IL-KOMPETIZZJONI

Andy xtaq li kieku jsib xi xoghol, imma ma setghax jiddeciedi x'jaghmel. Ra li ghal dak il-mument l-ahjar haga kienet li jitfa' ghonqu biex jahdem fuq ir-razzett.

 Kien qed jorbot is-silla qatta qatta biex iqieghda fil-kamra halli meta jigi bzonnha jitmahha lill-baqar u z-zwiemel. Dak il-hin gie Conrad Carter, strieh fuq ic-cint u kollu insulti qal li Andy: " Mela qed tipprattika biex issir haddiem tar-razzett?  Nghiduha kif inhi ma ghandekx bzonn, ghax inti ulied il-bdiewa."

 Andy hassu rrabjat ghal dan il-kliem, izda zamm il-kalma u wiegbu: “Bhalissa qed nghin lil missieri fuq ir-razzett u naghmel dak li jkun mehtieg."

 "Kemm tidher sew bl-uniformi tar-razzett!" qallu Conrad.

 "Tahseb? Grazzi ghall-kumpliment."

 U biex iniggzu Conrad qallu: " Nissoponi li  ma iddumx ma tibda' taghzaq. Nimmagina li inti tkun haddiem tal-hrit tajjeb hafna. Probabbli li jkollok success aktar fil-hrit milli fin-negozju"

 "Jiena nirnexxi f'dak kollu li naghmel"

"Tahseb li inti xi haga, Andy?" staqsieh Conrad. " Issa qed tkun pastas mieghi." wiegbu Conrad wiccu ahmar nar bir-rabja. " Nahseb li tkun iblah li tkellimni hekk. Arani tlaqt."

"Ghaliex?", ried ikun jaf Andy.

"Ftakar li missieri jista' johodilkom ir-razzett wara sentejn," heddu Conrad. Fi kliem iehor Conrad kien qed jghid lil Andy biex ikun aktar meqjus fi kliemu ghax missieru johodlu r-razzett. U qabel tbieghed qallu, " Nies foqra bhalek ma jistghux ikunu suppervi."

"Jiena la jiena u anqas nippretendi li jiena fqir jew supperv," wiegbu Andy.

U waqt li halla lil Andy, Conrad qal infantas bejnu u bejn ruhu," Dak qed idejjaqni. Jum wiehed ghad jiddispjacih."

Ma ghaddiex hafna hin minn mindu telaq Conrad, li Andy ma semghax tisfira. Gharafha li kienet ta' wiehed habib tieghu jismu Victor Burns. Xejru lil xulxin u Victor resaq fuq Andy u qallu: " Qed tahdem, Andy?"

"Trid tidhol u tghinni?" talbu Andy.

"Mhux ghax ma rridx, Andy, imma taf inti meta ma nkunx l-iskola ikolli nahdem fil-hanut ta' Jacob u sar ftit tal-hin. Ser nasal tard. Bilhaqq qabel ma nitlaq smajt li kien hemm ragel li offra 10 dollari lil min jaqdef u jaqsam l-ghadira fl-iqsar zmien ? Din hija wahda mill-attrazzjonijiet li ser isir fil-fiera tar-rahal taghna li ssir kull sena."

“Id-distanza hija ta' nofs mil, hux hekk," staqsieh Andy

"Bejn wiehed u iehor," wiegbu Victor.

"Nahseb li ser nidhollha l-isfida, Victor. Inti ghandek dghajsa sabieha biex tipprattika biha."

"Andy, le mmhux ser nippartecipa ghaliex ma inhiex qaddief tajjeb u nipprattika kemm nippratika qatt ma jkolli cans nirbah," qallu Victor.

"U min tahseb li jirbah?" staqsa Andy

" Mhux dak li dejjem jiftahar li ma hawnx bhalu, Conrad Carter. Diga ilu jghid li ser jirbah il-kompetizzjoni hu, ghax ma hawnx qaddief iehor tajjeb daqsu hlief.......," assigurah Victor.

"U hlief min?" staqsa Andy.

"Hlief inti Andy," accertah Victor.

"Ma nafx. Veru li jiena qaddief tajjeb. Ghalinqas kont, imma issa ma ghadnix nipprattika."

"Haga zghira. Ibda minn issa."

"Ma ghandix dghajsa," qallu Andy.

"Allura uza tieghi," qallu Victor fil-pront.

"Qalbek tajba, Victor. Kemm fadal jiem ghat-tellieqa?" staqsa Andy

" Hmistax. Zmien bizzejjed biex terga' tigi f'tieghek," inkoraggih Victor.

"Nixtieq li nirbhu jien il-premju ghaliex b'ghaxar dollari mmur fil-belt u infittex xoghol u ma rridx nitlob flus lil missieri. L-offerta tieghek naccettaha. Conrad qed jipprattika?"

Wiegbu Victor: " Iva, Wara nofs inhar dejjem issibu hemm."

"Filghaxija, qabel inzul ix-xemx nigi u nibda' it-tahrig tieghi."

"Tajjeb hafna," qallu Victor id-dghajsa tieghi taf fejn issibha. Inkun fil-boathouse ghas-sitta u nistennik hemm."

Qallu Andy: " Kollox sew. Inti veru habib, Victor."

Wiegbu Victor: " Nipprova nkun, izda mhux kollox fuq il-hbiberija."

"Mela x'aktar?" staqsa Andy.

"Irrid nara lil Conrad jitlef. Rasu kibritlu u diga ha r-rebha ghalih qabel ma bdiet il-kompetizzjoni u jekk jirbah ikun aghar minn qatt qabel."

L-Ghadira kienet fil-periferija tal-villagg. L-ilma li kien dejjem niezel mill-muintanji kien car u lixx qisu hgiega. Fil-qrib, Conrad Carter, Victor Burns u zaghzagh ohra kellhom id-dghajjes taghhom hemmhekk u certu ragel jismu Serwin kien jikri wkoll xi dghajjes biex min irid kien jista' jdur ma' l-ghadira. Imma l-ahjar dghajjes kienu ta' Victor u Conrad. Conrad kien jitmashan tnejn meta xi hadd kien jikkritikalu d-dghajsa tieghu. Imma bhalissa mohhu kien kif kien ser jeghleb lil Victor, il-habib ta' Andy, fil-kompetizzjoni.

Conrad kien qed jipprattika matul in-nofstanhar, akkumpanjat minn John Larkin, iben il-garr tieghu. John kien qieghed bil-wieqfa fuq xatt il-ghadira u jzomm il-hin tal-prova ta' Conrad.

Meta Conrad wasal lura fuq ix-xatt qal lil John Larkin: " Kif mort?"

"Tajjeb hafna," wiegbu John.

U b'suppervja kbira Conrad qallu: " Hadd ma jkun hemm li jirbahli."

John minghajr ma qaghad jomghodha wiegbu: "Ara Conrad jista' jkun kif qed tghid inti, imma zomm f'mohhok li ghandek lil Victor bhala wiehed mill-avversarji tieghek. Victor ghandu dghajsa tajba. Oqghod attent. Tfaqqasx il-flieles qabel ifaqsu."

"Tkunx iblah, John, " qallu Conrad b'ton kemmxejn irrabjat.

"Ma hemmx bzonn tirrabja, Conrad. Ghidtlek kif inhossha. Ghandi dritt nesprimi l-idejat tieghi."

"Madankollu inti zbaljat," rega' qallu Conrad.

Imbaghad John qal lil Conrad : " Ghandek cans sabieh hafna li tirbah inti skont kif inhuma c-cirkustanzi."

Issa Andy Grant kien qaddief kampjun fl-iskola u hadd ma kien jaf b'dan il-fatt. John Larkin, imbaghad tefghalu lixka: " Min jaf Andy jafx bil-kompetizzjoni? Dak jaqdef bis-sengha"

Conrad dahaq. Imbaghad wiegeb: " Li jqaxxar il-patata u jizraghha jaf zgur issa imma li jaqdef nghidlek li huwa zero."

John qallu: " Imma Andy qalbu tajba."

"Imma ghadek ma tafx kemm huwa supperv u jahseb li huwa xi haga. Dalghodu ersqat lejn i-razzett tieghu u nsultani."

"Imma inti cert li ma insultajtux inti l-ewwel?"

"Isma' 'l hawn, John," gholla lehnu kemm kemm Conrad. " Jiena bniedem importanti u jekk ma tistmanix ta' hekk naqta' il-hbiberija minnmieghek."

"Ghamel li trid," qallu John, filwaqt li gholla spalltu biex jurih li ma jimpurtahx minn kliemu u anqas kien ser ibezzghu. "Jiena nindiehes ma' Andy jew Victor u malajr insir habib taghhom."

"Missieri ghandu flus aktar minn missirijiethom it-tnejn.”

"Ghaliex inti anzjuz tant biex tirbah inti?" staqsa John lil Conrad

"Minhabba l-glorja u mhux il-flus. Missieri zgur jaghtini 10 dollari jekk nitolbu," wiegbu Conrad.

Ghall-ftit mumenti waqa' skiet u kulhadd beda' jahseb dak li xtaq. Conrad ried jistrieh qabel jaghmel prova ohra filwaqt li beda' jara lil avversarju tieghu umiljat u huwa mfahhar u rispettat. John Larkin kien qed jahseb kemm kien iblah li kellu bhala habib lil Conrad li dejjem kien biss mohhu fih innifsu. "Kemm nixtieq li din id-darba jitlef," haseb John Larkin.

Conrad rega' ipprova u din id-darba mar aktar ahjar. Waslu lura fi zmien inqas mill-prova ta' qabel. Hekk kif nizel fuq l-art mid-dghajsa tieghu lil habibu John Larkin qallu: " Il-premju tieghi ser ikun.”

 

© Copyright INHOBB NAQRA