KAPITLU 6

TOM JITLAQ LEJN IL-PORT 

Ghaddew il-jiem u anke il-granet u ghalkemm Tom Rodgers ma qal xejn, l-idea antika kienet ghadha tberren f’mohhu. Hass li kellu jaghmel xi haga u ma jibqghax ta’ piz fuq Mrs. Kelly li kienet tbati hafna biex taqla’ xi sold halli tghix hi u bintha Marija.

Imma ma kienitx haga hafifa li issib xoghol gewwa Londra. Kien hemm hafna tfal li kienu jafu jaghmlu xoghol aktar minnu. Ahseb u erga’ ahseb gietu idea sublimi. Ghaliex ma jbahharx?

Gurnata wahda qal b’din l-idea tieghu lil Marija waqt li t-tnejn flimkien kienu qed jistennew lil Mrs Kelly tirritorna mix-xoghol.

“Marija qed  nghid, ma tkunx haga sabieha li kieku jiena nbahhar?”

“Le” wegbitu Marija instantanjament. “Jiena ma tghogobni xejn din l-idea tieghek. Barra minn hekk ma jaccetawkx.”

“Kemm ingiblek affarijiet sbieh mill-artijiet li nieqfu fihom!” qalilha.

Marija dahqet. Dak il-hin Mrs. Kelly dahlet id-dar u t-tnejn waqqfu mid-diskorsta li kellhom bejnithom.

Jum wiehed id-diskors li sema’ aktar gaghlu li jkompli jimxi max-xewqa tieghu.

“Povra Mrs Kelly,” qalet wahda mill-girien hekk kif Tom kien ghaddej. “Vera tal-misthija li jkollok guvni bhal dak u jaqa’ fuqha biex jghix. Wara kollox hija armla. Tahdem bla waqfien ghal hobzna ta’ kuljum” Dak il-kliem laqtu fil-laham il-haj u ddecieda li jimxi fuq il-pjan tieghu: jitlaq bla ma jghidilhom xejn. Ghodwa wahda waqt li Marija kienet l-iskola u Mrs Kelly ix-xoghol gabar xi hwejjeg, sarrhom go xkora nadifa, ta l-ahhar harsa madwar il-kamra u telaq inkiss inkiss. Hassu qalbu sewda u kwazi ingrat li telaq habta u sabta minghajr ebda kelma jew tislima. Dejjem ittratawh tajjeb. Ha mieghu kurcifiss zghir u medalja u tefaghhom fil-but tal-glekk. Dawk kienu l-aktar hwejjeg gheziez li jfakkruh f’Marija u Mrs. Kelly. Ghalkemm hassu imdejjaq li ser jitlaq bla ma jsellmilhom, ra li kienet l-aktar haga f’waqtha li ma jkun aktar ta’ piz ghalihom. Kieku qal lil Mrs. Kelly bil-pjan tieghu zgur li ma kienitx thallih jitlaq. Haseb li Marija kienet ser thoss in-nuqqas tal- presenza tieghu u li Mrs. Kelly tghid li huwa kien ingrat ghall-gid kollu li ghamlet mieghu.

Ghalaq il-bieb u telaq ghal ghonq it-triq jahseb kif ser isib mezz biex ma jhallihomx bhal l-Erbgha fost il-gimgha. Wara li mexa’ u mexa’ sab ruhu fil-kampanja. Hass li l-guh beda’ jaghmel tieghu u hareg xi fdalijiet li Mrs. Kelly kienet halliet ghal ikla ta’ nofsinhar. Inxtehet taht cint u beda’ jiekol filwaqt li jahseb jekk indunawx li kien hallihom. Ftit wara kienet ghaddejja mara bil-karrettun u talabha tatih passagg. Wara li semghet l-istorja tieghu, din il-mara ta’ qalb tajba hennet ghalih u tatu ftit tiben biex fuqu jorqod fil-ghorfa filwaqt li hejjietlhu kolazzjon ta’ ftit hobz u halib. Ghaddha minn villagg ghal iehor u sab hafna nies li hennew ghalih. Fl-ahhar wasal hdejn il-bahar wara vjagg ta’ hafna jiem.

Meta wasal hemm, marlu l-kuragg kollu ghaliex kien dahal il-lejl u huwa kien ihossu ghajjien u bil-guh u n-nies kienu jdawru spallejhom minnu. Fl-ahhar sab targa ta’ bieb u raqad bhalma kien jaghmekl fl-imghoddi. Meta qam filghodu quddiem ghajnejh ra b’mod konfus u mhawwad lil Mrs. Kelly, lil Marija u lill-kelb Bouncer. Mara tatu zewg soldi il-jum ta’ qabel u bihom Tom xtara kolazzjoni filghodu kmieni minn go hanut mahmug li rnexxilu jsib u imbaghad wara li hassu li gie f’tieghu, nizel lejn il-port biex jara ssibx xi vapur. Kieku vapuri kien hemm kemm trid, kbar u zghar. Dan ghamel kuragg lit-tfajjel ghax qal li xi hadd zgur isib biex jaccettah bhala bahri. Waqt li kien qed jahsibha, ragel li kien ilu jinnutah taptaplu fuq spallejh:

 “Zaghzugh, int barrani hawn, jew qed tfittex lil xi hadd?”

“Qed nipprova insib lil xi hadd li johodni mieghu fuq il-vapur bhala bahri,” wiegeb Tom b’wiccu minn quddiem.

“Fejn qeghdin ommok u missierek, tfajjel,” rega’ staqsa l-barrani.

“Ma ghandix u anqas ma naf min huma. Kont nghix ma’ wahda mara li kienet twajba mieghi. Imma kif tista’ tghix maghha meta bilkemm kienet taqla flus bizzejjed ghaliha u ghal bintha?”

“U kif taf li l-hajja fuq il-bahar ser tkun tghogbok?”

“Zgur tghogobni.” Il-barrani dahaq.

 “Trid tigi bahri mieghi fuq vjagg li ser naghmel? Hemm huwa ara l-vapur tieghi u ser nitlaq mill-port ghada.” 

“Iva,” wiegeb Tom kollu entuzjazmu

“Imma ma hemm hadd li jista’ jghaddilek kelma li inti persuna ta’min jafdak? Kif naf li inti ser tobdi? Jekk le hemm l-ingassa lesta ghalik.”

Tom ma bezghax ghal dan il-kliem. “Kollox sew, nigi jekk taccettani.”

“Ejj, ara l-vapur u jekk jghogbok  nippruvak,” qallu l-kaptan.

Meta tela’ fuq il-gverta tal-vapur, Tom hassu bniedem iehor, hieles minn kull bizghat u ferhan aktar minn qatt qabel. 


© Copyright INHOBB NAQRA