IT-TELLIEQA

Andy kien jaghmel it-tahrig tieghu filghaxija wara li jkun temm ix-xoghol tieghu fuq ir-razzett, filwaqt li Conrad kien jipprattika wara nofsinhar. It-tifel ta' Mr Carter, Conrad ma kellu ebda hjiel li Andy kien ser jippartecipa fit-tellieqa  u anke li kieku kien  jaf, kien ihoss cert li Andy ma kienx qaddief tajjeb u lilu ma ser jaghmillu ebda sfida perikoluza.

Victor innota kemm Andy kien jaqdef sew u hassu kuntent li habibu kellu cans kbir li jeghleb lil Conrad u jirbah it-tigrija.

"Tidher li kont tipprattika hafna il-qdif fl-iskola," qallu Victor.

"It-trainer taghna kien ragel li kien jifforma parti mill-eqwipagg tal-qdif ta' l-Universita' ta' Havard."

"Conrad jista' jaqdef hafna malajr, imma nahseb li ma juzax l-imdaqef b'mod tajjeb. Qatt hadd ma ghallmu, imma madanakollu jigri wisq fuq l-ilma."

"U dak jghodd hafna. Kif tqabbel l-ispeed tieghu meta tikkomparah mieghi?"

"Kif qdift filghaxija, nahseb li t-taqtigha tkun wahda vicin.  Imma wara kollox dan huwa l-ewwel jum ta' prattika. Kompli kif inti sejjer u nahseb li tirbah."

"Ghandek dghajsa tajba hafna, Victor," qallu Andy. " U ta' Conrad kif inhi?"

"Difficli biex taghzel bejnithom, ghaliex waqt li d-dghajsa tieghu hija wahda tajba, tieghi ma hiex inqas minnha," qallu Victor.

"Nissoponi li ma hemmx dghajsa ohra fuq l-ghadira tajba daqs tieghek," qallu Andy.

"Le. Id-dghajjes l-ohra huma antiki u ilhom jintuzaw ghal snin, " kienet il-konkluzzjoni ta' Victor. "U jekk tuza xi wahda minn dawk ta' Serkin, zgur li titlef it-tellieqa ma' Conrad."

"Grazzi Victor li hallejtni nuza d-dghajsa tieghek. Grazzi li tajti c-cans." qallu Andy.

Victor tbissem. "Kompli tharreg sa l-ahhar, Andy."

"Hekk naghmel," temm jghid Andy.

"Irridek tirbah u barra minn dan irrid li Conrad jitlef. Nittama li ma jsir jafx li inti diehel ghall-kompetizzjoni," sahaq Victor.

Jumen qabel il-fiera  tal-villagg, Victor iltaqa' ma' Conrad fil-hanut ta' missieru.

"Ser tiehu sehem fil-kompetizzjoni nhar il-Hadd?" staqsa Conrad.

"Ma nafx ma nhiex cert," wiegb u xott xott Victor.

"Inti biss ghandek id-dghajsa li tista' tikkompeti mieghi. Qed taghmel xejn tahrig?"

"Qed naqdef xi ftit," wiegbu Victor. "Trid li naghmlu prova bejnietna?"

Victor laqa' l-istedina ta' Conrad u ftiehmu li jiltaqghu wara nofsinhar l-ghada hdejn l-ghadira.

Il-prova saret u Conrad rebah bi tmien tulijiet, minkejja li Victor ghamel hiltu kollha.

"Issa cert mir-rebha. Victor inti ma tistax taqdef kontra tieghi," widdbu Conrad. "Imma dejjem tista' tipprova jekk inti lest li tkompli titharreg sa l-ahhar."

Ghalkemm il-flus qatt ma kienu jonqsu fil-but ta' Conrad, iz-zaghzugh beda' jahseb kif ser jonfoq l-10 dollari li kien cert li ser jirbah.

Jum qabel il-fiera, it-temp kien xi ftit kiefer, bir-rih u x-xita l-jum kollu, hekk li bezghu li l-fiera issir fis-sala tal-knisja u tithassar it-tellieqa. Imma l-ghada ir-rih raqad, u harget ix-xemx hekk li kulhadd ittama li jgawdi jum sabih fost id-divertiment u l-ferh.

Mad-9 ta' filghodu beda' id-divertiment, muzika, zfin, ikel bl'abbundanza, loghob u kull ma tista' timmagina biex kbar, zghar, xjuh u zaghzagh jiddevertu. It-tigrija kienet iffissata ghat- 3.00 pm. 

Mr. Gale, dak li offra r-rigal ta' 10 dollari, kellu jkun r-referee ma' zewg persuni ohra tar-rahal biex jiggudikaw ir-rizultat u jaraw li kollox mexa' bil-gustizzja.

" It-tellieqa tibda' mix-xatt ta' l-ghadira, tiehu sa faccata u lura. Issa l-kompetituri  jnizzlu d-dghajjes taghhom  fl-ilma u jidhlu go fihom," ikkmanda Mr Gale.

L-ewwel ma resaq  'l quddiemkien Conrad Carter. Kien liebes kostum ta' qaddief u deher li kien hu li ser jirbah. Huwa fittex lil Victor u ma rahx fid-dghajsa.

"Mela ma intix ser taqdef, Victor?" staqsa sorpriz Conrad.

U bla ma qaghad jistenna lissinlu li kien Andy li ser jaqdef floku. Din kienet ahbar bhal lehha ta' berqa. Qatt ma kien jistennieha. Dak il-hin Andy resaq fuqhom u rikeb id-dghajsa. Kien dizappuntat li Victor ma kienx ser jaqdef  imma kien daqshekk iehor kuntent li kien ser jirbahlu zgur. Baqa' sorpriz ghax qatt ma sema' li Andy kien jaf jaqdef.

"Irid ikun iblah li jaqdef kontra tieghi," qal Conrad f'qalbu. Maghhom hadu l-posizzjoni tlett zaghzagh ohra tar-rahal u malli Mr Gale ra li kienu f'linja dritta ta s-sinjal biex tibda' it-tigrija.

Mas-sinjal Conrad hareg sparat. Id-dghajjes l-ohra baqghu ma' xulxin xi dghajsa jew tnejn boghod minn dik ta' Conrad. Huma kellhom fi hsiebhom li jzidu fil-qafda meta jkunu waslu qrib it-tmiem tat-tigrija u jghaddu li Conrad qabel jasal ix-xatt. Andy deher li ma kienx qed jaqdi bis-sahha, imma l-qadfa tieghu kienet fit-tul u tajba. Mr Gale innota li Andy kien qaddief tajjeb hafna.

"Min hu dak iz-zaghzugh?" saqsa Mr Gale lil wiehed mir-referees. "Ma jidhirlix li qatt rajtu qabel."

Dak hu iben Mr Grant, il-bidwi," wiegbu.

"U allura kif qatt ma rajtu?"

"Kien jattendi l-iskola - l-Akkademja Penhurst."

" Veru jaqdef bis-sengha, arah ftit kif jimmaniggja l-imqadef."

"Ma nafx li kien qaddief," qallu r-referee.

"Jidher qaddief tajjeb u ma nohodhiex bi kbira li jirbah hu," qal Mr Gale.

"X'inhi? Kontra Conrad Carter?" staqsa r-referee, bhallikieku ma riedx jemmex dak li kien qed jisma'. 

"Iva," kompla Mr Gale," Ma hux difficli li tinduna li Andy kien mghallem tajjeb . Innota ftit, Conrad qed jibged bis-sahha imma ma hux qed jaqdef b'efficjenza."

Conrad ma harisx lura lejn il-kompetituri l-ohra imma meta kien qrib hafna n-naha l-ohra tax-xatt, dawwar rasu u lemah lil Andy warajh.

Andy ma jidhirx li kien qed jghejja, il-qadfa tieghu kienet wahda ta' sahha u regolari. Meta Conrad ra li Andy kien vicin wisq tieghu nkwieta li kien ser jitlef u Andy jirbah. Meta daru biex jibdew il-vjagg lura Conrad u Andy kienu fuq quddiem nett. 

Imma issa Andy beda' jaqdef aktar b'sahhtu u qata lil Conrad. Conrad thawwad. Certament ma riedx li Andy jikseb rebha. Thawwad u l-qafda tieghu ghalkemm kienet spissa, kienet wahda qasira. Ghall-kuntrarju l-qadfa ta' Andy kienet wahda twila u b'sahhitha hekk li qata lil Conrad b'hames tulijiet ta' dghajsa . Hadd ma kien jistenna din ir-rebha sorpriza. L-ispettaturi taw merhba ghal tlett darbiet lil Andy li minn naha tieghu nehha l-berritta bhala sinjal li huwa accetta il-kumpliment.

Mr Gale resaq fuq Andy u ferahlu: " Tassew tajt wirja ta' wiehed li jaf jaqdef skont is-sengha. Fejn tghallimt taqdef?"

"Fl-Akkademja Penhurst," wiegbu Andy.

"Tassew li l-kowc tieghek kien wiehed li jaf sew dak li ghandu jghallem. Ghandi l-unur li nipprezentalek il-premju."

Conrad kien dizappuntant u fuqu kellu rabja kbira.  Ma qaghadx ikompli jifrah mal-qaddiefa l-ohra. Imma mar lura d-dar.

"Conrad hu dizappuntat terribilment," qal Victor lil Andy. " llum sirt maghruf ma' kulhadd li inti qaddief tajjeb u tas-sengha."


© Copyright INHOBB NAQRA