andy," staqsa Victor l-ghada tat-tellieqa biex jghaddu xi kummenti.
"Min jaf !!!Ma nistghax nghid."
"Zgur li jirrakonta li gibed xi muskolu minn idu waqt li kien qed jaqdef."
Andy tbissem ghax ma kienx imdorri b'dawn il-favati, jew loghob tat-tfal. Kien ihobb jghid dak li hu...iva..iva u le..le. Imbaghad kompla: " jekk ihossu li jrid jghid hekk ghax ihossu aktar komdu, affari tieghu. Ma ghandi ebda oggezzjoni."
" Meta jirrakonta dak li ghaddha minnu hadd minn shabu ma jemmnu."
"Jiena kuntent hafna bl-10 dollari," qallu Andy, " li kieku tlift missieri ma kien jaghtini xejn."
Ghalkemm Conrad gab skuza biex ma jumiljax ruhu, din kienet gidba u l-gidba hija dejjem gidba.
© Copyright INHOBB NAQRA
Make a free website with Yola