5. L-INSULTI TA’ CONRAD IBEN MR CARTER

Kien fadal biss gimghatejn biex jispicca il-periodu ta' l-iskola u ghalhekk missieru qallu li setgha jmur lura sa ma jispicca iz-zmien biex jibdew l-vaganzi. Malli wasal Andy mar ghand is-surmast tieghu u qallu b'dak kollu li ghadda minghalih. "Tassew jiddispjacini, Andrew, " qallu s-surmat Dr. Crab. " inti wiehed mill-ahjar studenti tieghi u ma nixtieqx nitilfek. Lest li nzommok u thallas biss nofs il-mizata li jfisser 150 dollaru sakemm tlesti l-kors kollu u tkun lest li tmur il-kullegg."

“Grazzi Dr, Crabb, imma missieri anqas ikun jista' jhallas dik is-somma ghaliex l-ispejjes issa huma kbar bis-self li ha fuq spallejh u li jrid ihallas fi  zmien sentejn, inkella nitilfu r-razzett u fejn noqghodu."

 "Nithsarek ghal elf darba," qallu l-principal ta' l-iskola mhasseb ghal l-ahhar. Jekk jehtieglek li thalli l-istudju, ma hemmx x'taghmel. Irrid nahsibha sew fuq din il-problema tieghek, ghax jekk jista' jkun forsi jkun possibli, tibqa' maghna minghajr ma thallas ebda mizata."

"Grazzi hafna. Imma inhossni li irrid insib xoghol biex nghin lil missieri."

 "Jekk tahseb hekk, allura ikun kif tixtieq inti. Nixtieq li nghinek."

 "Jekk trid tghin nixtieqek li taghtini ittra ta' rakkommandazzjoni li nista' nuriha li min lest jaghtini x-xoghol."

"Mela le, " qallu Dr. Crab. Is-surmast pogga bilqieghda u kiteb ittra. Fiha qal li Andy kien bniedem intelligenti, jahdem hafna u li wiehed jista’ jafdah.

U meta ntemm l-stagun ta' l-iskola Andy rebah premju ghaliex gie l-ewwel fil-klassi.

 Billi Andy kien kapaci jpingi, shabu talbuh li jpingihom b'wicc komiku, kull wiehed differenti. U hekk ghamel. Xi hadd qallu: " Tista' taghmel sketch ta' Dr. Crab?" U dak il-hin stess pinga lil Dr. Crab b'wicc ta' granc. Kemm dahqu shabu meta raw ir-rizultat finali!

Issa nterzat li Dr. Crab kien ghaddej mill-passagg u x'hin sema' dak id-dahq kollu mar jara x'kien qed jigri. Andy meta rah heba' it-tpingija, imma xejn ma basar li is-surmast kien ser jghidlu biex jaghmillu tpingija wkoll. U imbaghad Dr. Crab tbieghed minnhom biex dahal fl-ufficju tieghu.

Fl-ahhar jum Andy sellem lil shabu kollha. Kienu ilkoll qalbhom sewda li ser jinfirdu minnu. Ha it-trejn lejn Arden. Kif kien ser ihalli l-istazzjoni xi hadd sejjahlu.

 Hares lura u ra li kien Conrad Carter, l-uniku iben ta' Mr Carter, dak li sellef il-flus lil missieru.

"Allura inti gejt id-dar mill-akkademja?" staqsa Conrad lil Andy.

"Iva," wiegbu Andy fil-qosor.

Andy ma tantx kien joghgbu Conrad. Infatti hadd mit-tfal ma kien jingieb mieghu. Conrad kien jaf li missieru kien l-akbar sinjur fil-villagg. Kien jahseb li din il-haga taghmel lil missieru persuna importanti u minhaba f'hekk taghmel lilu mportanti wkoll. Dejjem kien jitkellem man-nies bhallikieku kien l-aktar persuna mportanti u aqwa minnhom u kultant fi kliemu kien jidher tassew insolenti.

"Issa jkollok vaganza twila," qallu Conrad b'dahqa.

 "Iva hekk ghandi nifhem," wiegbu Andy.

"Inti kont tassew iblah li tifel fqir bhalek imur l-Akkademja," insultah Conrad. "Allura issa sejjer tahdem fir-razzett?"

 "Iva sakem insib xoghol."

 "Ara issa nkellem lil missieri u jista’ jimpjegak bhala qaddejj," niggzu Conrad.

 "Dak ix-xoghol ma jghoddx ghalija," wiegbu xott xott Andy.

"U ghaliex?" staqsa Conrad

 "Ghaliex il-hsieb tieghi li nilhaq negozjant," wiegbu Andy.

 “U anke jiena dak il-hsieb ghandi, pero ma ghandix ghaggla ghax jekk nigi fil-bzonn hemm il-flus ta' missieri jaghmlu tajjeb," qallu Conrad.

 "Ma ghandix dubbju dwar hekk," qal Andy.

 "Nahseb li taf li missieri silef 3000 dollaru lil missierek u rabtu bir-razzett li jekk ma jhallasx fi zmien miftiehem johodluhu," qal Conrad lil Andy.

Andy baqa' sieket. Fehem li Conrad kien qed jghidlu dan il-kliem biex ikun insolenti. U biex idawwar id-diskors qal lil Conrad, "“Milli qed nara dik li ghandek hija biciletta gdida."

 "Iva l-ohra kienet antika u dejqitni. Din tiswa' hafna. Ma tixtieqx li jkollok biclietta?"

 "Iva," wiegbu fil-qosor Andy ghax issa kien iddejjaq mid-diskors vojt u bla mportanza ta' Conrad.

 "U tista' twahhalha f'mohhok darba ghal dejjem li qatt ma hu ser ikollok wahda. Jiena ma ndumx ma nerga' nigi narak. Sa dak iz-zmien tkun qed tirkeb ziemel biex tahrat flok bicicletta".

 U kif Conrad telaq jigri bil-bicikletta, Andy qal bejnu u bejn ruhu: "Ma nixtieq qatt li nkun sinjur jekk il-flus ineffhuni u juruni ikrah ma' kulhadd.

 

© Copyright INHOBB NAQRA