
4. IL-FTEHIM
" Allura inti tehtieg 3000 dollaru, hux hekk, Mr Grant," qallu Mr. Carter biex imorru mill-ewwel fuq il-ftehim bla ma jahli aktar zmien.
"Iva Mr. Carter."
"Tlett 3000 dollaru hija somma daqsxejn gholja, mhux hekk Mr. Grant.”
" Hekk hu."
Issa dan kien in-negozju li ried jaghmel Mr Grant. Isellef lil Mr Grant 3000 dollaru ghal sentejn, imma jitlobu li jwieghed ir-razzett bhala sigurta', jekk Mr Grant ma jasalx biex ihallas. Jekk allura Mr Grant ma jasalx biex ihallas il-flus wara sentejn, ir-razzett ikun tieghu. Mr Carter qallu: "Kont ser nghidlek li is-somma tat-3000 dollaru hija hafna biex tqieghed ir-razzett tieghek bhala garanti." Fi kliem semplici kien qed jurih li r-razzett ma kienx jiswa' daqshekk u kien qed jippretendi li ma kienx herqan li jislef flusu.
Mr Grant hareg dokument li fih wera lil Mr. Carter kemm kien hallas ghar-razzett. "Ir-razzett swieni sitt elef dollari," qallu.
Mr. Carter ipprova ghal darb'ohra jghidlu li r-razzett ma kienx jiswa' daqshekk. "Jiena nghid li r-razzett ma jiswiex aktar minn hamest elef dollaru. Jekk inti trid tbieghu ta' malajr biex takkwista is-somma li trid anqas iggib hames elef."
"Kieku jiena ma kellix bzonn il-flus hekk malajr zgur ma kontx inbieghu ghal inqas minn sett elef dollaru."
"Certament inti ghandek qalbek marbuta mar-razzett u dan il-fatt igghalek tahseb li jiswa' aktar."
"L-art hija ghammiela u fiha jikber hafna frott u haxix. Id-dar u kull bini iehor fiha huwa f'kundizzjoni tajba."
"Tajjeb mela inti trid tlett elef dollaru u jiena lest li nislifhomlok. Ikollok thallas interess ta' sitta fil-mija. Kun af ukoll li barra l-interess inti trid thallas is-self fi zmien sentejn, " qallu Mr. Carter.
Dan kien ifisser li jekk Mr Grant jonqos, Mr Carter kien johodlu r-razzett.
"Sentejn?" irrepeta Mr. Grant.
"Iva. Ma inhix cert li nista' nisilfek is-somma ghal aktar minn sentejn. Ser naghtik dak iz-zmien biex taqa' dejnek kollu."
"Imma din hija haga mpossibbli li inhallas kollox fi zmien sentejn. Veru li naghmel xi ftit tal-flus mill-prodotti tar-razzett, imma dan ma jaghmilnix xi sinjur. Nista naghtik l-interessi imma ma ghandix flus bizzejjed biex naghtik lura tlett elef dollaru fi zmien sentejn."
Mr Carter ghamillu dawn il-kundizzjonijiet iebsa ghaliex haseb li Mr Grant ma jhallasx fiz-zmien miftiehem u ghaldaqstant ir-razzett kien jaqa' taht idejh, haga li xtaqa hafna.
"Imbaghad wara kollox inti tista' issib lil xi hadd iehor, tbieghlu r-razzett u tuza xi ftit minn dawk il-flus biex thallasni," infurmah Mr. Carter.
" Ma nistghux naghmlu fil-ftehim li inti lest li tislifhomli ghal hames snin," talbu Mr. Carter.
Mr. Carter xengel rasu u qallu: " Le. Lest li noffrihomlok ghal sentejn u dak kollu. Jekk ma intix kuntent, ghidli u minn fejn gejt nerga' immur."
"Kollox sew Mr Carter. Lest li nissellef minghandek is-somma ta' 3000 dollaru ghal sentejn."
"Qed titkellem bil-ghaqal, Mr. Grant. U wara kollox ma nistax nifhem ghaliex 5 snin ikun ahjar ghalik. Ibni Andrew ghandu 16 il-sena. Meta jkollu 21 jista' jaghmel xi ftit tal-flus u jghinni."
"Ma ghandux l-opportunita’ li jahdem fejn jaghmel hafna flus. Naturalment forsi jizzewweg lil xi hadd li ghandu bosta flus. Nissoponi li ser izzommu mieghek biex jghinek fuq ir-razzett, mhux hekk?"
"Ghandi ma tkellimtx mieghu fuq hekk."
"Halli nghidlek Mr Grant, fuq ir-razzett ma hux ser jaqla' hafna flus. Ara gia la darba qbilna li ser insellfek il-flus, issa nahseb biex immur lura d-dar. Ghada ghaddi ghand l-avukat tieghi Dr. Towers u ghanek issib id-dokumentazzjoni kollha imhejja biex tiffirmaha. Malli taghmel dan, l-avukat Towers itik ic-cekk ghal tlett elef dollaru."
"Grazzi Mr Carter. Ghada tarani hemm."
"U bilhaqq jekk ma tridx lil Andrew jahdem fuq ir-razzett, nara nistghax insiblu xoghol."
"Grazzi ghal darb'ohra Mr. Carter. Nixtiequ li jsib xoghol fejn jista' jimxi 'l quddiem fil-hajja u jaghmel karriera."
© Copyright INHOBB NAQRA