KAPITLU 5  

TOM JISMA' MILLI JGHIDULU

  Tom dam jghix ma’ Mrs. Kelly ghal xi zmien, meta jum wiehed it-tfajjel kennies habbrilha l-intenzjoni tieghu li ser jitlaqghom.

“Tahsibx li ser naghmel hekk ghaliex dejjaqtuni,” qalilhom Tom.” Ma hiex haga sewwa li jiena noqghod nghix minn fuq daharkom, Ghaldaqstant niehu l-ixkupa u naghmel hilti kollha biex nghaddi kif nista’.  U forsi kultant thalluni nigi narakom u Marija tghinni nitghallem xi hwejjeg ohra.”

“U le titlaqx Tom,” talbitu Marija . Mrs. Kelly daqshekk iehor kienet determinata li ma thallix jaghmel hekk.

“Ara Tom ma rridikx li terga’ tmur lura fit-toroq, issa li qed tghix maghna, hawn f’din id-dar. Qed naghmel hilti kollha biex nara insiblikx xi xoghol tajjeb jghodd ghalik, imma trid tiehu ftit pacenzja.”

“Imma qed nghix minn fuqkom u din ma nixtieqhiex,” qal Tom.

“Imma inti tghinni Tom. Min igorr l-ilma u jimla’ il-kitla u jixghel in-nar u jiehu hsieb id-dar meta Marija tkun l-iskola u jiena inkun xoghol? Inti tifel tajjeb u ibqa’ sejjer hekk u tara kif timxi ‘l quddiem. Zgur minn dan li qed nghidlek.”

Tom deher li accetta ghalkemm il-hsieb baqa’ jberren go mohhu, imma zamm kollox ghalih. Sadanitant huwa kien jaghmel kollox li kienet tghidlu Mrs. Kelly. Mrs. Kelly ma damitx wisq ma sabitlu impieg ma wiehed tal-hanut tal-haxix, li sidu kien jibghatu b’xi qadjiet meta kien ikollu hafna tqassim ta’ haxix x’ghamel, l-aktar fil-jum tas-Sibt. U meta ra li kien tfajjel bil-ghaqal anke beda’ jhaddmu matul il-gimgha. Tom kien kuntent li qed jaqla’ xi haga. Mrs.Kelly u bintha Marija kienu jghallmuh hafna fuq ir-religjon u Tom beda’ bil-mod il-mod jifhem li kien hemm Alla li ma kienx jiehu pjacir jara in-nies igibu ruhhom hazin, li kien hemm Alla li jara kemm matul il-lejl kif ukoll matul il-jum. Ghalih xejn ma kien hemm mohbi.

Meta Mrs Kelly stednitu biex imur il-knisja maghhom Tom irresista, izda fl-ahhar ceda’ u beda’ jattendi maghhom kull nhar ta’ Hadd.

Meta dahal fil-knisja laqtu ferm kwardu tal-Madonna.

“Marija, dak l-kwadru li hemm fuq, arah, dak bhal taghkom?” staqsa Tom.

“Iva, biss dak huwa akbar.”

“U dawk il-fjuri u xema quddiemha, ghalfejn?”

“ Issa nghidlek meta nohorgu. Tom ahseb biss f’dak li qed isir quddiemek li Gesu’ qed joffri lilu nnifsu lil Alla ghad-dnubiet taghna bnedmin", wegbitu Marija. Tom waqaf jistaqsi u ghamel kif qaltlu Marija ghalkemm kien fuq ix-xwiek biex jistaqsi aktar.

Meta ntemmet il-quddiesa u kien sejrin lura d-dar, Mrs Kelly saqsiet lil Tom x’derhlu mill-quddiesa.

“Kienet talba sabieha,” wegibha Tom filwaqt li ha nifs ‘l gewwa. “Rajt hafna xemghat u fjuri li qatt qabel ma kont rajthom. Xtaq kieku kont aktar attent, izda id-dehra taghhom fixklitni.”

“Ma jimpurtax, darb’ohra aghmel hiltek kollha biex tirbah in-nuqqas ta’ attenzjoni. Xorta wahda Gesu’ jibqa’ jhobbna basta dejjem inhabirku biex nghogbuh f’kollox. Ahna nqieghdu l-fjuri u x-xemghat biex nuru li nhobbu lil Gesu’ u lil Marija.”

“Rajthom il-fjuri u x-xema fuq l-artal?” kompliet tistaqsi Mrs. Kelly

“Iva u kien hemm hafna minnhom,” wegibha lura Tom

“Dak ghaliex kien hemm Gesu, haj bil-Gisem, id-Demm, ir-Ruh u d-Divinita’. Inti u jiena u kulhadd, hadd ma jarah, izda nemmnu li HU hemm qieghed fit-tabernaklu, jistenniena biex nersqu lejh bhalma nersqu lejn il-hbieb taghna,” kompliet tispjegalhu Mrs. Kelly. 

“ Huwa ghazel li ma jhalliniex narawh bhalma kienu jarawh l-appostli. Taht il-hobz u imbid ikkonsagrati hemm jinsab Gesu’. Temmnu inti Tom?”

“Gia la darba qalu Hu kif nista niddubita minn kliemu,” qalilha Tom. “Iva jiena nemmen.”

“Niehu gost tghidli hekk u Gesu jiehu gost ukoll’ jisimghek tghid li inti temmen fih. Ara issa immorru nsibu sacerdot biex jghallmek it-twemmin kattoliku.” 

U filghaxija marru ghand sacerdot biex jghallmu l-Katekizmu.

U minn dak in-nhar Tom beda’ jmur l-iskola u jitghallem hafna hwejjeg sbieh fuq it-taghlim ta’ Kristu. Kien jattendi regolari l-iskola u l-Hadd kien imur il-klassijiet tal-Katekizmu. Huwa beda’ bil-mod il-mod jitghallem dak kollu li sa ftit zmien ilu ma kien jaf xejn fuqu.

Lejla wahda Marija qalet lil ommha: “ Ma thossokx kuntenta li gibt lil Tom hawn maghna flok hallejtu jigri mat-toroq? Ma ser nibqa’ nitlob ghalih kuljum biex it-triq li jaqbad ikompli fiha.”

Iz-zmien ghaddha u Tom ircieva il-maghmudija, l-ewwel tqarbina u kull nhar ta’ Sibt kien jersaq lejn il-Qrar.


© Copyright INHOBB NAQRA