KAPITLU 2   L-AHBAR HAZINA.

Hekk kif Andy nizel fuq il-pjattaforma ta' l-istazzjon, ra lil Roland Hunter, wiehed mit-tfal tal-garr taghhom.

"Kif inti, Andy?" qal Roland bi tbissima ferrieha. " Tissorprendini narak gej id-dar. Certament li inti ma intix fuq vakanza, mhux hekk?"

"Le; ircevejt telegramma u nghidlek il-verita' hasditni. Gara xi haga hazina id-dar?

"Sa fejn naf jien, le. Ma gara xejn," qallu Roland.

Andy ha nifs 'l gewwa bhallikieku kien strah minn xi haga li kienet qed ittaqqlu. "Kont qed nibza' li xi hadd mill-familja seta' marad."

"Ma nahsibx. Li kieku kien hekk kont nisma' xi haga, meta jiena noqhod daqshekk qrib il-familja tieghek," wiegeb Roland.

"Mela allura missieri ok."

"Qed issemmi lil missierek smajt li kellu ugigh ta' ras qawwi," qallu Roland. 

" Imma ma hu xejn serju," wiegbu Andy. " Inti ghad-dar? Jekk inhu hekk nimxi mieghek"

"Ara, ma nimxu xejn. Ghandi l-buggy taz-ziju, qieghed fuq in-naha l-ohra ta' l-istazzjon, inwasslek sad-dar. Xejn xejn tiffranka il-piz tal-bagalja," stiednu Roland. Buggy hija karozzella zghira migbuda minn ziemel.

"Grazzi, Roland. Il-Bagalja tieghi hija kemmxejn tqila u billi ghandi bicca sewwa ghad-dar naccetta bil-qalb kollha l-offerta tieghek."

"Mela itla'," qallu Roland bid-dahqa. " Ma nafx, imma nhoss li ghandi nitolbok kwart ta' dollaru. Huwa hlas xieraq li thallas meta tirkeb il-karozzella."

"Kollox sew mela jekk trid tista' titfa' mal-kont," wiegbu Andy bid-dahka fuq fommu." Isma ghax anqas kont staqsejtek. Tal-familja tieghek kollha tajbin?"

"Oh, daz- zgur specjalment Lily. Inti u hija, intom hbieb kbar bqajtu, sa mill-iskola primarja ikolli nghid. "

"Iva," wiegbu Andy.

"Biex nghidlek dejjem issemmik. Aktar tiftakar fik milli f'huha," qallu Roland.

" Il-bniet generalment ma japprezzawx lil huthom is-subien u nemmen li kieku kelli ohti kienet aktar titkellem fuqek milli fuqi," wiegbu Andy.

Roland wassal lil Andy sa hdejn il-bieb. Missieru kien propjetarju ta' razzett kbir hafna. Kien iservi wkoll bhala d-dar ta' missieru, ommu u huh Robbie. Kollha kienu jghixu kuntenti fih - sa issa. Andy fetah ix-xatba u baqa' diehel sal-bieb ta' quddiem." Imma x'seta gara biex baghtu ghalija hekk malajr?" haseb f'qalbu Andy.

Giet laqghitu ommu bit-tbissma fuq fommha. Imma Andy seta' jara li kienet imhassba u mhassba sew.

"Allura rcevejtu t-telegramm tieghi?" qaltlu. " Ma stennejtx li se tkun hawn daqshekk malajr."

"Ma mill-ewwel tlaqt ghax thassibt hafna, X'gara? Inti thossok tajba?"

"Iva, imma tlifna hafna mill-flus li kellna."

"Imma kif?"

"Tiftakar lil Nathan Lawerence li kien habib ta' missierek?"

"Daz zgur," wiegeb Andy "Kien jigi jzurna ta' spiss. U tant kien min ta' gewwa li kont insejahlu z-Ziju Nathan, ghalkemm naf li ma kienx iz-ziju tieghi."

"Mr Lawerence qal lil missierek li ried jissellef 6,000 dollari mill-bank biex jixtri razzett. Il-Bank ried itih biss jekk xi hadd ikun garanti ghas-self u missierek accetta." 

"Ma nistax nifhem sew, ma," qal Andy.

"Dak li missierek kien tassew qed jaghmel, kien qed jghid lill-Bank, - ara sellef lil Mr.  Lawerence 6,000 dollari u jekk ma jhallsekx inhallsek jiena."

"Imma mar xi haga hazin fir-razzett ta' Mr Lawerence?" qal Andy. " Il-hsad din is-sena kien tassew abbundanti."

"Mr Lawerence qatt ma xtara ir-razzett. Ha l-flus tal-Bank u sparixxa."

"Li jfisser li seraq, mhux hekk!" qal Andy. " Certament missieri mhux obbligat li jhallas ghal din il-haga."

"Wisq nibza li hekk ser ikollu jaghmel hekk," qaltlu ommu. " Ara missierek fil-fatt kien qed jghid lill-Bank li jemmen li Mr Lawerence kien bniedem onest u kien ser ihallas hu s-self. U anke wieghed li jekk Mr Lawerence jonqos huwa jhallas dik is-somma minn butu."

"Allura issa x'ser jigri?"

"Fil-bank fadal 3.00 dollari u ghall-bidu nuzaw lilhom. Nissellfu 3,000 ohra u nuzaw ir-razzett taghna bhala garanti."

"Mr. Carter qalilna li lest li jislifna 3,000 dollari, imma jkollna nhallsuh bis-6 fil-mija interess. U jekk nonqsu li nhallsuh Mr Carter jista' johdilna ir-razzett. Dak ifisser li irridu nhallsu lil Mr Carter 180 dollari fis-sena."

"Jekk naghmlu hekk, intom tistghu tibqghu thallsu l-mizata ta' l-iskola?" staqsa Andy.

Dak il-hin dahal missier Andy. " Tassew jiddispjacini Andy, imma issa ma nistghux nhallsuha, il-mizata tieghek. Ikollok thalli l-iskola. Tassew inhoss rasi ddur bija ghaliex naf li kont herqan li tghaddi mill-ezami biex tmur l-kullegg. Kollu tort tieghi. Ma jmissnix afdajtu lil Mr.Lawerence."

"Imma missier," qal Andy, " Mr Lawerence kien tant  jidher li huwa veru habib. Hadd zgur ma kien jistenna li ser jaghmlilna xi haga hekk. Jekk inhalli l-iskola, nista' insib xoghol u naqla xi ftit flus. Nista' inhallsek xi haga u dan ikun il-bidu tal-karriera tieghi.


© Copyright INHOBB NAQRA