KAPITLU 8

TOM ITEMM HAJTU FUQ IL-BAHAR

“Tom tirrakontalix izjed ghax qed tbezzghani. Ahjar ma tmur xejn,” qaltlu Marija.

“Bluha,” wegibha Tom. “Nista’ immut hawn daqs li nista’ immut hemm” U hawn Tom kellu wiccu aktar serju. “Jekk jigrili xi haga, tahseb li kollox ikun sew?”

“Ikun kollox sew, xhiex?” staqsietu Marija minghajr ma fehmithu.

“Iva, inti taf li jiena ma nistghx nersaq lejn is-sagrament tal-qrar hlief meta nkun fuq l-art. Suppost li tigi fuqna maltempata f’daqqa wahda, Alla jahfirli dnubieti minghajr ma mmur ghand is-sacerdot?”

“Daz zgur, Tom. Alla jrid li nersqu lejn is-sacerdot, nistqarru dnubietna u nitolbuh mahfra b’fehma soda li ma nergghux biex jahfrilna dnubietna. Imma jekk ma hemmx sacerdot kull ma ghandek taghmel hu li dak il-hin tghid lil Alla li jiddispjacik ferm u ferm ghal l-offizi li ghamilthu u li ma tergax taghmilhom anzi tahrab dak kollu li waqqghek fid-dnub, iva Alla jahfirlek.”

“Qed niehu pjacir ta’ dak li ghidtli; jiena kont nafu dan ghaliex hekk smajt, imma ridt inkun cert u nistaqsik,” qalilha Tom.

Hsieb ta’ biza waqa’ fuq mohh Marija u staqsietu: “Ma naghmlux mod li inti qed tahseb li mhux ser tirritorna d-dar ghax ser tiltaqa’ ma’ xi ghawc fuq il-bahar, hux hekk,Tom?”

“Daz zgur li le,” wegibha bid-dahqa biex itajrilha kull hsieb ta’ niket. “Mhux kemm-il darba ghidtlek  li rrid ingemma flus bizzejjed biex nixtri vapur u inkun kaptan tieghu? X’ingiblek mill-art li ser insiefer  ghaliha?”

“Jiena ma rrid xejn hlief li inti tasal hawn qawwi u shih,” wegbitu Marija. L-ghada nfirdu minn xulxin u meta kien il-boghod rega’ ta l-ahhar harsa lejhom u xejrilhom . Kien qed ihoss li dik kienet l-ahhar darba li kien qed jarahom imma ma setghax ikun jaf ghaliex.

“Hemm haga wahda biss tajba, li huwa mhux ser idum wisq imsiefer,” qalet Mrs. Kelly, filwaqt li dahlet gewwa u meshet ghajnejha mid-dmugh permezz tal-fardal. Marija baqghet tahseb fih il-jum kollu u l-granet li gew wara. L-ahhar kelmiet ma’ Tom impressjonawha. Hija kienet titlob lill-Vergni Marija biex izomm lil Tom qawwi u shih u tghinu kontra kull tentazzjoni. Qabel ma z-zaghzugh telaq, huwa kellem lill-qassis u qallu kif il-bahrin kollha dahqu bih ghax gab mieghu kurcifiss u xi medalji ohra religjuzi li huwa kien jilbes u kif gietu ghal darba tnejn it-tentazzjoni li jarmihom il-bahar biex ma jkomplux jidhqu bih. 

Is-sacerdot inkoraggih biex ma jaghmilx hekk ghax inkellha juri quddiem kulhadd li huwa dghajjef. “Kun kuraggjuz u uri l-fidi tieghek bla biza quddiem shabek. U Alla meta tidher quddiemu ghal-gudizzju jistqarrek quddiem l-angli u l-qaddisin kollha tieghu li inti kont fidil lejh.U jghidlek litalli kont fidil fil-ftit jiena ser inqieghed fuq il-wisq. “Idhol fil-ferh ta’ Sidek.”

 “Nipprova, Father,” qallu Tom, “Nafli ma hiex haga hafifa, imma nipprova.” Il- vapur salpa mill-port u kollox mar sew, imma l-ghawc inqala fil-vjagg lura. Ma kienux ilhom aktar minn 3 ijiem barra mill-port li ma lahqithomx tempesta qawwija ta’ riefnu u ghalkemm il-vapur kien wiehed jiflah ghal maltemp kull min kien abbord beda’ jibzghu. Sahansitra l-kaptan ukoll kien preokkupat hafna. Tom mhux inqas minnhom. Beda’ jghid r-Ruzarju u jitlob mahfra lil Alla ghal kemm-il darba kien offendih. 

Abbord il-vapur kien hemm daqsxejn ta’ tfajjel li kien iben il-kaptan li sar ihobb hafna lil Tom. Gie jigri hdejh u qallu: “Ma rridx nghereq, irrid immur id-dar ghand ommi,”

“Shh, Gerald,” qallu Tom, “tikbix ghax ma jiswa’ ghal xejn, Hawn ara, aghti harsa lejn dan.” U Tom dahhal idejh fil-but u hareg kurcifiss. “Ara Gesu’ x’ghamel ghaliex ihobbok. Sab ruhu f’maltempata qalila u bis-setgha tieghu ta’ Alla mewwet il-mewg u l-bahar sar kalm. Ejjew nitolbu biex jirrepeti dan il-miraklu issa ukoll.”

“Ma nistghux,” qallu it-tfajjel filwaqt li trekken ma’ Tom, “It talb insejtu, kif nghidu tant jiena bezghan.”

“Ejja nghidu Sliema u Qaddisa” heggu Tom.

“Ma nistax nikkoncentra. Ghidha inti Tom, u iddumx,” werzaq Gerald hekk kif mewga ohra habtet mal-vapur u ghezzithu mill-poppa sal-gverta. Il-kaptan gie u ha lil ibnu kollu imxarrab u jirtghod bil-biza’.

“Tom, Tom, fejn qieghed?” ghajjat Gerald ihares lura hekk kif missieru garru lejn il-kabina. Imma Tom gheb. Mewga akbar minn ta’ qabilha garritu maghha u sighat wara gabru l-gisem bla hajja, bil-kuruna tar-Ruzarju mdawra ma idu u s-salib imdendel ma’ ghonqu.

Il-maltempa waqfet u setghu jkompli triqthom lejn il-port. Kulhadd kien ferhan, imma l-ahbar tal-mewt ta’ Tom nisslet fihom sinjali ta’ dieqa ghaliex kulhadd ftakru gharkubtejh jitlob ferventi waqt il-periklu u kien hemm min qal li bis-sahha tat-talb tieghu huma jinsabu qawwija u shah. Alla kien sema’ it-talb tieghu. Sadanittant Marija u Mrs.Kelly kienu qed jistennew herqana li Tom jasal lura. Imma kull jum li kien jghaddi, ma kienx hemm ahbaru. Kull tahbita fuq il-bieb Marija kienet tahseb li kien wasal hu. U allura kien xokk kbira ghal Marija meta gurnata wahda rritornat mix-xirja li ommha qaltilha biex taghmel u fil-kcina issib barrani.  Quddiemha rat lil ommha tikbi, il-barrani jipprova jwennisha u l-kurcifiss li kellu Tom kien fuq il-mejda. Marija fehmet it-tifsira ta’ dik ix-xena. Griet lejn ommha u ntefghet fuq dirghajha filwaqt li qaltilha.:

“Issa naf li huwa mejjet, naf li huwa qatt ma ser jerga’ lura!” Meta Marija stejqret mill-hasda, meshet ghajnejha mid-dmugh u qaghdet tisma’ dak li kellu jghid il-barrani: kif fl-eqqel tat-tempesta huwa kien kalm, jitlob il-hin kollu b’tama kbira f’Alla u li l-kuruna tar-Ruzarju tant kienet imdawra sew ma’ idejh li hallewielhu kif kienet meta poggew fit-tebut u difnuh fil-bahar.

“O Mama, mama,” qalet Marija tolfoq meta kienu wahedhom, “li kieku miet id-dar kemm kien ikun ahjar. Stajna immoru nzuru qabru kultant. Ma nistax innizilha li jinsab midfun fil-bahar.”

 “Imma skont ma qalilna dak ir-ragel miet mewta ta’ qaddis,” qalet Mrs Kelly. ”Ghandna nkunu ferhana li miet jitlob bil-kliem ta’ Marija Ssma fuq fommu. Kemm ghamilt sew li sejjahtlu biex jigi maghna dik il-lejla li rajtu jikbi fuq it-tarag ta’ dar.”

“Mama tiftakar kemm dam ihares lejn il-kurcifiss dik illejla u kemm staqsa biex ikun jaf aktar? Tiftakar li l-ewwel talba li tghallem kienet is-Sliema u l-Qaddisa?”

Kul min sema’ b’ahbar iddispjacih anke dawk li ma kellhomx grazzja mieghu ghaliex kien fqir u injurant, ilkoll kellhom xi haga ta’ tifhir xi jghidu favurih u weghdu li jitolbu ghar-ruhu. 

Mrs. Kelly u Marija qatt ma insewh fit-talb taghhom. U meta Marija kibret u zzewget u kellha t-tfal taghha dejjem kienet itrrakontalhom il-grajja ta’ Tom u l-Kurcifiss.


© Copyright INHOBB NAQRA