KAPITLU 7

TOM JIBDA' L-HAJJA FUQ L-BAHAR

Sab bahri fuq il-vapur u talbu biex jiktiblu ittra halli qabel jitlaq jimpustaha. 

Mrs Kelly ma baqghetx idejha fuq zaqqa. Griet fuq li griet biex tara titlaqax mieghu. Li kieku ma kienx garr li qalilha li ra lil Tom b’sorra fuq spalltu, xejn ma kien inehhilha minn mohha li xi hadd seta’ qatlu jew laqtu bil-karozza.

Issa kulhadd kellu xi parir ghal Mrs Kelly. “Isma’ milli qed nghidlek, Mrs. Kelly. Qatt ma ser tisma’ bih aktar. Dejjem hekk kien li meta inti turi hniena ma’ xi hadd, jitlaq meta jkun ha li ried.”

“Ah, jiena hsibt li xejn gid ma ser johrog minn dak li ghamilt,” qaltilha ohra. “Nahseb li terga’ tahsibha li terga’ iddahhal go darek lill xi tfal li jiggerrew fit-toroq.”

U minkejja dak kollu li kienu qed jghidulha Mrs.Kelly u Marija ma hasbux hazin f’Tom u ma kienux sorprizi meta l-pustier gabilhom ittra li kienet tghid hekk:

  “Mill-vapur Alice. 

Ghaziz ommi u Mary – Nispera li kemm inti u Mary tinsabu tajbin. Skuzawni li ghamilt dan il-pass, imma ma ridtx nibqa’ ta’ piz fuqkom. Jiena ser naqbad ix-xoghol ta’ bahri u meta fi zmien sena’ nigi lura, mieghi ingib hafna flus u pappagal ghal Marija. Ghalissa daqshekk. Inhobbkom Tom.”

Marija nfaqet tikbi u Mrs. Kelly meshet d-dmugh minn ghajnejha bil-fardal.

"Oh, mama kemm hija haga kerha. Ser indumu ma narawh sena,” qalet Marija tolfoq. U kompliet tghid: “ Min jaf jekk jerghirqx u ma narawhx izjed?”

“Tghidx hmerijiet, binti, Hemm il-Madonna tharsu kemm meta jkun fuq il-bahar kif ukoll meta jkun fuq l-art. Tom jerga’ jigi lura, issa tara. Imbierku jiena minn hawn.”

Mrs. Kelly daret lill-girien kollha bl-ittra f’idha u qaltilhom: “Kont nemmen li nisma’ minghandu. Telaq biex ma jkunx piz fuqna. Kburija b’dak it-tifel. Alla hares inkun naf li kien hemm xi hadd li webblu li jkun ta’ piz ghalina, ghaliex niggieled mieghu.” Sahansitra marret il-knisja turi l-ittra lis-sacerdot.

Biex iwwennisha l-qassis qalilha: “Ara Mrs. Kelly tista’ tkun l-ahjar triq ghal dak iz-zaghzugh, wara kollox l-imhabba u l-gibda lejn il-bahar jidher li titwieled fiz-zaghzagh – taf inti bhal l-ilma ghall-papri.  Madanakollu Tom qatt ma jmissu hallik b’dan il-mod.”

 “Nittama biss Father, li Tom jerga’ jigi qawwi shih xi darba,” qalet il-povra Mrs. Kelly. “Kieku kont naf qabel dan il-vapur halla l-port, kont zgur immur ghalih, anke kieku kelli nimxi gharkubtejja t-triq kollha.” Il-qassis tbissen hekk kif qam biex jifthilha l-bieb.

 “Ma ghandek qatt taqta’ qalbek. Nemmen li jum wiehed ghad tara lil Tom qawwi u shih. Itlob ghalih lil Marija, Omm Gesu’ biex tharsu minn kull deni u ghelt.”

“Dak li ghedtilha lil binti Marija, Father. Haga li ma nistghax innizilha li Tom jinsab mili u mili ‘l boghod fuq il-bahar.”

Sellmiltlu u marret lura d-dar biex tikkonsla lil Marija.

Ghadda s-sajf u anke l-harifa u waslet ix-xitwa bil-maltempati, rih u xita.  Mrs. Kelly u bintha tredghu bil-biza’ li Tom seta’ kien x’xi periklu, tiela u niezel fuq il-mewg qawwi tal-bahar. Min jaf kemm talbu biex Tom jzomm shih. U t-talb taghhom ma kienx ghalxejn ghaliex fi tmiem is-sena Tom rega’ lura id-dar qawwi u shih. Tant kiber u tbiddel fid-dehra tieghu li l-girien ma gharfux mill-ewwel. Ma neshiex il-weghda tieghu lil Marija ghaliex gabilha pappagall u lil Mrs. Kelly gabilha xall tassew sabieh u li jsahhan fil-granet keshin tax-xitwa. Mrs. Kelly kienet tiddandan bih kull nhar ta’ Hadd meta tmur tisma’ l-Quddies.

“Nittama li ma nsejtx dak li ghallimnik, hux hekk Tom?” staqsiet Mrs. Kelly dik l-ewwel lejla li kienu flimkien.

Tom waqaf jahseb ftit u wara wiegeb: “Da zgur li le, ghalkemmm kien hemm mumenti li kwazi kont. Fuq il-vapur kien hemm bahrin li hlief jixorbu u jidghu u jitkellmu hazin ma kienux jafu. Kwazi kont ser naghmel bhalhom, imma waqaft ghal ftit u hsibt…..u hsibt f’dan. Dahhal idu fil-but u hareg kurcifiss zghir mill-gakketta. “ Kont inhares lejh u nghid lili nniffsi – Tom ma tistax taghmel bhal dawk, jekk trid tassew thobbni kun kuraggjuz.”

“Imbierek inti Tom li hadt dak mieghek. Imma qatt ma kien imissek tlaqt hekk, kiesah u biered, bhal l-Erbgha fost il-gimgha. Anqas biss ma hadt il-barka tal-qassis,” qaltlu Mrs. Kellu. Tom hassu jisthi u xtaq li l-art tibilghu.

“Naf ghandek ragun. Mhux ghax ma kienx jimpurtani Mrs. Kelly, imma bzjat li zzommni. Ghada mmur inqerr u fil-vjagg li jmiss naghmel ahjar.”

“Tghidlix li ser terga’ ssiefer,” qalet Mrs. Kelly. “Issa gawdejtu bizzejjed il-bahar u tista’ tibqa’ maghna.”

Imma minn widna dahal u mill-ohra hareg ghaliex Tomm kien diga’ deciz li jerga’ u jerga’ jbahhar sakemm jaqla’ flus bizzejjed u jkun sid ta’ vapur.

Meta tarrfilha hsibijietu qalilha: “U intikom vjagg lilkom it-tnejn.” Imma Mrs. Kelly ma kienx jimpurtaha minn dik l-offerta.

Meta wasal iz-zmien li Tom jerga’ jimbarka, u Mrs Kelly u Marija rawh tant resolut, ma ghamlulhu ebda oggezzjoni. Kbewh hafna meta gie biex jitlaq. Imma din id-darba sab xoghol fuq vapur merkantili li kien jaghmel vjaggi bejn zewg portijiet qosra u frekwenti. Allura kien ikollu zmien bizzejjed biex jarahom ta’ spiss. Dan kien ta’ konfort ghalihom.

Qabel telaq Mrs. Kelly irrakomandantlu biex ma jabbandux it-talb, ghax bizzejjed kien jitlef hafna quddies.

L-ahhar lejla Tom kellu diskursata ma’ Marija li baqghet tiftakar ghal hafna snin wara.

 “Marija, ix-xoghol ta’ bahri huwa perikoluz. Tivvjaga fl-irjihat qawwija u tempesti hija xi haga tal-biza’. Kultant tahseb li ser tghereq u taqa’ fil-bahar. Ara l-ahhar vjagg li ghamilt, wiehed mill-ekwipagg waqa’ minn fuq l-arblu centrali tal-vapur u sakemm tellghuh mill-bahar kien diga’ mejjet.”


© Copyright INHOBB NAQRA