KAPITLU 4
MARIJA TKELLEM LIL TOM FUQ L-ISKOLA
Kien ghadu d-dlam meta Mrs. Kelly, flimkien ma’ bintha u Tom kienu qed jiehdu il-kolazzjon. Mrs Kelly kienet tqum kmieni u tahdem il-jum kollu biex taqla’ x’tiekol ghaliha u ghal bintha. Dawk il-jiem kienu jiem iebsa. L-ikel kien jiswa’ il-flus u li zzomm darek shuna mhux inqas. Minkejja li s-sitwazzjoni finanzjarja taghha kienet wahda mizera ma bezghitx tiehu lil Tom taht il-kura taghha, billi kienet temmen li Alla jkattar il-karita’ li ghamlet ma’ dak it-tfajjel.
“Tom, jiena ser nohrog naghmel nofs ta’ nhar xoghol u Marija sejra l-iskola,” qalet Mrs Kelly meta spiccaw jieklu. “Nista’ nafdak hawn fid-dar biex tiehu hsiebha sakemm nerga’ nigi?”
Tom baxxa tnejn rasu biex juriha li kien ser jaghmel dak li ordnatlu. “Tiehux hsieb.”
“Ara li ma ddahhalx xi tfal ohra hawn gew jew taghmel xi hsara? Ftakar li Alla ikun qed jarak il-hin kollu u jkun jaf dak kollu li taghmel. Gesu’ qed jarak minn hemm fuq, minn fuq is-salib,” wissietu Mrs. Kelly waqt li urietu b’sughajha lill-Kurcifiss.
“Dak ma jarax,” qalilha Tom.
“Da zgur . Dak huwa biss xbiha biex ifakkarna f’Gesu’ li issa wara mewtu fuq is-salib, qieghed fis-Sema. Huwa jinsab qrib taghna u jarana l-hin kollu.”
Tom deher li emminha. “Kollox sew,” wegibha,” Huwa ma se jarani naghmel xejn hazin. Naghtikom il-kelma tieghi.” U kelmtu zammha Tom ghaliex kien kwiet in-nofs ta’ nhar kollu sakemm waslet Mrs. Kelly. Huwa ghadda z-zmien jhares lejn xi kotba bl-istampi li hallewlu fuq il-mejda. Imma aktar qatta’ zmien ihares lejn il-kurcifiss, bhallikieku qaghad jahseb fuq dak kollu li qalulu.
“Fl-iskola x’titghallmu?” staqsa Tom meta Marija rriturnat lura mill-iskola.
“O li kieku taf kemm nitghallmu hwejjeg sbieh! u nitghallmu fuq kollox,” wegbithu lura. “Nitghallmu naqraw, niktbu u nispellu l-kliem u xi naqra hjata wkoll. Imbaghad inkantaw u naturalment ikollna l-lezzjonijiet tal-katekizmu.”
“Xi tkun l-ahhar kelma li semmejt? Fuq il-bqija gie li smajt. Izda mhux fuq l-ahhar wahda.”
“Dan huwa ktieb zghir li jghallimna r-religjon: dak kollu fuq Alla u x’ghandna nemmnu u naghmlu biex insalvaw. Is-sorijiet isaqsuni u ahna t-tfal inwiegbu.”
“U x’jisimha s-soru li tghallmek?”
“Swor Agnes,” wegbitu Marija.
“Jaqaw Swor Agnes hija wahda minn dawk li jilbsu ikrah? Ha nghidlek…. kemm grejna warajhom jiena u shabi biex indahqu n-nies bihom.”
Ma kienitx kelma li qal Tom ghaliex wicc Marija hmar bir-rabja. Kollha qilla qaltlu: “Ja tifel hazin. Jiddispjacini li ommi gabitek hawn u jekk tibqa’ taghmel hekk nghidilha biex tibghatek minn fejn gejt. Taf li Gesu’ jhobbhom lis-sorijiet. Huma tieghu u meta tittrathom hazin Gesu’ jiddispjacih.” Hawn Tom nidem minn dak li qal.
“Ma kelli ebda hsieb li noffendik, Marija. Ma kontx naf li huma ta’ xi hadd. Kont nahseb biss li jilbsu stramb hafna. Zgur li ma nergax nidhaq bihom gia la darba, inti Marija thobbhom u tirrispetthom daqshekk.”
Kemm xtaqet Marija li qatt ma dahal fid-dar taghhom, izda issa li qieghed hemm xtaqitu li jitghallem mill-izball tieghu. Dak in-nhar filghaxija Tom nizel gharkubtejh quddiem il-kurcifiss u thabat hafna biex jiftakar fil-kliem li sema’ imma ghall-mument insiehom. Fl-ahhar gewh f’mohhu u lissinhom ma’ l-ohrajn:
“Hobzna ta’ kuljum aghtina l-lum.” Huwa haseb li qatt aktar ma jsofri l-guh jekk jitlob ghal din l-intenzjoni.
“Ma,” qalet Marija lil ommha waqt li kienu sejrin jorqdu, “ma tahsibx li jixraq li Tom jibda’ jitghallem il-katekizmu?”
“Iva. Ghandi hsieb li nibda nghallmu ftit ftit meta jkolli ftit mumenti liberi u jehtieg li nibghatuh l-iskola u l-knisja, jekk irid joqghod hawn.”
“Hallieh ma joqghod hawn,” qalet Marija filwaqt li nsiet ir-rabja li kellha meta Tom insulta lis-sorijiet. “Wara kollox ma nahsibx li Tom huwa xi tifel hazin. Jekk tibghatu ‘l barra zgur li ma jitghallem xejn. Nista’ nghallmu xi ftit minn dak li tghallimt jiena, ma?”
“Iva, nemmen li tista’, ghaziza. Is-soru ghallmitek hwejjeg hekk sbieh li nahseb li inti tista’ tghallem lil Tom dak li tghallimt inti,”
“Allura nibda’ minn ghada,” qalet Marija. L-ghada kienet vakanza billi s-Sibt ma kienx ikollhom skola. U ma’ l-ewwel mument Marija resqet fejn kien hemm Tom jaqta’ l-injam tajjeb ghan-nar u bil-katekizmu f’idejha qaltlu: “Tom jekk trid nghallmek dak li tghallimt jien.”
“OK,” wegibha Tom, “ Ibda’”.
“Nahseb li inti tixtieq isalva lir-ruhek u tmur il-genna?”
“X’jkunu dawn? Qatt ma smajt bihom. Ghidli ftit fuqhom.”
“Mela nibdew. L-ewwel mistoqsija ghandha tkun, Min halqek?”
“Min halqek?” irrepeta Tom warajha
“Dik hija mostoqsija. Mhux suppost li tirrepeta warajha, izda li tghidli t-twegiba.”
“Nahseb li gejt mahluq bl-istess mod li l-bnedmin kollha jkunu mahluqa, mhux hekk?”
“Iva huwa Alla li halaqna. U allura t-twegiba ghandha tkun: Alla halaqni”
“Qatt ma kont naf.”
Marija ghalqet il-ktieb u griet lejn ommha qalbha maqghuta. “Xtaqt li kieku nghallmu xi haga, imma tant hu stupidu li anqas ma jaf kif jaghti twegiba. Qalli li ma jafx li Alla halqu.”
Mrs. Kelly ma kienitx sorpriza b’dak li qaltilha bintha, “ Imma jigi biz-zmien, jrid ikollok ftit tas- sabar, binti. Jekk jirnexilna nibghatuh l-iskola jghallmuh hemm. Inhajruh jitghallem l-Ave Marija u Marija omm Gesu’ tghinu jifhem il-kumplament.”
Marija ghamlet kif hajritha ommha u wara jiem twal irnexxilha tghallmu l-Ave Marija li kien jghid maghhom kull filghodu u filghaxija .
“Ma nara xejn specjali, madanakollu,” qal Tom meta Marija qaltlu li kien jaf jghidha sew.
“Halli nghidlek Tom, jiena jisimni ghaliha biex inkun nixbaha xi ftit. Ahna inhobbu lil Marija ghaliex Gesu’ jhobbha u bhalissa hija tinsab mieghu fis-sema titlob ghalina. Hija titlob ghalina u Gesu’ jaghtiha dak li tixtieq hi.”
“Nahseb li hija ma kienitx misluba mieghu, hux hekk?” staqsa Tom.
“Le, imma kienet hdejh taht is-salib tbati mieghu u billi kienet taf li huwa miet biex isalvana, riedet ukoll taqsam mieghu t-tbatija.”
“Issa fhimt xi haga,” qalilha Tom. “ Jekk trid tista’ tkompli.”
“Daqshekk naf ghax ghadni zghira, nista’ nghidlek biss dak li tghallimt, imma s-sacerdot jghidlek dak kollu li tixtieq tkun taf.”
“Ma nafx; smajt bihom is-sacerdoti imma ma tantx ghandi grazzja maghhom.”
“Imma kieku Gesu’ qieghed hawn, inti zgur li jghogbok; kieku tmur u tisimghu jitkellem u jghallem, Tom?”
“Iva kieku zgur li mmur. Anke li kieku kellu nimxi mixja kbira biex imqar narah u nitolbu li jispjegali kollox b’mod semplici, kont immur. Imma s-sacerdoti differenti.”
“Le, l-istess,” wiegbitu malajr Marija. “ Gesu’ kien jaf li ahna kien ser ikollna bzonn ta’ xi hadd li jghinna meta Huwa jitlaq minn din id-dinja u ghalhekk hallilna r-rapprezentanti tieghu biex jghallmuna u jahfrulna dnubietna u Gesu’ jghidilhom x’ghandhom jghidilna, Tom.”
“U ejja, issa. Ma tarax li mhux ser nemmen dak kollu li qed tghidli.”
“Imma trid temmnu,” qaltlu Marija.” Gia la darba qal hekk Kristu dik tkun verita’ ghax Kristu huwa Alla u la jqarraq u anqas jitqarraq.”
“Kieku smajtu jiena, kollox kien ikun sew, imma ma smajtux.”
“Gesu’ jmut fuq is-salib, ma rajtux hux hekk? Madankollu temmen li ghamel hekk, veru Tom?” Tom inqabad fuq sieq wahda u ma setghax iwiegeb.
“Kollox sew,” qal fl-ahhar Tom, “Nipprova nemmen kollox. Suppost li ninzel ghakubtejja quddiem ix-xbiha li hemm taht is-salib, dik li issejhulha l-Imqaddsa Vergni Marija, u nghid Sliema, it-talba li ghallimtni, tahseb li tismaghni u tghini nemmen f’kollox?”
“Da zgur li tghinek, Tom.” Marija u Tom nizlu gharkubtejhom u talbu flimkien is-Sliema u l-Qaddisa u certament li l-Omm tas-Sema hadet gost kbir bil-gest sabih taghhom.
“Nahseb li din it-talba ghamlitli gid kbir,” qal Tom filwaqt li qam bil-wieqfa. “ Kultant nerga’ nghidha .”
© Copyright INHOBB NAQRA