
KAPITLU 3 - MIN HU MR CARTER?
Fis-sebgha ta' filghaxija, il-familja kollha kienet qed tistenna lil Mr. Carter. "Xejn ma tghogobni din il-haga," qal Andy. " Smajt li huwa ragel idu iebsa u ninsab cert li qed jaghmel dan bit-tama li jaghmel hafna flus ghalih innifsu."
Missieru wiegbu: " Inutli li nithassbu ghaliex qed jaghmel dan. L-importanti huwa li jislifna l-flus u nkunu kapaci li nhallsuh lura biex inzomm ir-razzett taghna. Inkella ikollna nhallsu bir-razzett taghna u ma jkollna imkien fejn indahhlu rasna."
Fil-hin puntwali Mr. Carter kien hemm, fir-razzett ta' Mr. Grant u l-familja tieghu. Kien Andy li fetahlu l-bieb. Mr Carter kien jridha li hu bniedem importanti hafna fil-belt ghax kien jaf li ghandu hafna flus.
"Il-lejla t-tajba Andrew. " Allura gejt id-dar mill-iskola.?"
"Iva," wiegbu Andy.
"Meta wasalt?"
"Illum wara nofsinhar."
"Nahseb smajt xi gralu missierek. Tassew sfortunat."
"Iva. Mr Carter."
"Tassew jiddispjacini ghal missierek. Qed nipprova nghinu biex johrog minn dan l-inkwiet. Kien iblah li afda lil dak il-brikkun ta' Lawerence." Andy kien cert li Mr Carter kellu ragun, imma ma xtaqx jisma’ lil xi hadd jaghti htija lil missieru.
It-tnejn imxew mill-intrata biex jidhlu fis-salott tad-dar. "Nahseb li missierek huwa hawn, hux hekk?" staqsa Mr Carter.
"Daz zgur. Qed jistenniek."
Hekk kif Mr Carter dahal fis-salott, Mr Grant qam minn fuq is-siggu bandla u laqa' lill-vizitatur.
"Qed niehu gost li gejt, Mr Carter. Hu siggu hdejn in-nar," stiednu Mr Grant.
"E. Jiena ma nabbandunax lill-garr tieghi ghax fuqu waqghet sfortuna, " qallu Mr. Carter.
Il-kliem kienu balzmu, imma Andy kien suspettujz. Kien inkwetat li missieru kellu jfittex l-ghajnuna minghand xi hadd bhal ma kien Mr. Carter.
"Kull ma jmur qed jiksah," qal Mr Carter waqt li hakk idejh ma' xulxin. " jiena ma inhiex imdorri li noqghod f'dar kiesha forsi ghax fid-dar tieghi jiena ghandi shana iddur mad-dar kollha."
Mrs. Grant qabad pala faham u xehitha fuq in-nar. "Nittama li issa ma tibqghax thoss il-bard."
Mr Carter qal: " Jiena OK. Biss ma inhix imdorri nhoss il-ksieh, pero’ nista' nistaportih meta jkun hemm bzonn.” Andy hass fawra ta' korla ma' wiccu, izda ha pacenzja. Bi kliem pulit kien qed jghidilhom li huma fqar u huwa sinjur.
"Qed nara li bghattu ghal Andrew biex it-tifel jkun prezenti,” sahaq Mr Carter.
"Iva. Minn issa 'l quddiem ma nistax inzommu fl-Akkademja Penhurst."
"Tassew decizjoni ghaqlija, Mr Grant, " qallu Mr Carter. " Ma hemmx dubbju li haga bhal dik kienet qed tiswik sold mhux hazin, mhux hekk?
" Il-mizata kienet tigini 300 dollaru fis-sena."
Mr Carter deher li ha din l-informazzjoni.........." X'hala ta' flus! Skuzawni li ghidt hekk, imma pass bhal dak kien huwa ta' bluha. Jidher li huwa hela ta' flus."
Hawn indahlet Mrs Grant u staqsietu: " Inti ma temminx fl-edukazzjoni, Mr Carter?"
"Iva, imma ma setghax jiehu l-edukazzjoni tieghu hawn?"
"Le, ghax hawn ma jitghallmux u anqas jghallmu l-Griek u l-Latin."
"U xi htiega hemm li jkun jaf dawn iz-zewg lingwi. Jiena ma nafx Latin u Griek, u madanakollu jiena sinjur u kulhadd jaf kemm jiena mportanti."
"Kollu veru," wiegbu Mr Grant, "imma Andy studja l-lingwi biex imur il-kullegg."
"Jiena zgur ma nibghatx lil ibni jistudja fil-kullegg, ghalkemm nghiduha kif inhi, nista nhallaslhu biex jaghmel dan."
"Forsi ma jinpurtahx jew anqas jinteressah, " wiegbu Andy.
" Ibni kuntent li ghada pitghada jikkontrolla kollox hu. U t-tifel tieghek x'ser jiswielhu li jmur il-kullegg."
"Jixtieq isir ghalliem," wiegeb Mr Grant.
"Ghalliem ma tantx jaghmel flus, Mr Grant," qallu Mr Carter. "Habib tieghi sar ghalliem u ftit jaghmel flus."
"Il-flus mhux kollox," wiegeb Mr Grant.
"Meta ma jkollikx bizzejjed minnhom tkun taf x'jigfieri," qallu Mr Carter. "Ghalhekk qed titlobni li nisilfek ftit, mhux hekk? Halli naraw x'nista naghmel ghalik."
© Copyright INHOBB NAQRA